{"title":"Drama","description":"\u003cp\u003eBooks in the Drama category.\u003c\/p\u003e","products":[{"product_id":"antigona","title":"Antigona","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eAntigona\u003c\/em\u003e ta' Jean Anouilh hu s-sittax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'U hekku. Issa l-ħabel ingħata u l-molla ssikkata. Ma fadalx ħlief li jinħall waħdu. Dak hu li hemm sewwa f’traġedja. Naqra ta’ tefgħa u għandna mmorru; xejn, daqqa t’għajn lejn tfajla hija u għaddejja tgħolli dirgħajha fit-triq; xenqa għall-unuri għodwa waħda sabiħa malli dak li jkun jistenbaħ […]; mistoqsija żejda li wieħed jistaqsi lilu nnifsu filgħaxija… Dak kollox. Wara, m’hemmx aktar x’wieħed jagħmel ħlief jitlaq minn idejh. Joqgħod bi kwietu. Iħalli kollox miexi waħdu. Il-magna taħdem preċiż, lubrifikata tajjeb mill-bidu taż-żminijiet. Il-mewt, it-tradiment, id-disprament qegħdin hemm, lesti għalkemm jaqbdu triqithom; l-istess it-tifqigħ u t-tempesti, kif ukoll is-skiet, kull tip ta’ skiet: is-skiet xħin driegħ il-bojja jitla’ sa fl-aħħar; is-skiet fil-bidu xħin iż-żewġ maħbubin ikunu għarwinin biswit xulxin għall-ewwel darba, mingħajr ma jazzardaw jiċċaqilqu minnufih, ġol-kamratas-sodda mudlama; is-skiet xħin il-folla tinfaqa’ tgħajjatmadwar ir-rebbieħ […] It-traġedja ħaġa nadifa. Isserraħ,ma fihiex fiex titfixkel… Fid-melodramm – b’dawk it-tradituri kollha, dawk in-nies ħżiena kollha ta’ qattagħni, dik l-innoċenza maħqura, dawk il-vendikaturi, dawk is-sant’umberti, dawk ir-raġġi ta’ tama – il-mewt issir ħaġa tal-biża’, bħal f’xi aċċident […] Fit-traġedja noqogħdu bikwietna. Ibda biex, tagħna f’tagħna. Insomma kulħadd innoċenti! Mhux billi hemm wieħed li qatel u l-ieħor li nqatel. Kwestjoni tar-rwol li jkollu dak li jkun. U mbagħad, fuq kollox,it-traġedja sserraħ, għax wieħed jaf li m’hemmx aktar tama, tama mġiddma; jaf li nqabad, li sa fl-aħħar nqabad bħal far, bis-sema kollu jagħfas fuq dahru […] Fid-dramm, dak li jkun jissielet bit-tama li jġibha żewġ. Tal-mistħija, skont id-daqqa ż-żifna. Ara hemm, l-att hu gratwit. Għas-slaten. U ma jkun għad fadal xejn aktar xi jsir, sa fl-aħħar!\"\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eAntigona\u003c\/em\u003e by Jean Anouilh, a New York Times Notable Book and France's #1 best-seller for eight months.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTranslated by Toni Aquilina, \u003cem\u003eAntigona\u003c\/em\u003e was released during the Occupation in France and prompted a debate as to its possible interpretations. It tells the story of the young Antigone who fights against the authority of her uncle, King Creon, and is eventually sentenced to death.\u003c\/p\u003e","brand":"Jean Anouilh","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735447015798,"sku":"92","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__antigona.jpg?v=1790583306"},{"product_id":"kaligula-caligula","title":"Kaligula \/ Caligula","description":"\u003cp\u003eIt-tnejn u għoxrin traduzzjoni fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa, \u003cem\u003eKaligula\u003c\/em\u003e huwa wieħed miż-żewġ drammi ta' Albert Camus li jittrattaw it-tema tal-Assurd.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eId-Direzzjoni tas-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa ddedikaw dan ix-xogħol tal-Prof. Toni Aquilina lill-memorja tal-mibki Prof. Oliver Friġġieri li fost id-doni kbar li kellu nsibu dak ta' traduttur ta' ħila kbira.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735620096374,"sku":"131","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Kaligula-F.jpg?v=1790583811"},{"product_id":"l-alla-tal-herba-le-dieu-du-carnage","title":"L-Alla tal-Ħerba \/ Le Dieu du Carnage","description":"\u003cp\u003eL'Alla tal-Herba \/ \u003cem\u003eLe Dieu du Carnage\u003c\/em\u003e ta' Yasmina Reza u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina hu l-ħames ktieb fis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. F'dan il-ktieb, Reza tirrakkonta l-istorja ta' żewġ settijiet ta' ġenituri fejn uliedhom iweġġgħu lil xulxin. Il-ġenituri jiltaqgħu biex jiddiskutu x'ġara, imma l-konverżazzjoni tispiċċa f'kaos ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‍Winner of the National Book Prize 2013 - Translation Category\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eL'Alla tal-Herba\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eLe Dieu du Carnage\u003c\/em\u003e by Yasmina Reza is the fifth book in our Translations series. It was translated into Maltese by Toni Aquilina. In this book, Reza sets forth the story of two independent parents whose children injure each other. The former meet to discuss what occurred, but the conversation degenerates into chaos ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAbout the Author\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eYasmina Reza is an award-winning French novelist whose play \u003cem\u003eLe Dieu du Carnage\u003c\/em\u003e has garnered awards and worldwide renown including acclaimed performances at Londons Gielgud Theater and on New Yorks Broadway. The play has also been adapted into a film entitled \u003cem\u003eCarnage\u003c\/em\u003e, directed by Roman Polanski and starring Jodie Foster and Kate Winslet.\u003c\/p\u003e","brand":"Yasmina Reza","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735631860086,"sku":"11","price":8.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__allatalherba.jpg?v=1790583838"},{"product_id":"l-intruza-u-l-ghomja-lintruse-et-les-aveugles","title":"L-Intruża u L-Għomja \/ L’Intruse et Les Aveugles","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003e\"L’Intruse\" et \"Les Aveugles\"\u003c\/em\u003e ta' Maurice Maeterlinck maqluba għall-Malti mill-Prof. Anthony Aquilina. Dawn huma żewġ drammi f’att wieħed, \"L-Intruża\" u \"L-Għomja\", ta’ Maurice Maeterlinck (1862-1949), awtur Belġjan li kien jikteb bil-Franċiż, u li rebaħ il-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1911.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDawn il-ġojjelli fl-istorja tal-teatru Franċiż ta’ tmiem is-seklu dsatax jittrattaw il-kunflitt bejn il-bniedem u l-forzi sopranaturali li xejn ma jista’ jagħmel biex jegħlibhom, u jantiċipaw inkwantu għas-suġġett, jekk mhux fl-istil, 'it-Teatru tal-Assurd'. Dan hu teatru inkwetanti li jirrifletti t-teorija drammatika tad-drammaturgu, kif insibuha elaborata f’\"Le Tragique quotidien\" \/ \"It-traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum\", ġewwa l-ktieb bis-saġġi filosofiċi tiegħu, \u003cem\u003eLe Trésor des humbles\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eIt-Teżor tal-Umli\u003c\/em\u003e (1896).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-misteru li Maeterlinck kien jiltaqa’ miegħu kullimkien madwaru u fil-bnedmin, huwa rnexxielu jinkarnah f’dawn iż-żewġ drammi. Biex nikkwota mill-istqarrija ta’ rikonoxximent waqt l-għoti tal-premju Nobel, il-kwalitajiet distintivi tad-drammi Simbolisti ta’ Maeterlinck kienu 'ir-rikkezza ta’ immaġinazzjoni u r-realiżmu poetiku tagħhom'. Huma juru l-intimità tas-sentimenti profondi li kellu, u daqstant ieħor jappellaw għas-sentimenti u l-ansjetajiet tal-qarrej.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFlimkien mat-traduzzjonijiet wieħed isib ukoll studju qasir mill-Professur Aquilina fuq post Maeterlink fil-qafas tad-drama Simbolista fi Franza. Il-Professur Toni Aquilina huwa membru tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‍\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003e\"L’Intruse\" et \"Les Aveugles\"\u003c\/em\u003e by the Belgian Nobel Prize Winner Maurice Maeterlinck – \"L’Intruse\" \/ \"L-Intruża\" and \"Les Aveugles\" \/ \"L-Għomja\" (1890) are two one-act symbolist dramas and were translated into Maltese by Professor Anthony (Toni) Aquilina. These gems in the history of French fin de siècle theatre concern man’s conflict with preternatural forces against which he is powerless, foreshadowing the subject-matter, if not the style, of the Theatre of the absurd. This is a disquieting theatre reflecting the playwright’s theory of drama, as developed in \"Le Tragique quotidien\" \/ \"It-Traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum\" \/ \"The Tragical in Daily Life\", published in his book of philosophical essays, \u003cem\u003eLe Trésor des humbles\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eIt-Teżor tal-Umli\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Treasure of the Humble\u003c\/em\u003e (1896). The mystery which Maeterlinck found everywhere around us and within us, he managed to embody it in these plays. To quote from the citation accompanying the award of the Nobel Prize for Literature in 1911, the distinctive quality of Maeterlinck’s symbolist drama was 'their richness of imagination and poetic realism'. It displays a deep intimacy of feeling and also appeals to the readers’ sentiments and sense of foreboding.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAccompanying the translations one finds a short study by Professor Aquilina on Maeterlinck’s place within the framework of French Symbolist drama. Professor Toni Aquilina is a member of the Department of Translation, Terminology and Interpreting Studies within the Faculty of Arts at the University of Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e is number 18 of the Faraxa Translation Series and is in paperback format.\u003c\/p\u003e","brand":"Maurice Maeterlinck","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735651029366,"sku":"95","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__intruza.jpg?v=1790583875"},{"product_id":"moliere-tartuffe-ix-xhih","title":"Molière: Tartuffe - Ix-Xħiħ","description":"\u003cp\u003eId-disgħa u għoxrin traduzzjoni mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. Żewġ kummiedji ta' Molière, \"Tartuffe\" u \"Ix-Xħiħ\" (L'Avare).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eJean‑Baptiste Poquelin (Molière, 1622‑1673) daħal fix‑xena tal‑kummiedja għall‑palk fi Franza fis‑seklu sbatax.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMolière tnebbaħ minn ħafna drammaturgi li ġew qablu, bħal Troterel, Hardy, Corneille, Quinault fost oħrajn, f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ personaġġi, plots, intrigi u aspetti temporali involuti fil‑kummiedji tiegħu stess. Nistgħu ngħidu li prattikament m’hemmx wieħed li b’xi mod jew ieħor ma kkontribwiex biex jinbnew il‑kummiedji tipiċi tiegħu. Aktar ma naqraw ix‑xogħlijiet ta’ dawn il‑predeċessuri aktar nindunaw kemm Molière kien midjun lejhom. Iżda kien hu li introduċa permezz tal‑kummiedji l‑imitazzjoni tan‑natura. F’idejh, il‑kummiedja tosserva r‑realtà tal‑ħajja, mhux sempliċi ħolqien immaġinarju. Hu ried li l‑personaġġi tiegħu jingħarfu mill‑udjenza bħala nies tad‑demm u l‑laħam kontemporanji sew jekk jagħmlu parti mill‑popolin, mill‑borgeżija jew min‑nobbiltà. U jsostni li jekk ifalli f ’din il‑ħaġa, ikun falla b’mod assolut.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAristotli ddefinixxa l‑kummiedja bħala dak ix‑xogħol li jrid jispiċċa b’rikonċiljazzjoni, u mill‑punto di vista medjevali, il‑kummiedja tibda fuq nota ta’ dwejjaq u tispiċċa fuq waħda ta’ ferħ. Il‑funzjoni tal‑kummiedja kif kien jifhimha Molière, kienet tikkonsisti f’ċanfir jew kastig għal xi vizzju jew ieħor li jispikka fis‑soċjetà li kien jgħix fiha hu, permezz tas‑satira li ddaħħak bla ma twaġġa’ u mingħajr prietki.* L‑għażla tal‑vizzji li kien jattakka kienu mnebbħin mill‑kodiċi morali li kien jimxi fuqu hu stess. F’din il‑pubblikazzjonita’ dawn iż-żewġ kapulavuri minn tlieta u tletin biċċa xogħol għall‑palk li ħallielna Molière, huwa jirredikola ’l‑ipokriti u l‑oqbra mbajda dejjem lesti biex jaħbu n‑nuqqasijiet tagħhom wara d‑devozzjoni falza (f’\"Tartuffe\"). U lil min hu skjav tal‑flus sal‑punt li jissagrifika l‑kuntentizza ta’ wliedu u l‑unur tiegħu tant li jitlef id‑dinjità kollha (f’\"Ix-Xħiħ\").\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e*Il-kunċett ta’ kummiedja f’ Molière hu dak ta’ Castigat ridendo mores.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAktar informazzjoni tinsab fl-istudju tal-Prof. Toni Aquilina qabel ma jibdew il-kummiedji ta' Molière.\u003c\/p\u003e","brand":"Molière","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735693136246,"sku":"185","price":16.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__moliere.jpg?v=1790583935"},{"product_id":"raise-the-curtain","title":"Raise the Curtain","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eRaise the Curtain\u003c\/em\u003e, edited by Barbara Day, is a collection of plays, most of which were submitted as entries to the Gozo Live play writing competition. It is written by Gozitans or people who have experienced strong connections with the island. Through dramatising legends, history, humour and tragedy, this anthology offers a glimpse into human nature, observations and imaginings, while Gozo provides the backdrop for the plays. The playing out of family dynamics, village culture interpersed with the expat's presence, reminiscing over the story of Ulysses and Calypso, noises in the night, speculations about conversations and the throwback to historical periods make this book an excellent souvenir of Gozo and will appeal to anyone interested in theatre.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGozo Live is a society for writers of all ages. It works in all the schools of Gozo running writing competitions and participations which are enthusiastically supported by school students, their teachers and their parents. Play performances are held annually and attract large, enthusiastic audiences.\u003c\/p\u003e","brand":"Barbara Day (Ed.)","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735749628278,"sku":"98","price":17.75,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__raise_curtain.jpg?v=1790584041"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/collections\/drama.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}