{"title":"Romance","description":"\u003cp\u003eBooks in the Romance category.\u003c\/p\u003e","products":[{"product_id":"gideb-u-mhabba","title":"Gideb u Mħabba","description":"\u003cp\u003eTessie tinduna li l-imħabba tagħha għal żewġha Matthew qiegħda tonqos u titbiel jum wara jum. F’ħajjitha jitfaċċaw irġiel oħra li b’mod differenti, jiġbduha ‘l bogħod mid-dar u l-familja. Titfaċċa wkoll id-droga...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMatthew ma jaqtax qalbu li jerġa’ jiġbed lil martu lura lejh. Imma xi prezz lest iħallas biex jirnexxielu?\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735519498614,"sku":"205","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__gidebmhabba.jpg?v=1790588182"},{"product_id":"isabelle-english","title":"Isabelle","description":"\u003cp\u003eA frightened little girl sat huddled in the dark corner of the small room quivering with fear, her dirty knees brought up right to her cheeks, her sticky hands covering her ears to muffle the terrifying sounds coming from the other room. Next to her, her younger brothers were crying as they held onto their mother, who held them close and hushed them, saying it would soon be ok and he couldn’t get near them. This was their sanctuary when their father came home drunk and angry. She was still too young to understand alcoholism, but not too young to feel the fear inside her every time she heard him shouting and breaking up things, every time they had to lock themselves inside this tiny room. She heard each chair crack against the table, she heard the cups and plates smashing on the floor, scattering all around the kitchen floor, which they would pick up later when he finally slept, exhausted after his drunken tantrum. They would come out only when they heard his loud snores coming from the bedroom.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'One day... one day I will leave this place and live in peace,' the little girl always thought to herself. 'The day will come when I am old enough to leave and live on my own.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eImgezza kokka fir-rokna tal-kamra, Isabelle, daqsxejn ta’ tifla ta’ ħames snin kienet imwerwra, titriegħed bil-biża’, irkupptejha kollha trab imtellgħin ma’ wiċċha, u jdejha mdellka kienu qed jagħfsu ma’ widnejha, tipprova ma tismax il-ħsejjes li kienu ġejjin mill-kamra l-oħra. Maġenbha, ħutha iżgħar minnha kienu qed jibku fi ħdan ommhom, li kienet qed tipprova tikkalmahom waqt li tgħidilhom li dalwaqt jgħaddi kollox, li missierhom ma setax jidħol ħdejhom. Din il-kamra kienet il-kenn tagħhom meta missierha kien jiġi lura d-dar f’sakra ma jarax art u rrabjat. Kienet għadha żgħira wisq biex tifhem fuq l-alkoħoliżmu, imma kienet diġà taf xi tfi sser il-biża' ta’ meta kien jiġi d-dar u tisimgħu jgħajjat u jkisser. Kienet tisma’ kull siġġu jfaqqa’ malmejda, kienet tisma’ t-tazzi u l-platti jinkisru mal-art, kull ħoss inissel aktar biża’ ġewwa fi ha. Il-ħġieġ kien jinfirex mal-kamra kollha, ħġieġ u frak li kienu jiġbru huma stess wara li kien ikun raqad, għajjien mejjet wara l-pandemonju li jkun qajjem hu stess. Kienu joħorġu mill-kamra meta kienu jisimgħu l-inħir tiegħu ġej mill-kamra tas-sodda.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Xi darba... xi darba nitlaq minn hawn, u ngħix fil-paċi,' kienet dejjem tgħid bejnha u bejn ruħha dik it-tifla ċkejkna. 'Meta nikber, nitlaq minn hawn u mmur ngħix waħdi.'\u003c\/p\u003e","brand":"Jennifer Spagnol","offers":[{"title":"English","offer_id":58735596437878,"sku":"140","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true},{"title":"Maltese","offer_id":59008545620342,"sku":"107","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__isabelle_e.jpg?v=1790583750"},{"product_id":"love-never-dies","title":"Love Never Dies","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eLove Never Dies\u003c\/em\u003e by Jennifer Spagnol and illustrations by Bernard Micallef and Jeanelle Zammit is for readers aged 9 years and upwards. Anne returns to her native island after 14 years living abroad. A letter from her childhood friend Marlene had brought her back. What she didn’t know was that Marlene was dead, and more letters were to arrive to three other persons, revealing truths unknown. How do the others react to the news in the letters? Will Anne be forgiven for what she had done years ago? Will love flourish once more? \u003cem\u003eLove Never Dies\u003c\/em\u003e is available in paperback edition.\u003c\/p\u003e","brand":"Jennifer Spagnol","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735659745654,"sku":"67","price":5.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__loveneverdies.jpg?v=1790583889"},{"product_id":"mignuna-l-imhabba","title":"Miġnuna l-Imħabba","description":"\u003cp\u003eMeta Suzanne tintebah li kienet daħlet mara oħra fil-ħajja tar-raġel tagħha Ronald, ħajjitha tinbidel mil-lejl għal nhar. Suzanne tintelaq waħedha biex taffaċċja I-umiljazzjoni tan-nies, it-trobbija iebsa ta' żewġt itfal u n-niket tas-solitudni. Madanakollu tibqa' tagħmel ħilitha kollha biex żewġha jerġa' jiġi lura għandha.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTgħid Ronald jinduna li dak li qiegħda toffrilu Audrey hija biss infatwazzjoni? Tgħid f'qalbu tista' terġa' titkebbes il- fjamma ta' l-imħabba? Tgħid Suzanne tista' terġa' tikseb l-imħabba mill-ġdid?\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735689073014,"sku":"206","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__mignuna.jpg?v=1790588185"},{"product_id":"mhabba-strangiera","title":"Mħabba Stranġiera","description":"\u003cp\u003eMeta Catherine torbot qalbha ma' strangier taħseb li tkun sabet l-imħabba perfetta. Ftit li xejn tobsor bit-taqtigħ li jkollha ġġarrab minħabba Sven ... Imma tista' l-imħabba tikber minn eluf ta' mili 'l bogħod? Imbagħad jidħol Aldo f'ħajjitha u I-kobba tkompli titħabbel ... Imn'Alla tista' tiftah qalbha ma' Louise ...\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735697101174,"sku":"207","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__mhabbastrangiera.jpg?v=1789553991"},{"product_id":"mhabba-bla-tmiem","title":"Mħabba bla Tmiem","description":"\u003cp\u003eGrace tinsab fi gwaj li ma tafx kif se toħroġ minnu. Tipprova tgħinha l-ħabiba tagħha Marvic, imma se jirnexxilha? It-tfajla żagħżugħa tinduna bl-egoiżmu ta’ Claudio: se jħalliha waħedha fil-ħin tal-prova?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eU fuq dan kollu hemm xi ħadd li jista’ joffrilha mħabba ġenwina, imħabba mingħajr gideb...\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735699034486,"sku":"204","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__mhabba_bla_tmiem.jpg?v=1790588189"},{"product_id":"mhabba-mill-gdid","title":"Mħabba mill-Ġdid","description":"\u003cp\u003eL-imħabba li Manwel għandu għal Karmelina tinbidel f’mibegħda meta f’ħajjet it-tfajla jidħol Robert Lambert. Kienet l-imħabba li tat lil Manwel raġuni għalxiex jgħix imma hija l-istess imħabba li tefgħetu f’baħar ta’ niket. Din l-istorja nkitbet biex kulħadd ikun jaf kemm hi miġnuna l-imħabba ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan mhux rumanz bħal l-oħrajn ta’ din is-sensiela għax mhux ambjentat f’Malta ta’ dan is-seklu bħalma huma r-rumanzi l-oħra ta’ Jesmond Grech imma l-ġrajja tiżvolġi lejn tmiem is-seklu 19 u bidu tas-seklu 20.\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735700312438,"sku":"208","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__mhabba_gdid.jpg?v=1790588193"},{"product_id":"passjoni-semplici-passion-simple","title":"Passjoni Sempliċi \/ Passion Simple","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e ta' Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-letteratura 2022, u maqlub għall-Malti b'annotazzjonijiet minn Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHawnhekk l-awtriċi taqsam magħna dak li għaddiet minnu waqt ir-relazzjoni li kellha ma' raġel miżżewweġ.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Il-fatt li A. stranġier kien jagħmel ferm aktar improbabbli kwalunkwe interpretazzjoni ta' mġibtu, imsejsa kif kienet fuq kultura li tagħha kont naf biss l-aspett turistiku, il-klixejiet. Għall-ewwel ħsilt naqta' qalbi minħabba l-limiti evidenti biex inkunu nistgħu niftiehmu bejnietna, imsaħħin mill-fatt li, jekk hu kien jesprimi ruħu bil-Franċiż mhux ħażin, jien ma kontx naf nitkellem b'ilsienu. Imbagħad dis-sitwazzjoni kienet teħlisni mill-illużjoni li nemmen f'xi tip ta' komunikazzjoni perfetta bejnietna, biex ma ngħidx li nsiru ħaġa waħda. Billi kien hemm naqra ta' qabża bejn il-Franċiż tiegħu u l-użu kurrenti tal-lingwa, billi xi minn daqqiet kont niġi bejn ħaltejn dwar it-tifsira li kien jagħti lil xi kelma jew oħra, jiena kont kull ħin u kull mument inqejjes biex nara xi jkun irid jgħid bejn wieħed u ieħor. Kelli l-privileġġ ngħix sa mill-bidu nett, kontinwament, b'għajnejja miftuħin beraħ, dak li dejjem tispiċċa biex tiskopri b'għaġeb kbir għalik u b'fixla kbira fuqek - ir-raġel li tħobb int hu għarib.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e huwa l-ħmistax-il-ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e‍Passjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e by Annie Ernaux, the Nobel Prize winner in Literature 2022, a New York Times Notable Book and France's #1 best-seller for eight months. It was a finalist in the Translation Category of The National Book Prize 2019.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTranslated by Toni Aquilina, \u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e documents the desires and indignities of a human heart ensnared in an all-consuming passion. As the narrator attempts to plot the emotional and physical course of her two-year relationship with a married foreigner, where every word, event and person either provides a connection with her beloved or is subject to cold indifference, she seeks the truth behind an existence lived for someone else, and in its aftermath, she finds it.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e is the fifteenth translation in the Faraxa Translation Series.\u003c\/p\u003e","brand":"Annie Ernaux","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735729246582,"sku":"83","price":8.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__passjoni_semplici.png?v=1790583998"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/collections\/romance.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}