{"title":"Short Stories","description":"\u003cp\u003eBooks in the Short Stories category.\u003c\/p\u003e","products":[{"product_id":"dedika","title":"Dedika","description":"\u003cp\u003eIl-protagonisti ta’ dawn in-novelli jistgħu jkunu int, jien, xi wħud li nafu u oħrajn li ma nafux. Imħabba, libertà, diżappunt, weġgħat, ferħ, gratitudni, għira u tama kollha huma emozzjonijiet illi se niltaqgħu magħhom f’dawn l-istejjer u li se jżommuna mwaħħlin magħhom sakemm naslu fit-tmiem, tmiem li mhux bilfors ikun kif nixtiequ aħna. Hemm stejjer li se jħalluna nistaqsu ħafna mistoqsijiet u mhux dejjem se nsibu tweġiba għalihom. Eżatt bħall-ħajja ta’ kuljum ... ħafna drabi jkun diffiċli naslu fejn irridu, jew nieħdu dak li jistħoqqilna. Missier li qiegħed jgħix bit-tama li jfiq, imur flimkien ma’ bintu jisma’ dik li kellha tkun l-aħħar Antifona li sema’ ... Leonard jagħmel għażla li xejn mhi faċli ... Catherine għadha tistenna lill-għarus sakemm darba ntebħet b’xi ħaġa ... Sajika taħrab minn pajjiżha bit-tama li ssib l-art ħanina ... mara tibqa’ tittama li l-linja blu xi darba se tibdlilha ħajjitha ... Greta tqabbel ħajjitha ma’ dik ta’ wirdiena għajjiena li kellha mas-sink tal-kċina ... Freda ma temminx illi żewġha jasal li jaqlibhielha mal-akbar ħabiba tagħha ... Adelina tagħti l-vjolin tagħha lil tifel fqir li ma kellu lil ħadd ... u James, maniġer ta’ stamperija, joffri promozzjoni lil waħda mit-tfajliet tal-uffiċċju.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKull storja hija interessanti u f’kull storja, il-protagonist jixtieq jasal xi mkien!\u003c\/p\u003e","brand":"Miriam Ellul Costantino","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735489089910,"sku":null,"price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__02__Dedika.jpg?v=1790583436"},{"product_id":"father-jackos-gozo-stories","title":"Father Jacko's Gozo Stories","description":"\u003cp\u003eScruffy, easily distracted and accident-prone, Father Jacko doesn’t really belong inside a church. His superiors and family view him with utter distaste and embarrassment; despite nagging and bullying him they find themselves constantly embroiled in the chaos he seems to generate. He doesn’t intend to undermine the self-importance of foreign sopranos, estate agents and film directors, but he does. However, amid the rocks and clover of Gozo, the island he adores, his simple wisdom and passion for the lives of the humble people he serves manifests the love of God. His stories are imbued with comic blunders, human frailties, forgiveness and peace. Stumbling in and out of all these is Barry the Englishman who is so insignificant, even to himself, that you spot him everywhere.\u003c\/p\u003e","brand":"Martyn Offord","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735501312374,"sku":"89","price":7.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__father_jacko.jpg?v=1790583484"},{"product_id":"gamewwiet-mill-imghoddi","title":"Gamewwiet mill-Imgħoddi","description":"\u003cp\u003eSkont Erin Serracino Inglott 'gamewwa' hija 'ħaġra prezzjuża minquxa jew imqabbża bi xbieha fiha, bi lwien mill-ħaġra nfisha, li n-nisa jxiddu bħala labar biex jiżżejnu, u l-irġiel ġieli għamlu minn wieħed żgħir il-fossa għal xi ċurkett.' (Erin Serracino-Inglott, \u003cem\u003eIl-Miklem Malti, It-Tielet Volum\u003c\/em\u003e, Klabb Kotba Maltin, 1976, p. 76: GAMEW).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin ta’ Mary Rose Mifsud hija ġabra ta’ ħames rakkonti qosra li minnhom infushom huma prezzjużi proprju għax twieldu mill-imgħoddi. Fihom hemm tant imħabba, u minnhom jixref tagħrif dwar żmien li bil-mod il-mod qed jintesa li kieku ma kienx għal tant kittieba, fosthom Mifsud stess, li b’dedikazzjoni sabu l-ħin jiktbu u jwasslu dan il-wirt tant sabiħ u li qiegħed jgħib.\u003c\/p\u003e","brand":"Mary Rose Mifsud","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735516352886,"sku":"193","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__07_Faraxa_Gamewwiet_Print-Final_F.jpg?v=1790583507"},{"product_id":"il-letteratura-fit-traduzzjoni-literature-in-translation","title":"Il-Letteratura fit-Traduzzjoni \/ Literature in Translation","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Letteratura fit-Traduzzjoni\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eLiterature in Translation\u003c\/em\u003e was published to commemorate the 10th anniversary of the Department of Translation, Terminology and Interpreting Studies at the University of Malta. Included works are written in Maltese, English and Italian. Featured works in this book include those written by Albert Camus, Alberto Moravia, D.H. Lawrence, Gertrud Fussenegger, Jorge Luis Borges, Miguel de Unamuno, Oliver Friggieri, Pierre J. Meilak, Thomas Hardy and W. Somerset Maugham. The translators of the works are Toni Aquilina, D. es. L., Charles Briffa, Joe Eynaud, Sergio Portelli and Clare Vassallo.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735554396534,"sku":"10","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__letteratura.jpg?v=1790583615"},{"product_id":"il-maqlub-u-s-sewwa-lenvers-et-lendroit","title":"Il-Maqlub u s-Sewwa \/ L'Envers et l'Endroit","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Maqlub u s-Sewwa\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Envers et l'Endroit\u003c\/em\u003e by the world-famous author and Nobel Prize winner Albert Camus. This annotated Maltese translation is the work of Prof. Toni Aquilina, D. es L..\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThis book is Camus’s first publication (édition Charlot) when he was in his early twenties, still living in Algeria way back in 1937. On the author’s own admission, the five texts of \u003cem\u003eIl-Maqlub u s-Sewwa\u003c\/em\u003e are the most openly autobiographcal of his works. He then republished them in 1958 (édition Gallimard), including a long preface (also translated into Maltese), meant to justify their republication inspite of being conscious of what he considered to be stylistic imperfections in his writing due to his ‘immaturity’ as a budding author. But he does not renege a single word of their contents. He went so far as to say that his masterpiece ‘sera la récriture de ce premier livre \/ will be the rewriting of this first book’.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThe careful reader will, therefore, not only see in this collection of texts an image of Camus wanting to enjoy the world he writes about with all its contrasts and contradictions, but also the seeds or roots of his best works later on in life. The essays in this collection express not only the tension caused by his natural love of life and the consciousness of death round the corner, but expose many of the bitter realities that form the backbone of his masterpieces yet to come.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735556067702,"sku":"102","price":9.99,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__maqlub_sewwa.jpg?v=1790583620"},{"product_id":"inside-the-house-of-blessings","title":"Inside the House of Blessings","description":"\u003cp\u003e\u003cspan style=\"font-weight: 400;\"\u003eA heartfelt collection of stories offering rare and authentic glimpses into the lives of everyday people in the Middle East, written by an author who lived among them.\u003c\/span\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eInside the House of Blessings, and other stories about Egypt and Palestine\u003c\/em\u003e is a short story collection inspired by the author’s time living in Egypt and Palestine. The daily lives of locals are highlighted, struggles and all. Mandy Brauer captures the essence of life in these regions, offering readers an intimate glimpse into the beauty and challenges of the Middle East.\u003c\/p\u003e","brand":"Mandy Fessenden Brauer","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735585395062,"sku":"216","price":15.75,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__06__Inside-the-House-of-Blessings.png?v=1790583723"},{"product_id":"is-sajf-lete","title":"Is-Sajf \/ L'Eté","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e, tal-awtur rinomat u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus, huwa ġabra ta’ saġġi liriċi b’laqtiet filosofiċi mitbugħin f’Jannar tal-1954 iżda miktubin bejn l-1939 u l-1953, perjodu ta’ żmien li fih l-Ewropa rat taqlib kbir u li jwaħħax. B’danakollu Albert Camus (1913-1960) jispira ruħu minn temi li huwa nnifsu jsejħilhom 'solari'. Huma fuq kollox testi Mediterranji bħal dawk li nsibu f’\u003cem\u003eTieġ\u003c\/em\u003e, ġabra oħra ta’ saġġi ppubblikata qabel it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1938, iżda mingħajr l-ispirtu libertin li fihom dawn tal-aħħar. L-awtur naturalment tliġġem għax laħaq daq is-semm li taf tagħti l-ħajja u li minħabba fih ma setax iwettaq l-għanijiet avventurużi tiegħu: 'Is-sena li fiha faqqgħet il-gwerra suppost li kelli nsalpa biex jien ukoll ngħaddi mill-perikli tal-vjaġġ twil li għamel Ulisse … Biss dakinhar jien għamilt bħal kulħadd. Ma salpajtx.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Prometju fl -Abbissi)\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eU hekk timposta ruħha t-tema tal-vjaġġ fuq livelli differenti sakemm fl-aħħar saġġ l-awtur jgħidilna li lest 'isalpa' x’ħin irid hu. Għad li ma jafx x’hemm jistennieh barra l-port, hu qiegħed fuq ix-xwiek biex jerġa’ joħroġ avolja għadu kemm temm vjaġġ ieħor mhux nieqes mill-ansjetà li tbaqbqu. Iżda għall-kuntrarju ta’ dak li nsibu fl-ewwel saġġ, fejn Camus ma jeskludix il-possibbiltà li jsalpa ma’ oħrajn – 'Għada forsi nsalpaw flimkien.' (Il-Minotawr) – issa jingħalaq fih innifsu u l-vjaġġ lest jaffrontah waħdu\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Il-Baħar fi l-Qrib).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‍\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e huwa s-sitt ktieb mis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e‍Is-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e by the world-famous author and Nobel prize winner Albert Camus is a collection of eight lyrical, short stories with a philosophical bent, translated into the Maltese language by Prof. Toni Aquilina, D. es L. Written between 1939 and 1953, Camus explores the Mediterranean from his native Algeria, through Greece to the Atlantic, addressing controversy and the violence of the modern world with great irony. \u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e was published by FARAXA to celebrate the 100th anniversary from the birth of Camus. \u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e is the sixth book in the FARAXA Translation Series.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735591358838,"sku":"12","price":8.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__sajf.png?v=1790583735"},{"product_id":"it-turufnament-u-s-saltna-lexil-et-le-royaume","title":"It-Turufnament u s-Saltna \/ L'Exil et le Royaume","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna \/ L'Exil et le Royaume\u003c\/em\u003e ta' Albert Camus u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina hu l-erba' u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eL-impass li kien sab ruħu fih Albert Camus (1913-1960) fil-ħamsinijiet tas-seklu l-ieħor kien dovut prinċipalment għall-kwestjoni politika taħraq Alġerina li hu ħassha saħansitra qiegħda toħnoqlu il-potenzjal kreattiv tiegħu. Dan narawh jispikka fin-novella \"Il-Mi(n)stieden\", ir-raba’ waħda fil-ġabra \u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna\u003c\/em\u003e. Imma mhux biss; kien hemm ukoll is-sitwazzjoni familjari privata li bla dubju influwenzatu sew fil-kompożizzjoni ta’ \"Jonas jew l-Artist fuq Xogħlu’\" u l-ġlieda tiegħu kontra Sartre u sħabu meta ġie biex jikteb \"Il-Ġebla Katrana\" u \"Il-Waqgħa\" (b’din tal-aħħar tiġi ppubblikata għaliha sena qabel fl-1956 bħala long récit) ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTal-anqas erbgħa mis-sitt novelli fil-ġabra jġibu t-timbru tat-traġedja personali li kien għaddej minnha l-kittieb. Dan it-titlu, bħal ħafna affarijiet oħra f’Camus, jagħti xhieda ta’ żewġ pożizzjonijiet kontrapposti, dikotomija u \/ jew duwaliżmu. Fl-inserzjoni li kien kiteb għal dil-ġabra ta’ novelli l-awtur innifsu, wieħed isib dan li ġej: '\u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna\u003c\/em\u003e fih sitt novelli ... Tema waħda, b’danakollu, dik tat-turufnament, hi ttrattata b’sitt modi differenti, mill-monologu interjuri san-narrattiva realista. Is-sitt stejjer wara kollox inkitbu wara xulxin, minkejja li kont naħdem u nirranġa fihom b’mod separat ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eInkwantu għas-saltna inkwestjoni wkoll, fit-titlu, tikkorrispondi ma’ ċerta ħajja ħielsa u mneżżgħa għal kollox li aħna rridu nerġgħu niskopru sabiex sa fl-aħħar nitwieldu mill-ġdid. L-eżilju, bil-mod tiegħu jurina l-mogħdijiet tagħha, bl-unika kundizzjoni tkun dik li nkunu nafu niċċaħħdu fl-istess ħin mill-jasar u l-ħakma.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Silta meħuda minn studju tat-traduttur, \u003cem\u003eL’Exil et le Royaume\u003c\/em\u003e – \u003cem\u003eStejjer li jikxfu l-enigma u ‘l-vanġelu’ ta’ Albert Camus\u003c\/em\u003e, li inkludih fl-aħħar tal-ktieb għal dawk il-qarrejja li jixtiequ jidħlu aktar fil-fond fis-suġġett.)\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735601549686,"sku":"158","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__ItTurufnament-cover-F.jpg?v=1790583762"},{"product_id":"kuncert-btifkira-ta-anglu-concerto-a-la-memoire-dun-ange","title":"Kunċert b'Tifkira ta' Anġlu \/ Concerto à la mémoire d'un ange","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eKunċert b'Tifkira ta' Anġlu\u003c\/em\u003e \/ Concerto à la mémoire d'un ange ta' Éric-Emmanuel Schmitt u maqlub għall-Malti minn Claudine Borg hu t-tlieta u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjoni Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMara xiħa qattiela ssir tħobb lil qassis. Baħri jaħdem qatigħ għal familtu iżda jinsa jagħmilha ta' missier.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eŻewġt irġiel b'karattru oppost jibdlu l-irwoli: il-vittma ssir imbruljun mill-kbar u l-assassin isir raġel tajjeb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKoppja presidenzjali Franċiża, esperta fl-apparenzi, tinħabb imma mhux fl-istess waqt...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKif tidħol Santa Rita, il-qaddisa tal-impossibbli, f'dan kollu?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eX'jorbot flimkien dawn l-erba' stejjer distinti?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Dawn l-istejjer iħufu t-trejqiet tal-ħajja u jistaqsu jekk dawn humiex il-mogħdijiet tal-libertà jew it-toroq tad-determiniżmu.' Schmitt jistaqsi preċiżament kemm aħna liberi fid-djarju li kiteb hu u jaħdem fuq dawn in-novelli u li hu inkluż fil-ktieb.\u003c\/p\u003e","brand":"Éric-Emmanuel Schmitt","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735629697398,"sku":"139","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__kuncert.jpg?v=1789553874"},{"product_id":"minn-qalbi-ghalik","title":"Minn Qalbi Għalik","description":"\u003cp\u003eKitba ta' Patri Mario OFM Cap f'damma ta' 30 novella li toffri esperjenza ta' mħabba lill-qarrejja.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eF’qalbi tnisslu stejjer bla għadd\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIndammu lkoll bla ma jaf ħadd!\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eJalla taqrahom u ssib fik\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-faraġ ... minn qalbi għalik!\u003c\/p\u003e","brand":"Patri Mario Attard OFM Cap","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735687827830,"sku":"146","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Minn-qalbi-ghalik-cov-V3-F.jpg?v=1790583931"},{"product_id":"notes-on-the-flesh","title":"Notes on the Flesh","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eNotes on the Flesh\u003c\/em\u003e is a collection of short stories that unravel the intricacies of identity, love, and illness in the Middle East. Unreliably narrated, these are the stories of women and men who have lost the war against patriarchy. Adolescent love, intimacy and familial sacrifices are the shadows that accentuate the unhealable rift between tradition and modernity.\u003c\/p\u003e","brand":"Shahd Alshammari","offers":[{"title":"English","offer_id":58735710404982,"sku":"74","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true},{"title":"Maltese","offer_id":59008545653110,"sku":"189","price":16.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__notes_flesh.jpg?v=1790583959"},{"product_id":"novelli-short-stories","title":"Novelli \/ Short Stories","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eNOVELLI\u003c\/em\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eBiċċa minn hawn, u biċċa minn hemm, tilqit minn memorji tat-tfulija, minn esperjenzi personali jew minn dak li smajt, ġbart u ssellift minn fomm ħaddieħor, stejjer imżewqa b’realtajiet storiċi riċerkati u fatti oħra veri, bnew din il-ġabra ta’ stejjer qosra. Uħud huma minsuġa minn sempliċi fantasija ħielsa minn kull lġiem, li timraħ fid-dinja tal-ħolm u toħloq dak li l-immaġinazzjoni tiddetta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eUħud jinkludu karattri ta’ diversi persuni li stajt nosserva jew niltaqa’ magħhom tul il-mixja tas-snin. B’kuntrast ma’ l-istejjer mibnija fuq tema leġġera, oħrajn jinkludu ġrajjiet ta’ realtajiet ta’ swied il-qalb, ħarxa u xi drabi krudili.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eU jgħaqqad dawn il-biċċiet ta’ mużajk imżewwaq li bħal kalamiti nġibdu lejn xulxin biex twieldu dawn il-ħdax-il novella, is-siment iġġenerat mill-immaġinazzjoni.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eSHORT STORIES\u003c\/em\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eLittle details fished out of the remnants of childhood memories, personal experiences, stories gathered from various sources and personal encounters with a number of persons provided me with the material for weaving this collection of stories.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eSome of these are the fruit of pure colourful fantasy, while others are built on instances of stark reality. These I endorsed with historical research, personal observation and experience, and the factual fi rst hand personal reporting of real occurances.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMagnetic mosaic pieces attracted towards each other gave birth to this collection of 11 short stories, cemented together with the binding ingredient of a fanciful imagination.\u003c\/p\u003e","brand":"Jane Micallef","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735714533750,"sku":"135","price":18.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__novelli.jpg?v=1790583967"},{"product_id":"sbuhija-mohlija-u-stejjer-ohra","title":"Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"Sbuħija Moħlija\" u stejjer oħra\u003c\/em\u003e ta' Guy de Maupassant huma kollezzjoni ta' stejjer qosra maqlubin għall-Malti minn Toni Aquilina. Wieħed jista'jgħid mingħajr biża' li jiżbalja li Maupassant la kellu reliġjon u lanqas filosofija vera tal-ħajja. B'danakollu tinħass sew fih l-influwenza pessimista tal-filosfu Ġermaniż Arthur Schopenhauer. F'din il-ġabra, f'\"Minwett\" u \"Sbuħija Moħlija\" l-aktar li ser tidher tispikka din l-influwenza.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-traduttur ma setax ma jinkludix ukoll storja li tittratta l-makabru, jew kif soltu nirreferu għalih, ir-rakkont fantastiku li tant u tant eċċella fih Guy de Maupassant. L-għażla waqgħet fuq \"Id il-Maqruħ\", ispirata minn 'rigal' li kien qala' mingħand Algernon Charles Swinburne bħala tifkira, meta saru midħla ta' xulxin fid-dar li ċertu Powel kellu Etretat fin-Normandija, fejn ġie mistieden wara s-sehem tiegħu biex isalvaw ħajjet il-poeta Ingliż mill-għarqa fis-sajf tal-1866.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFin-Normandija hemm ambjentati talanqas terz mill-istejjer li kiteb Maupassant. Fil-fatt, hu baqa' fidil lejn art twelidu (le pays de Caux) sal-aħħar ta' ħajtu. Għad li f' \"Il-Papa ta' Simon\" u f'\"Magħmudija\" ma nsibux referenza diretta għal dan ir-reġjun m'hemmx dubju li huma ambjentati hemmhekk. Referenzi diretti għan-Normandija nsibuhom f' \"Ix-Xwejjaħ Pa Milon\" u f'\"Il-Maqruħ\". Biss, waqt li f'tal-ewwel l-aktar li tispikka hija t-tema tal-gwerra Franco-Prussjana tal-1870-71, f'tat-tieni jispikka, kif diġà għedt, il-makabru, u fin-nisġa tal-istorja n-Normandija talterna ma' Pariġi.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-maġġoranza tal-istejjer f'din il-ġabra fil-fatt huma għal kollox ambjentati f'Pariġi, ibda minn \"Minwett\" fejn l-azzjoni tiżvolġi fil-ġnien ta' Luxembourg, tkompli bir-rakkont \"Ġifa\" u spiċċa fin-novella \"Sbuħija Moħlija\". Fi \"Vjaġġ Sanitarju\" mbagħad niltaqgħu mal-koppja Panard li mill-Belt Kapitali titlaq lejn il-Mediterran biex tevita l-mard, iżda ma ddumx wisq ma tidħol lura minħabba malintiż pjuttost komiku. Daqstant ieħor komika l-istorja \"Il-Karezzi\" li r-referenza li hemm fiha għall-knisja ta' La Madeleine tagħmilha ovvja fejn joqogħdu l-protagonisti.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eImma t-traduttur għażel \"Il-Karezzi\" wkoll għax fiha Maupassant jitkellem fuq in-nisa. Nafu li hu kellu x'jaqsam ma' ħafna u ħafna nisa. Iżda fl-istess ħin xejn ma kellu opinjoni tajba tagħhom. Kien jarahom bħala kreaturi inferjuri imma li kapaċi ijassru lir-raġel bi ġmielhom u jekk ikun hemm bżonn saħansitra bl-istess dgħjufija tagħhom. Wieħed ma jiskantax għalhekk li hu kien ifittxhom għall-avventuri sesswali u xejn aktar.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFl-aħħar nett Aquilina ma riedx iħalli barra l-element eżotiku li tant kienu jħobbu jdaħħlu f'kitbiethom l-awturi tal-epoka tiegħu. Id-drawwiet ħorox f'ambjent daqstant ieħor aħrax bħal dawk li wieħed kien jiltaqa' magħhom fil-gżira ta' Korsika jammontaw għal esperjenza għariba maqtugħa mir-rutina tal-ħajja kif kienu mdorrijin jgħixuha fl-hexagone. Wara \"Vendetta\", li dehret fit-tieni volum, hawnhekk qed jipproponi \"Brigant Korsikan\".\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e‍\"Sbuħija Moħlija\" u stejjer oħra\u003c\/em\u003e by Guy de Maupassant is a collection of short stories translated into Maltese by Toni Aquilina, D. ès L. de Maupassant professed neither a belief in religion nor in a philosophy of life, but the pessimistic influence of Schopenhauer is strongly felt within him and stands out in this book. No translator who wants to do justice to de Maupassant can leave out at least one story dealing with the macabre, the narrative in which the author excelled. Aquilinas choice fell on \"Id il-Maqruħ\", inspired by a present given to him by Algernon Charles Swinborne as a memento when they became acquainted in Eretat (Normandy).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eOne third of the stories written by de Maupassant are set in Normandy as the author remained loyal to his birthplace until the end of his life. Although in \"Il-Papà ta Simon\" and \"Magħmudija\" direct references to the region are absent, it is beyond doubt that there is where these stories are set. Direct references to Normandy are found in \"Ix-Xwejjaħ Pa Milon\" and in \"Id il-Maqruħ\". In the former the main theme is the Franco-Prussian war of 1870-71, whereas in the latter it is the macabre and Normandy alternates with Paris in the plot. In \"Minwett\" and \"Ġifa\", the action develops in Luxembourg garden. In \"Vjaġġ Sanitarju\", we come across a married couple who leave the capital city for the Mediterranean to avoid illnesses, but who return soon afterward because of a comical misunderstanding. Likewise comical is the story \"Il-Karezzi\" where reference to the church of La Madeleine leaves the reader in no doubt as to where the protagonists live.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThe translator also chose \"Il-Karezzi\" because here de Maupassant speaks about women and we all know that he had affairs with many women. But at the same time, he did not hold them in high esteem. He saw them as inferior creatures able to enslave men with their beauty, and if need be with their weaknesses as well. Therefore, one would not be surprised that he sought women exclusively for sexual encounters. Finally, Aquilina did not want to leave out the exotic element in de Maupassant's work, with which many authors of his time loved to pepper their writings. The harsh customs in an equally harsh environment that one came across in Corsica amounted to a strange experience outside the normal routine of everyday life for people in France. \"Vendetta\", which came out in the second volume of Maupassant's short stories already translated into Maltese, is followed here by \"Brigant Korsikan\".\u003c\/p\u003e","brand":"Guy de Maupassant","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735761195382,"sku":"3","price":9.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__sbuhija_mohlija.jpg?v=1790584060"},{"product_id":"snow-in-amman","title":"Snow in Amman","description":"\u003cp\u003eFilled with deeply nuanced storytelling and vividly drawn, often heartbreaking human characters, \u003cem\u003eSnow in Amman: An Anthology of Short Stories from Jordan\u003c\/em\u003e is a rich selection of contemporary Jordanian fiction which stands in stark contrast to many of the prevailing stereotypes of Arabic culture. Outside the archaeological lens, very little is known about life in Jordan, particularly in the English-speaking world. Such lack makes it more susceptible to falling into the soup of widespread generalizations about the Middle East. The 11 stories in \u003cem\u003eSnow in Amman\u003c\/em\u003e, published in their original Arabic in Jordan and appearing in this book for the first time in English, depict a wide array of social and feminist issues through a lens at once familiar and surprising, commonplace and yet intensely different.\u003c\/p\u003e","brand":"Ahmed Abu Hleiwa","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735765979510,"sku":"52","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__snowamman.jpg?v=1790584071"},{"product_id":"stories-from-comino","title":"Stories From Comino","description":"\u003cp\u003eThis book is dedicated to the wildlife that makes its home around the Santa Maria Tower, Comino Island, Malta.\u003c\/p\u003e","brand":"Graham Bayes","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735774400886,"sku":"58","price":7.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__comino.jpg?v=1790584089"},{"product_id":"strange-tales","title":"Strange Tales","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eStrange Tales (Combined Illustrated Ed.)\u003c\/em\u003e is a collection of 29 horror stories, many of which are set in the Maltese Islands, and 49 illustrations. Ranging from Max the doll who ends up being a preternatural killer, through Meinertzhagen the man who turns into a boy after death who tries to entrap his best friend, to Loki the shaman who visits with the dead, Charles Coyne manifests himself a true master at sleight of hand in these tales. Coyne keeps his readers on edge, gripping the seat of their chairs, both during the telling of the tales and in their surprise endings.\u003c\/p\u003e","brand":"Charles Coyne","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735778201974,"sku":"30","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__strangetales-1.jpg?v=1790584098"},{"product_id":"the-adventures-of-joe-fenek","title":"The Adventures of Joe Fenek","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eThe Adventures of Joe Fenek\u003c\/em\u003e is a 2013 London Book Festival winner and comprises six short stories about Joe Fenek: that is, Joe Rabbit. The stories are \"Joe Fenek’s Lucky Escape\", \"Joe Fenek’s Good Deed\", \"Joe Fenek and the Monster\", \"Joe Fenek Goes to the Feast\", \"Joe Fenek and the Chocolate\", \"Joe Fenek and the Ghost\". Meet Joe, therefore, and his animal friends Jimmy the rat, Digger the shrew, Tony the rat, Horace the horse, Mario the mouse and Spikey the hedgehog, all of which share in Joe’s adventures around the Mediterranean islands of Malta and Gozo. Enjoy all the ways these animal buddies devise to get out of endlessly tricky situations, some of which can also be very sticky ... This book is intended for children aged six to eight years old.\u003c\/p\u003e","brand":"Graham Bayes","offers":[{"title":"English","offer_id":58735781577078,"sku":"14","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true},{"title":"Maltese","offer_id":59008545522038,"sku":"110","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__adventuresjoefenek-1.jpg?v=1790584106"},{"product_id":"the-gozo-cat-detectives-trilogy","title":"The Gozo Cat Detectives: Trilogy","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eThe Gozo Cat Detectives: Trilogy\u003c\/em\u003e are stories about courageous, curious cats and the animal friends they meet in the course of their adventures, as they travel around Gozo solving mysteries and bringing happiness and understanding wherever they can. \u003cem\u003eThe Gozo Cat Detectives: Trilogy\u003c\/em\u003e is a contribution to the body of useful literature, populated by animals, that helps us all to get through life’s difficulties with tolerance, bravery, humour, mutual support in problem solving, understanding and love.\u003c\/p\u003e","brand":"Sarah Springham","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735808807286,"sku":"71","price":5.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__gozo_cat.jpg?v=1790584147"},{"product_id":"the-gozo-detectives-trilogy-2","title":"The Gozo Detectives: Trilogy 2","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eThe Gozo Cat Detectives: Trilogy 2\u003c\/em\u003e are another set of three stories about courageous, curious cats and the animal friends they meet in the course of their adventures, as they travel around Gozo solving mysteries and bringing happiness and understanding wherever they can.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eThe Gozo Cat Detectives: Trilogy 2\u003c\/em\u003e is a contribution to the body of useful literature, populated by animals, that helps us all to get through life's difficulties with tolerance, bravery, humour, mutual support in problem solving, understanding and love.\u003c\/p\u003e","brand":"Sarah Springham","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735810511222,"sku":"91","price":5.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__gozo_cat2.jpg?v=1790584152"},{"product_id":"tommy-u-s-sabih-tal-qari-u-rakkonti-ohra-ghat-tfal","title":"Tommy u s-Sabiħ tal-Qari u rakkonti oħra għat-tfal","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eTommy u s-Sabiħ tal-Qari u rakkonti oħra għat-tfal\u003c\/em\u003e jiġbor fih 20 rakkont għat-tfal ta’ età bejn 9 u 11-il sena. Ir-rakkonti huma miktubin b’Malti sempliċi imma bi stil fejn jitħaddem ukoll u spiss il-Malti idjomatiku. Ir-rakkonti jispiraw ruħhom minn esperjenzi li t-tfal tal-lum jgħaddu minnhom, mill-ħolm tagħhom, anki minn programmi televiżivi jew cartoons partikolari. Bosta drabi niltaqgħu ma’ ħlejjaq mhux umani li jingħataw karatteristiċi umani, saħansitra l-kelma. F’ċerti waqtiet il-qarrej ta’ \u003cem\u003eTommy u s-Sabiħ tal-Qari\u003c\/em\u003e jista’ jidħak imma jista’wkoll jibki.\u003c\/p\u003e","brand":"Patrick Sammut","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735845441910,"sku":"5","price":7.85,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__tommy_sabih_qari-1.jpg?v=1790584206"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/collections\/short-stories.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}