{"title":"Historical Fiction","description":"\u003cp\u003eBooks in the Historical Fiction category.\u003c\/p\u003e","products":[{"product_id":"gamewwiet-mill-imghoddi","title":"Gamewwiet mill-Imgħoddi","description":"\u003cp\u003eSkont Erin Serracino Inglott 'gamewwa' hija 'ħaġra prezzjuża minquxa jew imqabbża bi xbieha fiha, bi lwien mill-ħaġra nfisha, li n-nisa jxiddu bħala labar biex jiżżejnu, u l-irġiel ġieli għamlu minn wieħed żgħir il-fossa għal xi ċurkett.' (Erin Serracino-Inglott, \u003cem\u003eIl-Miklem Malti, It-Tielet Volum\u003c\/em\u003e, Klabb Kotba Maltin, 1976, p. 76: GAMEW).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin ta’ Mary Rose Mifsud hija ġabra ta’ ħames rakkonti qosra li minnhom infushom huma prezzjużi proprju għax twieldu mill-imgħoddi. Fihom hemm tant imħabba, u minnhom jixref tagħrif dwar żmien li bil-mod il-mod qed jintesa li kieku ma kienx għal tant kittieba, fosthom Mifsud stess, li b’dedikazzjoni sabu l-ħin jiktbu u jwasslu dan il-wirt tant sabiħ u li qiegħed jgħib.\u003c\/p\u003e","brand":"Mary Rose Mifsud","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735516352886,"sku":"193","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__07_Faraxa_Gamewwiet_Print-Final_F.jpg?v=1790583507"},{"product_id":"gholjet-il-qasab","title":"Għoljet il-Qasab","description":"\u003cp\u003eDin it-traduzzjoni miċ-Ċiniż għall-Malti hija t-tmienja u għoxrin traduzzjoni tal-kullana ta’ Traduzzjonijiet Faraxa taħt il-ħarsien tal-Prof. Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eGħoljet il-Qasab\u003c\/em\u003e huwa rumanz għaż-żgħażagħ u mhux-daqshekk żgħażagħ li kienet ħarġet l-awtriċi Ċiniża minn Shanghai, Yin Jian Ling fl-2016. It-titlu huwa isem ta' kulleġġ immexxi minn patrijiet fl-ewwel snin tas-seklu 20 fil-Lvant taċ-Ċina, li t-tifsira tiegħu hija L-Għolja tal-Qasab (il-forma mqassra - Għoljet il-Qasab). L-isem biċ-Ċiniż huwa Ye Mang Po, li tfisser 'L-Għolja fejn jikber il-Qasab Selvaġġ'.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-ġrajja tal-ktieb iddur madwar tifel Ċiniż, You An, li jitlef lil ommu waqt il-ħlas, u missieru u l-mara l-ġdida tiegħu, ma jittrattawhx tajjeb. Il-mara, b’mod partikolari, issawtu u taħqru tant li t-tifel jaħrab mid-dar u jispiċċa f'orfanotrofju mmexxi mis-sorijiet. Żmien wara joħduh fil-kulleġġ ta' Għoljet il-Qasab fejn jibda jinteressa ruħu fil-pittura u fl-iskultura ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHawnhekk jinduna li l-ħajja hija vjaġġ li fih il-bniedem jimxi minn post għall-ieħor, jiltaqa' ma' karattri u kulturi differenti ... imma fuq kollox jiskopri wkoll il-potenzjal u l-kapaċitajiet moħbija ġo fih. Tispikka t-tema tal-arti Ċiniża u kif din hija differenti f'bosta aspetti minn dik tal-Punent.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eJirnexxielu You An isib u jiżviluppa t-talent artistiku tiegħu matul il-vjaġġ tiegħu, minkejja l-isfidi u d-diffikultajiet kollha li jiltaqa' magħhom?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eYin Jian Ling hija awtriċi Ċiniża magħrufa sew għall‑kotba tagħha għat‑tfal u għaż‑żgħażagħ. Twieldet fl‑1971 f’Shanghai u studjat fl‑Universitajiet ta’ Huadong u ta’ Shanghai. Hija wkoll editriċi tal‑ġurnal Xinmin wanbao.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTikteb poeżiji, esejs, artikli, kummentarji u rumanzi. Rebħet diversi premjijiet prestiġjużi tal‑letteratura għall‑kotba tagħha, fosthom il‑Premju Chen Bochui. Fost il‑bosta xogħlijiet tagħha nsibu \u003cem\u003eNies tal‑Karti\u003c\/em\u003e (2000), \u003cem\u003eQamar Blu fil‑Palma ta’ Jdejja\u003c\/em\u003e (2011), \u003cem\u003eIl‑Qattus fl‑Inkwatru\u003c\/em\u003e (2011), \u003cem\u003eĦelu tal‑Menta\u003c\/em\u003e (2013), u l‑aħħar rumanz tagħha \u003cem\u003eGħoljet il‑Qasab\u003c\/em\u003e (2016).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eStephen Cachia huwa għalliem, lettur, kittieb u traduttur. Twieled fl-1976 f'San Pawl il-Baħar u ggradwa mill-Università ta' Malta u l-Università ta' New England fl-Awstralja. Huwa għex, studja u ħadem iċ-Ċina, l-iktar f'Shangai (2010). Poeżiji u novelli tiegħu dehru f'diversi antoloġiji u ġurnali lokali. Ix-xogħol teatrali tiegħu Ilħna mill-Qiegħ ittella' fiċ-Ċentru tad-Drama fl-2003. Fl-2007 ħareġ il-ktieb tal-poeżiji \u003cem\u003e\"Żifef\" u \"Rwiefen\"\u003c\/em\u003e flimkien mal-kittieb Patrick Sammut. Jgħallem ukoll il-lingwa Ċiniża u l-Istorja taċ-Ċina fid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali fl-Università ta' Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThis Chinese-to-Maltese translation is the 28th translation in the Faraxa Translation Series, under the guidance of Prof. Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eGħoljet il-Qasab\u003c\/em\u003e is a novel for young - and not so young - adults that was written by the Chinese author from Shanghai Yin Jian Ling, in 2016. Its title is the name of a college run by monks in the early years of the 20th century in Eastern China, meaning Wild Reeds Hill. The Chinese title is Ye Mang Po, which means 'The Hill on which Wild Reeds grow'.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThe story follows a Chinese boy, YouAn, who loses his mother during childbirth, and whose father and stepmother do not treat him well. His stepmother, in particular, beats him and mistreats him so much that the boy runs away from home and ends up in an orphanage run by nuns. After a while they take him to the college of Wild Reeds Hill where he begins to show an interest in painting and sculpture ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHere he realises that life is a journey in which man moves from place to place, meeting different people and cultures ... but above all he discovers his hidden potential and capabilities. The theme of Chinese art is highlighted, as well as how it differs in many ways from that of the West.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDoes You An manage to find and develop his artistic talents throughout his journey, in spite of all the challenges and difficulties he is met with?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eYin Jianling (born 1971) is a Chinese writer of children's literature. She is the senior editor of the Shanghai newspaper Xinmin wanbao. The writer has a B.A. from the Law and Politics Department at Huadong Normal University, and an M.A. from the Chinese Literature Department at Shanghai Normal University. Yin was eighteen when her poetry was published in Youth Literature and Art《少年文艺》. She has continued to write and publish poetry, essays, novels, reportage, and opinions. She was the editor-in-chief of a woman’s magazine, and she became a member of the China Writers Association in 1998 and has a key role in the Shanghai Writers Association. Yin has won numerous awards for her books, including the prestigious Chen Bochui Awards for Children's Literature.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eStephen Cachia is a teacher, lecturer, writer and translator. He was born in 1976 in St Paul's Bay and graduated from the University of Malta and the University of New England in Australia. He lived, studied and worked in China, mainly in Shanghai (2010). His poems and short stories have been published in a number of anthologies and local newspapers. His theatrical work \u003cem\u003eIlħna mill-Qiegħ\u003c\/em\u003e was performed at the Drama Centre in 2003. In 2007 he published a poetry book called \u003cem\u003eŻifef u Rwiefen\u003c\/em\u003e along with writer Patrick Sammut. He also teaches Chinese language and Chinese history in the Department of Oriental Studies at the University of Malta.\u003c\/p\u003e","brand":"Yin Jian Ling","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735530869110,"sku":"176","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Gholjiet-il-Qasab-cover-Front.jpg?v=1790583542"},{"product_id":"il-hares-tal-fortizza","title":"Il-Ħares tal-Fortizza","description":"\u003cp\u003eKlassi tas-Sekondarja fi skola tal-bniet kienu qed jistudjaw dwar l-istorja ta' Malta fi żmien il-Gran Mastru De Vilhena. Semgħu dwar il-gżira Manoel u l-għalliema ma setgħetx ma tgħidilhomx dwar il-ħares li kien jidher fil-fortizza. Ingħataw proġett dwar il-Gran Mastru u x-xogħol li kien għamel fil-pajjiż, kif ukoll dwar l-istejjer tal-ħares. Dan wassal biex għalliema oħra daħlu wkoll fil-proġett bit-tpinġija tal-ħares u l-kostumi ta' żmien il-Halloween u l-Karnival. Klassi tas-subien ukoll għamlu kompetizzjoni bejniethom min jilbes bħala l-aħjar mummja li wassal għal kummiedja sħiħa. Tinbet ħbiberija bejn żewġ tfajliet kuġini u żewġ ġuvintur.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eA class of girl students in a Secondary school were studying Maltese history during the time of Grand Master De Vilhena. They were told about Manoel Island and the teacher could not refrain from telling them about the ghost which appeared at the fortress. The students were to work on a project dealing with the Grandmaster and his great work in the country, as well as ghost stories. The teachers of Social Studies and Arts and Crafts got involved in this project where drawings of ghosts and the customs during Halloween and Carnival were concerned. At the same time, another class of boys werre also working on a competition on who dresses as the best mummy. This led to some funny and unusual situations at home and in class but also to a friendship between two girl cousins and two boys.\u003c\/p\u003e","brand":"Tony C. Cutajar","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735576023414,"sku":"203","price":9.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Il-Hares-tal-Fortizza-F.jpg?v=1790583698"},{"product_id":"ricasoli-soldier-a-novel-inspired-by-true-events","title":"Ricasoli Soldier: A Novel Inspired by True Events","description":"\u003cp\u003eLeo left his native Sicily in 1806 to serve in the British Army in the Mediterranean island of Malta. All he had then were dreams and ambitions of youth. He wanted to become a professional soldier to be able to serve his country. Based at Fort Ricasoli, he forged new friendships and fell in love with Lisa, a village girl from Kalkara. But his hopes, his dreams and his ambitions turned into a terrifying ordeal and a desperate struggle to stay alive.\u003c\/p\u003e","brand":"Joe Scicluna","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735752741238,"sku":"17","price":7.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__ricasoli.jpg?v=1790584048"},{"product_id":"tramm-ghall-hajja","title":"Tramm għall-Ħajja","description":"\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eIs-16 ta’ Ottubru 1943.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFil-ghetto ta’ Ruma, Emanuele, tifel ta’ tnax-il sena, jara lil ommu tiġi mkaxkra għal fuq trakk tal-Ġermaniżi. Imur jilħaqha, jgħannaqha, imma hi taqbad u twaddbu għal isfel. Emanuele jinħeba fuq tramm u jibda vjaġġ li, stejġ wara l-ieħor, iwasslu sal-venda. Lil tal-biljetti jgħidlu li hu Lhudi u jitolbu jipproteġih għaliex il-Ġermaniżi qed ifittxuh. Ix-xufier tat-tramm, imbagħad oħrajn warajh, jipproteġu lit-tifel u jgħinuh jibqa’ ħaj għal tlitt ijiem sakemm jirnexxilu jsib lil missieru.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eFatt traġiku, storja ta’ tama u fidwa.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-traduzzjoni ta’ dan il-ktieb saret bl-għajnuna għat‐traduzzjoni mogħtija mill-Ministeru Taljan tal‐Affarijiet Barranin u tal-Koperazzjoni Internazzjonali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003e16th October, 1943.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIn the Roman ghetto, Emanuele, a twelve-year-old boy, sees his mother get dragged onto a German truck. He runs to her, hugs her, but she pushes him off the truck. Emanuele hides on a tram and begins a journey that, one stop after another, leads him to a place of refuge. He tells the ticket seller that he is a Jew, and asks him for protection from the Germans who are looking for him. The tram driver, as well as others later on, protect the boy and help him stay alive for three years until he manages to find his father.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eA tragic fact, a story of hope and salvation.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThis book has been translated with the help of the Italian Ministry for Foreign Affairs and International Cooperation.\u003c\/p\u003e","brand":"Tea Ranno","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735846949238,"sku":"210","price":16.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__04__Tramm-ghall-Hajja.png?v=1790584210"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/collections\/historical-fiction.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}