{"title":"Translation Series","description":"\u003cp class=\"p1\"\u003eFaraxa Publishing was established with the aim of publishing literary and non-literary translations, whilst not excluding other genres of writing. Originally established in Malta, Faraxa is expanding both internationally and in terms of writing genres published.\u003c\/p\u003e\n\u003cp class=\"p1\"\u003eThe \u003ci\u003eMany Lives, Many Masters\u003c\/i\u003e Faraxa Translations Series is a series of literary\u003c\/p\u003e","products":[{"product_id":"anne-frank-id-djarju-ta-tfajla","title":"Anne Frank: Id-Djarju ta' Tfajla","description":"\u003cp\u003eDan \u003cem\u003eId-Djarju ta’ Tfajla\u003c\/em\u003e, jew kif inhu iżjed magħruf, \u003cem\u003eId-Djarju ta’ Anne Frank\u003c\/em\u003e, hu maqlub għall-Malti mill-verżjoni Ingliża ta’ Susan Massotty minn Mary Rose Mifsud. Dan il-ktieb jinkludi it-test innifsu tad-\u003cem\u003eDjarju ta’ Anne Frank\u003c\/em\u003e kif ġie editjat minn Otto Frank u Mirjam Pressler u ppreżentat fl-edizzjoni definittiva li ħarġet fl-2007, fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju tal-ewwel pubblikazzjoni tiegħu fl-1947.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin l-edizzjoni tad-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e tiftaħ b’\"Daħla\" mill-Professur Oliver Friġġieri li fiha jirrifletti fuq l-importanza storika tad-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e u l-valur morali tiegħu, kif ukoll jagħti ħarsa kritika fil-qosor lejn din it-traduzzjoni. Issegwi \"Nota tat-Traduttriċi\" li fiha Mifsud tiddeskrivi l-proċess li użat fit-traduzzjoni tagħha u tispjega għaliex waslet għal ċerti għażliet lingwistiċi, xi kultant saħansitra b’paragun ma’ traduzzjonijiet f’ilsna oħra.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-ktieb jinkludi wkoll il-\"Kelmtejn Qabel\" u l-\"Kelmtejn Wara\" ta’ Massotty nfisha. Isegwu noti dettaljati dwar il-personaġġi u l-postijiet imsemmija fil-test oriġinali, kif ukoll dwar xi avvenimenti storiċi u xi kliem importanti biex jinftiehem sew dak li kitbet Anne. Dawn in-noti huma mmirati għall-qarrejja Maltin li jridu japprofondixxu l-għarfien tat-test u jkattru l-pjaċir li jieħdu mill-qari tiegħu. Għal din ir-raġuni n-noti jinkludu informazzjoni dwar x’ġara minn nies u l-postijiet anki wara li jieqaf id-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e. Mifsud għamlet ħilitha biex testendi din l-informazzjoni sakemm il-ktieb tagħha mar għall-istampar. Uħud min-noti jagħtu wkoll l-opportunità lill-qarrejja, jipparagunaw dak li ssemmi Anne Frank ma’ x’kien qed jiġri f’Malta fl-istess żmien.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFis-sezzjoni \"Fatti, Kontroversji, Aġġornamenti\" Mifsud tirrakkonta bosta episodji mill-ġrajja tad-Djarju minn meta ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1947 sal-lum. Din it-traduzzjoni tinkludi wkoll numru ta' ritratti tan-nies li jissemmew fid-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e, kif ukoll \"Bibljiografija\" estensiva li għanda tħajjar lill-qarrejja jkomplu jwessgħu t-tagħrif tagħhom dwar l-Olokawst u avvenimenti storiċi oħra.\u003c\/p\u003e","brand":"Anne Frank","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735445344630,"sku":"144","price":18.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__anne_frank.jpg?v=1790583301"},{"product_id":"antigona","title":"Antigona","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eAntigona\u003c\/em\u003e ta' Jean Anouilh hu s-sittax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'U hekku. Issa l-ħabel ingħata u l-molla ssikkata. Ma fadalx ħlief li jinħall waħdu. Dak hu li hemm sewwa f’traġedja. Naqra ta’ tefgħa u għandna mmorru; xejn, daqqa t’għajn lejn tfajla hija u għaddejja tgħolli dirgħajha fit-triq; xenqa għall-unuri għodwa waħda sabiħa malli dak li jkun jistenbaħ […]; mistoqsija żejda li wieħed jistaqsi lilu nnifsu filgħaxija… Dak kollox. Wara, m’hemmx aktar x’wieħed jagħmel ħlief jitlaq minn idejh. Joqgħod bi kwietu. Iħalli kollox miexi waħdu. Il-magna taħdem preċiż, lubrifikata tajjeb mill-bidu taż-żminijiet. Il-mewt, it-tradiment, id-disprament qegħdin hemm, lesti għalkemm jaqbdu triqithom; l-istess it-tifqigħ u t-tempesti, kif ukoll is-skiet, kull tip ta’ skiet: is-skiet xħin driegħ il-bojja jitla’ sa fl-aħħar; is-skiet fil-bidu xħin iż-żewġ maħbubin ikunu għarwinin biswit xulxin għall-ewwel darba, mingħajr ma jazzardaw jiċċaqilqu minnufih, ġol-kamratas-sodda mudlama; is-skiet xħin il-folla tinfaqa’ tgħajjatmadwar ir-rebbieħ […] It-traġedja ħaġa nadifa. Isserraħ,ma fihiex fiex titfixkel… Fid-melodramm – b’dawk it-tradituri kollha, dawk in-nies ħżiena kollha ta’ qattagħni, dik l-innoċenza maħqura, dawk il-vendikaturi, dawk is-sant’umberti, dawk ir-raġġi ta’ tama – il-mewt issir ħaġa tal-biża’, bħal f’xi aċċident […] Fit-traġedja noqogħdu bikwietna. Ibda biex, tagħna f’tagħna. Insomma kulħadd innoċenti! Mhux billi hemm wieħed li qatel u l-ieħor li nqatel. Kwestjoni tar-rwol li jkollu dak li jkun. U mbagħad, fuq kollox,it-traġedja sserraħ, għax wieħed jaf li m’hemmx aktar tama, tama mġiddma; jaf li nqabad, li sa fl-aħħar nqabad bħal far, bis-sema kollu jagħfas fuq dahru […] Fid-dramm, dak li jkun jissielet bit-tama li jġibha żewġ. Tal-mistħija, skont id-daqqa ż-żifna. Ara hemm, l-att hu gratwit. Għas-slaten. U ma jkun għad fadal xejn aktar xi jsir, sa fl-aħħar!\"\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eAntigona\u003c\/em\u003e by Jean Anouilh, a New York Times Notable Book and France's #1 best-seller for eight months.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTranslated by Toni Aquilina, \u003cem\u003eAntigona\u003c\/em\u003e was released during the Occupation in France and prompted a debate as to its possible interpretations. It tells the story of the young Antigone who fights against the authority of her uncle, King Creon, and is eventually sentenced to death.\u003c\/p\u003e","brand":"Jean Anouilh","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735447015798,"sku":"92","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__antigona.jpg?v=1790583306"},{"product_id":"gholjet-il-qasab","title":"Għoljet il-Qasab","description":"\u003cp\u003eDin it-traduzzjoni miċ-Ċiniż għall-Malti hija t-tmienja u għoxrin traduzzjoni tal-kullana ta’ Traduzzjonijiet Faraxa taħt il-ħarsien tal-Prof. Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eGħoljet il-Qasab\u003c\/em\u003e huwa rumanz għaż-żgħażagħ u mhux-daqshekk żgħażagħ li kienet ħarġet l-awtriċi Ċiniża minn Shanghai, Yin Jian Ling fl-2016. It-titlu huwa isem ta' kulleġġ immexxi minn patrijiet fl-ewwel snin tas-seklu 20 fil-Lvant taċ-Ċina, li t-tifsira tiegħu hija L-Għolja tal-Qasab (il-forma mqassra - Għoljet il-Qasab). L-isem biċ-Ċiniż huwa Ye Mang Po, li tfisser 'L-Għolja fejn jikber il-Qasab Selvaġġ'.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-ġrajja tal-ktieb iddur madwar tifel Ċiniż, You An, li jitlef lil ommu waqt il-ħlas, u missieru u l-mara l-ġdida tiegħu, ma jittrattawhx tajjeb. Il-mara, b’mod partikolari, issawtu u taħqru tant li t-tifel jaħrab mid-dar u jispiċċa f'orfanotrofju mmexxi mis-sorijiet. Żmien wara joħduh fil-kulleġġ ta' Għoljet il-Qasab fejn jibda jinteressa ruħu fil-pittura u fl-iskultura ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHawnhekk jinduna li l-ħajja hija vjaġġ li fih il-bniedem jimxi minn post għall-ieħor, jiltaqa' ma' karattri u kulturi differenti ... imma fuq kollox jiskopri wkoll il-potenzjal u l-kapaċitajiet moħbija ġo fih. Tispikka t-tema tal-arti Ċiniża u kif din hija differenti f'bosta aspetti minn dik tal-Punent.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eJirnexxielu You An isib u jiżviluppa t-talent artistiku tiegħu matul il-vjaġġ tiegħu, minkejja l-isfidi u d-diffikultajiet kollha li jiltaqa' magħhom?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eYin Jian Ling hija awtriċi Ċiniża magħrufa sew għall‑kotba tagħha għat‑tfal u għaż‑żgħażagħ. Twieldet fl‑1971 f’Shanghai u studjat fl‑Universitajiet ta’ Huadong u ta’ Shanghai. Hija wkoll editriċi tal‑ġurnal Xinmin wanbao.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTikteb poeżiji, esejs, artikli, kummentarji u rumanzi. Rebħet diversi premjijiet prestiġjużi tal‑letteratura għall‑kotba tagħha, fosthom il‑Premju Chen Bochui. Fost il‑bosta xogħlijiet tagħha nsibu \u003cem\u003eNies tal‑Karti\u003c\/em\u003e (2000), \u003cem\u003eQamar Blu fil‑Palma ta’ Jdejja\u003c\/em\u003e (2011), \u003cem\u003eIl‑Qattus fl‑Inkwatru\u003c\/em\u003e (2011), \u003cem\u003eĦelu tal‑Menta\u003c\/em\u003e (2013), u l‑aħħar rumanz tagħha \u003cem\u003eGħoljet il‑Qasab\u003c\/em\u003e (2016).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eStephen Cachia huwa għalliem, lettur, kittieb u traduttur. Twieled fl-1976 f'San Pawl il-Baħar u ggradwa mill-Università ta' Malta u l-Università ta' New England fl-Awstralja. Huwa għex, studja u ħadem iċ-Ċina, l-iktar f'Shangai (2010). Poeżiji u novelli tiegħu dehru f'diversi antoloġiji u ġurnali lokali. Ix-xogħol teatrali tiegħu Ilħna mill-Qiegħ ittella' fiċ-Ċentru tad-Drama fl-2003. Fl-2007 ħareġ il-ktieb tal-poeżiji \u003cem\u003e\"Żifef\" u \"Rwiefen\"\u003c\/em\u003e flimkien mal-kittieb Patrick Sammut. Jgħallem ukoll il-lingwa Ċiniża u l-Istorja taċ-Ċina fid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali fl-Università ta' Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThis Chinese-to-Maltese translation is the 28th translation in the Faraxa Translation Series, under the guidance of Prof. Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eGħoljet il-Qasab\u003c\/em\u003e is a novel for young - and not so young - adults that was written by the Chinese author from Shanghai Yin Jian Ling, in 2016. Its title is the name of a college run by monks in the early years of the 20th century in Eastern China, meaning Wild Reeds Hill. The Chinese title is Ye Mang Po, which means 'The Hill on which Wild Reeds grow'.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThe story follows a Chinese boy, YouAn, who loses his mother during childbirth, and whose father and stepmother do not treat him well. His stepmother, in particular, beats him and mistreats him so much that the boy runs away from home and ends up in an orphanage run by nuns. After a while they take him to the college of Wild Reeds Hill where he begins to show an interest in painting and sculpture ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHere he realises that life is a journey in which man moves from place to place, meeting different people and cultures ... but above all he discovers his hidden potential and capabilities. The theme of Chinese art is highlighted, as well as how it differs in many ways from that of the West.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDoes You An manage to find and develop his artistic talents throughout his journey, in spite of all the challenges and difficulties he is met with?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eYin Jianling (born 1971) is a Chinese writer of children's literature. She is the senior editor of the Shanghai newspaper Xinmin wanbao. The writer has a B.A. from the Law and Politics Department at Huadong Normal University, and an M.A. from the Chinese Literature Department at Shanghai Normal University. Yin was eighteen when her poetry was published in Youth Literature and Art《少年文艺》. She has continued to write and publish poetry, essays, novels, reportage, and opinions. She was the editor-in-chief of a woman’s magazine, and she became a member of the China Writers Association in 1998 and has a key role in the Shanghai Writers Association. Yin has won numerous awards for her books, including the prestigious Chen Bochui Awards for Children's Literature.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eStephen Cachia is a teacher, lecturer, writer and translator. He was born in 1976 in St Paul's Bay and graduated from the University of Malta and the University of New England in Australia. He lived, studied and worked in China, mainly in Shanghai (2010). His poems and short stories have been published in a number of anthologies and local newspapers. His theatrical work \u003cem\u003eIlħna mill-Qiegħ\u003c\/em\u003e was performed at the Drama Centre in 2003. In 2007 he published a poetry book called \u003cem\u003eŻifef u Rwiefen\u003c\/em\u003e along with writer Patrick Sammut. He also teaches Chinese language and Chinese history in the Department of Oriental Studies at the University of Malta.\u003c\/p\u003e","brand":"Yin Jian Ling","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735530869110,"sku":"176","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Gholjiet-il-Qasab-cover-Front.jpg?v=1790583542"},{"product_id":"il-letteratura-fit-traduzzjoni-literature-in-translation","title":"Il-Letteratura fit-Traduzzjoni \/ Literature in Translation","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Letteratura fit-Traduzzjoni\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eLiterature in Translation\u003c\/em\u003e was published to commemorate the 10th anniversary of the Department of Translation, Terminology and Interpreting Studies at the University of Malta. Included works are written in Maltese, English and Italian. Featured works in this book include those written by Albert Camus, Alberto Moravia, D.H. Lawrence, Gertrud Fussenegger, Jorge Luis Borges, Miguel de Unamuno, Oliver Friggieri, Pierre J. Meilak, Thomas Hardy and W. Somerset Maugham. The translators of the works are Toni Aquilina, D. es. L., Charles Briffa, Joe Eynaud, Sergio Portelli and Clare Vassallo.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735554396534,"sku":"10","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__letteratura.jpg?v=1790583615"},{"product_id":"il-maqlub-u-s-sewwa-lenvers-et-lendroit","title":"Il-Maqlub u s-Sewwa \/ L'Envers et l'Endroit","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Maqlub u s-Sewwa\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Envers et l'Endroit\u003c\/em\u003e by the world-famous author and Nobel Prize winner Albert Camus. This annotated Maltese translation is the work of Prof. Toni Aquilina, D. es L..\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThis book is Camus’s first publication (édition Charlot) when he was in his early twenties, still living in Algeria way back in 1937. On the author’s own admission, the five texts of \u003cem\u003eIl-Maqlub u s-Sewwa\u003c\/em\u003e are the most openly autobiographcal of his works. He then republished them in 1958 (édition Gallimard), including a long preface (also translated into Maltese), meant to justify their republication inspite of being conscious of what he considered to be stylistic imperfections in his writing due to his ‘immaturity’ as a budding author. But he does not renege a single word of their contents. He went so far as to say that his masterpiece ‘sera la récriture de ce premier livre \/ will be the rewriting of this first book’.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThe careful reader will, therefore, not only see in this collection of texts an image of Camus wanting to enjoy the world he writes about with all its contrasts and contradictions, but also the seeds or roots of his best works later on in life. The essays in this collection express not only the tension caused by his natural love of life and the consciousness of death round the corner, but expose many of the bitter realities that form the backbone of his masterpieces yet to come.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735556067702,"sku":"102","price":9.99,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__maqlub_sewwa.jpg?v=1790583620"},{"product_id":"il-metamorfosi-the-metamorphosis","title":"Il-Metamorfosi \/ The Metamorphosis","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Metamorfosi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Metamorphosis\u003c\/em\u003e ta' Franz Kafka, li kien meqjus wieħed mill-akbar awturi tal-letteratura tas-seklu għoxrin, hija l-istorja ta' raġel, li ttrasforma ruħu f'insett ġgantesk forma ta' wirdiena. W.H. Auden kiteb, 'Kafka huwa importanti għalina għaliex is-sitwazzjonijiet li sab ruħu fihom huma l-istess bħan-nies tal-lum.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'L-arti kollha ta' Kafka hi dik li tobbliga lill-qarrej jaqra mill-ġdid. L-għeluq fix-xogħlijiet tiegħu, jew in-nuqqas tagħhom, jissuġġerixxu spjegazzjonijiet, iżda li ma jintwerewx b'mod ċar u jesiġu, sabiex jidhru msejsa tajjeb, li jerġgħu jinqraw minn angolu differenti. Xi mindaqqiet, fihom possibbiltà doppja ta' interpretazzjoni, li minħabba fiha jinħass il-bżonn ta' qari ripetut. Dan hu li jftittex jagħmel l-awtur. Imma jiżbalja min ikun irid jinterpreta kollox fid-dettal meta jaqra 'l Kafka. Simbolu dejjem jittieħed b'mod ġenerali u, preċiża kemm tkun it-traduzzjoni tiegħu, artist irodd il-moviment li fih sa fejn jista' biss: ma teżistix traduzzjoni kelma għal kelma. Barra minn hekk, xejn mhu aktar diffiċli milli tifhem xogħol simboliku. Simbolu dejjem jisboq lil min jagħmel użu minnu u jġiegħlu jgħid fil-fatt aktar milli jkun konxju li esprima. F'dan ir-rigward, l-aktar mod żgur kif tifhmu, huwa dak li ma tipprovokahx, li x-xogħol tidħol għalih b'moħħ miftuħ mingħajr prekonċetti u bla na tfittex il-kurrenti sigrieti li fih. Għal Kafka, b'mod partikkolari, jixraq li dak li jkun joqgħod għal-logħba tiegħu, li jidħol ... għar-rumanz permezz tal-forma.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-Tama u l-Assurd fix-Xogħol ta' Franz Kafka\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKitba ta' Albert Camus\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Metamorfosi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Metamorphosis\u003c\/em\u003e by Franz Kafka, who was regarded as one of the major figures of 20th-century literature, is the story of a young man, who transformed overnight into a giant beetle-like insect. He became an object of disgrace to his family, an outsider in his own home, a quintessentially alienated man. W.H. Auden wrote, 'Kafka is important to us because his predicament is the predicament of modern man.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Metamorfosi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Metamorphosis\u003c\/em\u003e was translated into Maltese by Manwel Cutajar and is the fourteenth book in the Faraxa Translation Series. It is available as a paperback edition.\u003c\/p\u003e","brand":"Franz Kafka","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735557476726,"sku":"84","price":9.75,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__metamorfosi.jpg?v=1790583625"},{"product_id":"il-pesta","title":"Il-Pesta","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Pesta\u003c\/em\u003e is Prof. Toni Aquilina's Maltese translation of Albert Camus's absurdist novel \u003cem\u003eLa Peste\u003c\/em\u003e, originally published in French.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e \u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735559115126,"sku":"211","price":17.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__05__Il-Pesta.png?v=1790583632"},{"product_id":"il-waqgha-la-chute","title":"Il-Waqgħa \/ La Chute","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Waqgħa\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eLa Chute\u003c\/em\u003e, tal-awtur rinomat u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus huwa l-għoxrin traduzzjoni mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. Il-ktieb ġie maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735570125174,"sku":"120","price":14.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__waqgha.jpg?v=1790583675"},{"product_id":"il-hajja-u-l-avventuri-ta-santa-klaws-the-life-and-adventures-of-santa-claus","title":"Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws \/ The Life and Adventures of Santa Claus","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Ħajja u l-Avventuri ta Santa Klaws\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Life and Adventures of Santa Claus\u003c\/em\u003e ta' Frank L. Baum u maqlub għall-Malti minn Matthew Scerri. L-ewwel edizzjoni ta' dan il-ktieb ħarġet għall-bejgħ fl-1902. Sal-lum il-ġurnata għadu wieħed mill-iktar kotba popolari ta' Baum, tant li fl-aħħar mija u għaxar snin kellna diversi edizzjonijiet tiegħu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIr-rakkont jibda mill-mument tal-addozzjoni tiegħu mill-Fatina Neċile fil-Foresta ta' Burzee u jkompli pass pass tul ħajtu kollha: il-wasla f'Wied il-Għors; il-ħdim tal-ġugarelli għat-tfal; il-ksib tal-immortalità u ħafna episodji oħrajn. L-istil hu wieħed mexxej u b'sempliċità Baum jispjega lill-qarrejja l-bidu tat-tradizzjonijiet kollha marbuta mal-Milied, bħal pereżempju s-siġra tal-Milied. Għalkemm Baum dejjem emmen li l-vjolenza m'għandhiex ikollha post fil-kotba tat-tfal, f'\u003cem\u003eIl-Ħajja u l-Avventuri ta Santa Klaws\u003c\/em\u003e hemm aspetti daqsxejn mudlama u vjolenti fil-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Kollox ma' kollox il-mertu kbir ta' Baum hu dak li ddeskriva lil Santa Klaws b'mod mill-aktar ħaj, iwassalna biex insiru nafuh aktar mill-qrib u fl-istess ħin jgħaddilna tagħlima morali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Hekk dan ir-raġel, bit-tjubija kbira tiegħu, rebaħ il-qalb ta' kulħadd; u mhix ħaġa tal-iskantament li kien dejjem kuntent u ferħan, għax ma kienx hemm dar fid-dinja kollha fejn ma kienx jiġi milqugħ aħjar mill-aqwa re.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e‍Il-Ħajja u l-Avventuri ta Santa Klaws\u003c\/em\u003e ​​(​\u003cem\u003eThe Life and Adventures of Santa Claus​\u003c\/em\u003e) by Frank L. Baum was translated into Maltese by Matthew Scerri, Ph.D. Illustrations were done by Mario Portelli. The first edition of \u003cem\u003eThe Life and Adventures of Santa Claus\u003c\/em\u003e appeared for sale in 1902. To this day, it remains one of the most popular books ever written by Baum, to the extent that many different editions of this work have been published. A graphical romance, two animated cartoons and a series of animations based on this book were also published.\u003c\/p\u003e","brand":"Frank L. Baum","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735575138678,"sku":"4","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__santaklaws.jpg?v=1790583694"},{"product_id":"is-sajf-lete","title":"Is-Sajf \/ L'Eté","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e, tal-awtur rinomat u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus, huwa ġabra ta’ saġġi liriċi b’laqtiet filosofiċi mitbugħin f’Jannar tal-1954 iżda miktubin bejn l-1939 u l-1953, perjodu ta’ żmien li fih l-Ewropa rat taqlib kbir u li jwaħħax. B’danakollu Albert Camus (1913-1960) jispira ruħu minn temi li huwa nnifsu jsejħilhom 'solari'. Huma fuq kollox testi Mediterranji bħal dawk li nsibu f’\u003cem\u003eTieġ\u003c\/em\u003e, ġabra oħra ta’ saġġi ppubblikata qabel it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1938, iżda mingħajr l-ispirtu libertin li fihom dawn tal-aħħar. L-awtur naturalment tliġġem għax laħaq daq is-semm li taf tagħti l-ħajja u li minħabba fih ma setax iwettaq l-għanijiet avventurużi tiegħu: 'Is-sena li fiha faqqgħet il-gwerra suppost li kelli nsalpa biex jien ukoll ngħaddi mill-perikli tal-vjaġġ twil li għamel Ulisse … Biss dakinhar jien għamilt bħal kulħadd. Ma salpajtx.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Prometju fl -Abbissi)\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eU hekk timposta ruħha t-tema tal-vjaġġ fuq livelli differenti sakemm fl-aħħar saġġ l-awtur jgħidilna li lest 'isalpa' x’ħin irid hu. Għad li ma jafx x’hemm jistennieh barra l-port, hu qiegħed fuq ix-xwiek biex jerġa’ joħroġ avolja għadu kemm temm vjaġġ ieħor mhux nieqes mill-ansjetà li tbaqbqu. Iżda għall-kuntrarju ta’ dak li nsibu fl-ewwel saġġ, fejn Camus ma jeskludix il-possibbiltà li jsalpa ma’ oħrajn – 'Għada forsi nsalpaw flimkien.' (Il-Minotawr) – issa jingħalaq fih innifsu u l-vjaġġ lest jaffrontah waħdu\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Il-Baħar fi l-Qrib).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‍\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e huwa s-sitt ktieb mis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e‍Is-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e by the world-famous author and Nobel prize winner Albert Camus is a collection of eight lyrical, short stories with a philosophical bent, translated into the Maltese language by Prof. Toni Aquilina, D. es L. Written between 1939 and 1953, Camus explores the Mediterranean from his native Algeria, through Greece to the Atlantic, addressing controversy and the violence of the modern world with great irony. \u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e was published by FARAXA to celebrate the 100th anniversary from the birth of Camus. \u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e is the sixth book in the FARAXA Translation Series.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735591358838,"sku":"12","price":8.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__sajf.png?v=1790583735"},{"product_id":"is-sur-ibrahim-u-l-fjuri-fil-koran-monsieur-ibrahim-et-les-fleurs-du-coran","title":"Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran \/ Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eMonsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran\u003c\/em\u003e ta' Eric-Emmanuel Schmitt hu maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, D. es L. Dan hu t-tmien ktieb tas-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eF'\u003cem\u003eIs-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran\u003c\/em\u003e insibu lill Schmitt jirrakkonta l-istorja mil-lenti tal-adult Momo li jħares lura lejn l-adoloxxenza u jiftakar fil-konverżazzjonijiet li kien ikollu max-xwejjaħ Ibrahim. Momo, trabba mingħajr omm u kellu lil missieru jbagħti bid-dipressjoni. Hu ltaqa' ma xwejjaħ Tork li kellu ħanut tal-merċa. Momo kien jisirqu kemm-il darba lit-Tork imma xorta waħda spiċċa biex irabbih meta missier Momo miet.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'It-traduzzjoni hi arti fiha nnifisha, hi proċess kreattiv marbut ma' test barrani għat-traduttur. Is-sengħa li biha awtur imexxi test biex jgħaddi minn lingwa għal oħra tinvolvi għadd ta’ kompetenzi, fosthom l-għarfien sħiħ taż-żewġ ilsna. Il-Professur Toni Aquilina għandu l-ħila li jaqra t-testi b’għajn xjentifika daqskemm letterarja, u jistudja t-testi bħal sistema organika sħiħa u waħda, bil-partijiet kollha mdaħħlin fil-bini tat-test. It-traduzzjonijiet diversi tiegħu mill-Franċiż huma turija ta’ xogħol magħmul bi xjenza u b’arti, b’għarfien tekniku u b’rispett. Il-kelma Maltija tiegħu hi dejjem f’postha, imqiegħda b’għaqal biex mhux biss trodd it-tifsira tal-ewwel lingwa, imma wkoll biex tinserixxi ruħha fil-kumpless ġdid, it-test maħluq mit-traduttur. Aquilina jrodd testi li għandhom mhux biss rabta rispettuża mat-test ewlieni, imma wkoll identità propja, tant li jinħassu l-ħin kollu bħallikieku kienu testi oriġinali, miktubin bil-Malti. Bħala mgħallem tal-kelma, kemm Franċiża u kemm Maltija, huwa jagħżel il-kelma preċiża u jinseriha f’postha f’relazzjoni mal-kumplament.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'F’dan ir-rumanz, Toni Aquilina qiegħed juri s-serjetà u r-reqqa tiegħu, fit-traduzzjoni tad-diskors dirett, tal-konverżazzjoni, minħabba li dan hu xogħol mibni fuq sensiela ta’ kwadratti li l-azzjoni tagħhomhi aktar irrakkontata bil-fomm tal-persunaġġi nfushom milli mwettqa b’mod fiżiku, reali. Il-ħeffa naturali tat-test oriġinali tinħass hawn ukoll, minnufih, bi kliem preċiż, b’idjoma li toħrġ dritt minn fomm il-persunaġġi ewlenin, li huma ftit imma li jokkupaw l-ispazju f’ġirja mingħajr waqfien ta’ġrajjiet traġiċi.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Din id-darba, aktar minn drabi oħrajn, Aquilina qiegħed joffri eżempju ta’ traduzzjoni li formalment hi xogħol narrativ, waqt li essenzjalment hi xogħol drammatiku, teatrali. Għal darb’oħra huwa qiegħed juri li l-ilsien Malti fl-idejn ta’ mgħallem ma għandu xejn nieqes biex ilaħħaq mal-ilsna l-kbar.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eOliver Friggieri\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eMonsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran\u003c\/em\u003e by Eric-Emmanuel Schmitt, translated into the Maltese language by Toni Aquilina, D. es L. This is the eighth book in the FARAXA Translation Series.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThe play \u003cem\u003eIs-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran\u003c\/em\u003e is set in a working-class, Parisian neighborhood in the mid-20th century. A young Jewish boy who is growing up without a mother and with a depressed father, meets an elderly, Turkish, grocery store owner whom he regularly robs. The pair, however, develop an unusual relationship. The elderly Turk adopts the young boy when the latter's father commits suicide ... The play has also been adapted into a French movie starring Omar Sharif and directed by Francois Dupeyron.\u003c\/p\u003e","brand":"Éric-Emmanuel Schmitt","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735593652598,"sku":"21","price":7.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__suribrahim.jpg?v=1790583743"},{"product_id":"it-turufnament-u-s-saltna-lexil-et-le-royaume","title":"It-Turufnament u s-Saltna \/ L'Exil et le Royaume","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna \/ L'Exil et le Royaume\u003c\/em\u003e ta' Albert Camus u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina hu l-erba' u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eL-impass li kien sab ruħu fih Albert Camus (1913-1960) fil-ħamsinijiet tas-seklu l-ieħor kien dovut prinċipalment għall-kwestjoni politika taħraq Alġerina li hu ħassha saħansitra qiegħda toħnoqlu il-potenzjal kreattiv tiegħu. Dan narawh jispikka fin-novella \"Il-Mi(n)stieden\", ir-raba’ waħda fil-ġabra \u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna\u003c\/em\u003e. Imma mhux biss; kien hemm ukoll is-sitwazzjoni familjari privata li bla dubju influwenzatu sew fil-kompożizzjoni ta’ \"Jonas jew l-Artist fuq Xogħlu’\" u l-ġlieda tiegħu kontra Sartre u sħabu meta ġie biex jikteb \"Il-Ġebla Katrana\" u \"Il-Waqgħa\" (b’din tal-aħħar tiġi ppubblikata għaliha sena qabel fl-1956 bħala long récit) ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTal-anqas erbgħa mis-sitt novelli fil-ġabra jġibu t-timbru tat-traġedja personali li kien għaddej minnha l-kittieb. Dan it-titlu, bħal ħafna affarijiet oħra f’Camus, jagħti xhieda ta’ żewġ pożizzjonijiet kontrapposti, dikotomija u \/ jew duwaliżmu. Fl-inserzjoni li kien kiteb għal dil-ġabra ta’ novelli l-awtur innifsu, wieħed isib dan li ġej: '\u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna\u003c\/em\u003e fih sitt novelli ... Tema waħda, b’danakollu, dik tat-turufnament, hi ttrattata b’sitt modi differenti, mill-monologu interjuri san-narrattiva realista. Is-sitt stejjer wara kollox inkitbu wara xulxin, minkejja li kont naħdem u nirranġa fihom b’mod separat ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eInkwantu għas-saltna inkwestjoni wkoll, fit-titlu, tikkorrispondi ma’ ċerta ħajja ħielsa u mneżżgħa għal kollox li aħna rridu nerġgħu niskopru sabiex sa fl-aħħar nitwieldu mill-ġdid. L-eżilju, bil-mod tiegħu jurina l-mogħdijiet tagħha, bl-unika kundizzjoni tkun dik li nkunu nafu niċċaħħdu fl-istess ħin mill-jasar u l-ħakma.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Silta meħuda minn studju tat-traduttur, \u003cem\u003eL’Exil et le Royaume\u003c\/em\u003e – \u003cem\u003eStejjer li jikxfu l-enigma u ‘l-vanġelu’ ta’ Albert Camus\u003c\/em\u003e, li inkludih fl-aħħar tal-ktieb għal dawk il-qarrejja li jixtiequ jidħlu aktar fil-fond fis-suġġett.)\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735601549686,"sku":"158","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__ItTurufnament-cover-F.jpg?v=1790583762"},{"product_id":"ittra-lil-tarbija-li-qatt-ma-twieldet-lettera-a-un-bambino-mai-nato","title":"Ittra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet \/ Lettera a un Bambino Mai Nato","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIttra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eLettera a un Bambino Mai Nato\u003c\/em\u003e hu rumanz miktub mill-ġurnalista Taljana Oriana Fallaci fejn tindirizza l-fetu fil-ġuf. Fejn f'kuntest ta' inġustizzji, turi t-taqbida ta' mara li tagħżel bejn il-karriera li tħobb u tqala mhux mistennija.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Mamà! Ħallini nitkellem, mamà. La tibżax. M'għandux ikun hemm biża' mill-verità. Warra kollox, il-verità diġà ntqalet. Kull wieħed minnhom qal verità, u inti taf: inti għallimtni li l-verità hi magħmula minn ħafna veritajiet differenti. Qegħdin fit-tajjeb dawk li akkużawk u dawk li ddifendewk, dawk li ħelsuk u dawk li kkundannawk... Iżda dawk il-ġudizzji ma jiswew xejn. Missierek u ommok għandhom raġun meta jgħidu li ma tistax tidħol fir-ruħ ta' ħaddieħor, li l-uniku xhud huwa jien. Jiena biss, mamà, nista' nafferma li qtiltni mingħajr ma qtiltni. Jien biss nista' nispjega kif għamilt u għaliex. Jien ma kontx tlabt li nitwieled, mamà...'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‍'Mother! Let me speak, mother. Do not be afraid. There should not be any fear of the truth. After all, the truth has already been revealed. Everyone spoke the truth and you know: you taught me that the truth comprises many different realities. Both those who accused you and who defended are correct, as well as those who condemned you and who set you free... But those judgments count for nothing. Your parents are correct in saying you cannot enter into someone else's soul, that I am the sole witness. Only I, mother, can declare that you have killed me without killing me. Only I can explain how and why you did this. Mother, I never asked to be born...'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAbout the Author\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eOriana Fallaci was an Italian author, journalist and political interviewer who became famous in the mid-20th century for her coverage of war and revolution and her interviews with world leaders.\u003c\/p\u003e","brand":"Oriana Fallaci","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735603122550,"sku":"87","price":9.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__ittra_tarbija.jpg?v=1790583766"},{"product_id":"jiena-malala-it-tifla-li-tkellmet-favur-l-edukazzjoni-u-sparawlha-t-taliban-i-am-malala-the-girl-who-stood-up-for-education-and-was-shot-by-the-taliban","title":"Jiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban \/ I Am Malala: The Girl Who Stood Up for Education and was Shot by the Taliban","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eJiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eI Am Malala: The Girl Who Stood Up for Education and was Shot by the Taliban\u003c\/em\u003e hu n-numru sbatax fis-Sensiela Traduzzjonijiet Malala u sar b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u RSM Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eJiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban\u003c\/em\u003e hija l-istorja ta' familja li kellha titlaq minn pajjiżha minħabba t-terroriżmu globali, il-ġlieda favur l-edukazzjoni tal-bniet, ta' missier li kien imexxi skola u jinkoraġixxi lill-bintu biex tikteb u tattendi l-iskola, u ta' ġenituri li għandhom iimħabba kbira lejn bintom f'soċjetà li tippremja s-subien.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e‍Jiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban\u003c\/em\u003e, number 17 of the Faraxa Translation series, is a collaboration with the National Literacy Agency and RSM Malta. It was translated into Maltese by Godwin Ellul from \u003cem\u003eI Am Malala: The Girl Who Stood Up For Education And Was Shot By The Taliban\u003c\/em\u003e. It is the remarkable tale of a family uprooted by global terrorism, of the fight for girls' education, of a father who, himself a school owner, championed and encouraged his daughter to write and attend school, and of brave parents who have a fierce love for their daughter in a society that prizes sons.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eJiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban\u003c\/em\u003e will make you believe in the power of one person's voice to inspire change in the world.\u003c\/p\u003e","brand":"Malala Yousafzai with Christina Lamb","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735611412854,"sku":"86","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__malala.jpg?v=1790583788"},{"product_id":"jugoslav","title":"Jugoslav","description":"\u003cp\u003eDal-ktieb hu t-tletin traduzzjoni mill-Kulluna Traduzzjonijiet Faraxa. Xogħol tal-awtriċi Serbjana Ana Vučković, 'Bis-saħħa ta' din it-traduzzjoni, issa għandna bil-Malti għall-ewwel darba ktieb sħiħ li fih awtur jesprimi t-thewdin tiegħu bit-teknika tan-nixxiegħa tal-ħsieb (stream of conciousness technique).'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHawnhekk, fil-każ ta' dan il-ktieb partikulari, l-awtriċi thewden fuq l-għajbien ta' missierha fuq l-isfond tal-waqgħa tal-eks Jugoslavja.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAgħtini l-Yugoslavja fejn kien hemm ix-xogħol kif ukoll id-divertiment, u fejn stajna nagħmlu kwalunkwe ħaġa, ara biss li ma tħallihiex tixbaħ il-ħajja. (Ana Vučković)\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'\u003cem\u003eJugoslav\u003c\/em\u003e hu l-ewwel u qabel kollox poema eliġijaka li tittratta ż-żmien li l-protagonista qattgħet ma' missierha, b'enfasi speċjali fuq iż-żmien li fih ġiet assassinata l-Jugoslavja ... deskritt b'mod straordinarjament raffinat li mhux ġej minn studju post-factum tal-antenati, imma pjuttost mill-memorji tal-awtriċi. U jweġġgħu ħafna, ukoll. Għaldaqstant, immexxija mid-don u t-talent lingwistiku tagħha stess, il-protagonista telliefa t'Ana Vuckovic jirnexxilha tisforza u tibqa' għaddejja mill-epoka li spiċċat u ma titreġġax lura, tagħmel mal-imgħoddi, sa ma madankollu jirnexxilha ssib il-mezz kif toħroġ minnu.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKwotazzjoni mill-istudju tal-kritiku Srđan Srdić \/ Vladimir Arsenic, miġjub għall-Malti wkoll fl-aħħar tal-ktieb \u003cem\u003eJugoslav\u003c\/em\u003e.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThis book is the thirtieth translation in the Faraxa Translation Series. It is the work of Serbian author Ana Vučković. 'Through this translation, we now have for the very first time a complete Maltese book in which the author expresses their innermost thoughts through the stream of consciousness technique.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHere, in the case of this book in particular, the author mulls over the disappearance of her father in the wake of ex-Yugoslavia's downfall.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGive me Yugoslavia in which there was work as well as entertainment, and where we could do whatever, don't you dare let it resemble life. (Ana Vučković)\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'\u003cem\u003eJugoslav\u003c\/em\u003e is first and foremost an elegaic poem that details the time the protagonist spent with her father, with a special emphasis on the time during which Yugoslavia was assassinated ... described in an extraordinarily refined way that is not gleaned from post-factum studies of ancestors, but from the author's memories. And they hurt a lot, as well. Nevertheless, driven by her own linguistic talent, Ana Vučković - the protagonist who loses - manages to keep going through the epoch that had ended and was never coming back, settled in the past, until she finds a way out of it.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eA quote from the study of critic Srđan Srdić \/ Vladimir Arsenic, also translated into Maltese at the end of the book, \u003cem\u003eJugoslav\u003c\/em\u003e.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Ana Vučković (1984- ), a graduate in dramaturgy from the University of Belgrade, is a Serbian author and screenwriter. She published a collection of stories and some novels; one of her novels \u003cem\u003eYugoslav\u003c\/em\u003e (2019), written in the first person, was a finalist for the Award for Best Novel of the Year (which is a prestigious Serbian literary award that is given annually for an outstanding newly published novel in Serbian). This novel \u003cem\u003eYugoslav\u003c\/em\u003e was translated from Serbian into English by the Serbian Nataša Srdić (1984- ) who is also a graduate from the University of Belgrade. She graduated in English language and literature, and eventually became a literary translator. In fact, she has translated many books from Serbian into English and vice versa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Now the novel has been translated from English into Maltese by Toni (Anthony) Aquilina (1954- ) who is a professor of French and a foremost literary translator.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'The title \u003cem\u003eYugoslav\u003c\/em\u003e alludes to the personal aspect of a lifelong Yugoslav and to a common citizen of Yugoslavia. And the novel’s context is set in Yugoslavian culture as the narrator unfolds stored events in her memory to reveal the disappearance of an era, while delineating the rise of a man and his later fall, and the formerly common life of a family (which form the basis of the novel). Generally speaking, the work tends to be wistfully mournful as it deals with the loss of a loving relative and is very close to an elegy in prose.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Following the death of her father (who remained a Yugoslav throughout his life), the protagonist regenerates her relationship with him, generally depicting moments of her childhood as happy experiences with him and her family. These episodes are juxtaposed with social everyday culture as Yugoslavia (in Srdić’s words) was being assassinated (p.111). The narration shifts from the private and intimate moments to the social and common events which lead the narrator to reflect on existential considerations of human life in past Yugoslav everyday culture. So it treats a mixture of themes, like: the joy of being with the family at home, sociability, meeting the father in the city, professional and artistic ambitions, friendship, the desire to travel, love, and sexuality.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Aquilina’s Maltese version is a translation of a translation.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'We have to look at translation in the wide context of human communication. And we find the monolingual communicator to be different from the bilingual translator. The monolingual communicator encodes messages in the language used by the receivers of the text; for instance, a Maltese writer writes in Maltese for the Maltese. The translator, on the other hand, decodes messages communicated in one language (L1) and re-encodes them in another (L2): he is a sort of bilingual mediating agent. And in a translation of a translation there is a different re-encoding process. The new translator takes the messages which have already been re-encoded in L2 to produce another re-encoding in a third language (L3). In simple terms, in translation we have the process L1→L2, and in a translation of a translation we have the process L1→L2→L3. So in a translation of a translation we have an interpretation of an interpretation because every translation is an interpretation.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Aquilina’s choice of words in his version (e.g. banju instead of xawer, kakka instead of ħmieġ, qaħbeċ instead of imniefaħ, qlejzietha instead of ix-xorz tagħha, żejżietek instead of sidrek, żibdi instead of tal-butir, jitferċħu instead of b’saqajhom imfettħin) is part of his interpretation. But he maintains the essential feature of the original novel and in Maltese he presents a temporal emptiness in the narrator after her father’s death. And despite this vacuum we see her coming to terms with his departure.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'The length of the novel’s chapters is significant because it varies from being extremely short (as the chapters on Mewt, p.5, and Kafè, p.40) to being many pages long (as Mirjana, p.50-57, and Il-Platt, p.58-70). Furthermore, the chapters are presented in just one paragraph – so a 12-page chapter consists of only one long paragraph. Such a delivery helps us to imagine the mental processes of the narrator. The content of each chapter is kept within the confines of a single paragraph to imply that there are no boundaries between the stream of ideas treated in a particular chapter. And the unbroken flow of the narrator’s thoughts (which mingle dream and reality) helps us to arrive quickly at the intended experience and to give us the impression that the mind’s workings have not been censored. Moments of heartache are often interspersed with some humour or irony. And on a general level, that flow touches upon the universal in human nature.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'In Aquilina’s interlingual translation we can see the energy of our language as an element in the cultural struggle of our times. His work contains the expressive qualities of Maltese as he seeks to energise his prose by clarity, explicitness, and rhythm together with sense. In itself this process is rather creative. His approach is to capture the energy of each chapter and to seek to escape from the rigid straitjacket of tradition especially through a mixture of informality and archaicising.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eA review from Charles Briffa, Professor of Maltese and Translation at the University of Malta.\u003c\/p\u003e","brand":"Ana Vučković","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735616917878,"sku":"182","price":16.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Cover-Jugoslav-Front.jpg?v=1790583803"},{"product_id":"kaligula-caligula","title":"Kaligula \/ Caligula","description":"\u003cp\u003eIt-tnejn u għoxrin traduzzjoni fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa, \u003cem\u003eKaligula\u003c\/em\u003e huwa wieħed miż-żewġ drammi ta' Albert Camus li jittrattaw it-tema tal-Assurd.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eId-Direzzjoni tas-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa ddedikaw dan ix-xogħol tal-Prof. Toni Aquilina lill-memorja tal-mibki Prof. Oliver Friġġieri li fost id-doni kbar li kellu nsibu dak ta' traduttur ta' ħila kbira.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735620096374,"sku":"131","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Kaligula-F.jpg?v=1790583811"},{"product_id":"kumewawa-iben-il-gungla","title":"Kumewawa: Iben il-Ġungla","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eKumewawa: Iben il-Ġungla\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eKumewawa: Son of the Jungle\u003c\/em\u003e hu d-disa' ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. Dal-ktieb ta' Tibor Sekelj (1912-1988) hu l-aktar ktieb tradott mill-Esperanto għall-ilsna oħra. F'dal-ktieb mimli avventuri, Sekelj ma riedx juri biss esperjenzi personali tiegħu, imma ried juri ukoll li l-Esperanto, lingwa ħafifa, tista' tintuża għal kull bżonn u idea u tista' tgħin 'il-bnedmin jiftiehmu bejniethom aktar għax mhi lingwa ta' ħadd u hi ta' kulħadd fl-istess ħin.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThe 2nd edition of \u003cem\u003eKumewawa: Iben il-Ġungla\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eKumewawa: Son of the Jungle\u003c\/em\u003e by Tibor Sekelj, translated from Esperanto into the Maltese language by Karmenu Mallia. This book is the ninth in the FARAXA Translation Series. \u003cem\u003eKumewawa\u003c\/em\u003e is Sekelj's most successful and most translated work, with the Japanese ministry for education in 1983 having declared the story to be one of the four most successful works of juvenile literature in Japan. Over a million copies of \u003cem\u003eKumewawa\u003c\/em\u003e have been printed throughout the world.\u003c\/p\u003e","brand":"Tibor Sekelj","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735628124534,"sku":"22","price":6.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__kumewawa.jpg?v=1790583834"},{"product_id":"kuncert-btifkira-ta-anglu-concerto-a-la-memoire-dun-ange","title":"Kunċert b'Tifkira ta' Anġlu \/ Concerto à la mémoire d'un ange","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eKunċert b'Tifkira ta' Anġlu\u003c\/em\u003e \/ Concerto à la mémoire d'un ange ta' Éric-Emmanuel Schmitt u maqlub għall-Malti minn Claudine Borg hu t-tlieta u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjoni Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMara xiħa qattiela ssir tħobb lil qassis. Baħri jaħdem qatigħ għal familtu iżda jinsa jagħmilha ta' missier.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eŻewġt irġiel b'karattru oppost jibdlu l-irwoli: il-vittma ssir imbruljun mill-kbar u l-assassin isir raġel tajjeb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKoppja presidenzjali Franċiża, esperta fl-apparenzi, tinħabb imma mhux fl-istess waqt...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKif tidħol Santa Rita, il-qaddisa tal-impossibbli, f'dan kollu?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eX'jorbot flimkien dawn l-erba' stejjer distinti?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Dawn l-istejjer iħufu t-trejqiet tal-ħajja u jistaqsu jekk dawn humiex il-mogħdijiet tal-libertà jew it-toroq tad-determiniżmu.' Schmitt jistaqsi preċiżament kemm aħna liberi fid-djarju li kiteb hu u jaħdem fuq dawn in-novelli u li hu inkluż fil-ktieb.\u003c\/p\u003e","brand":"Éric-Emmanuel Schmitt","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735629697398,"sku":"139","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__kuncert.jpg?v=1789553874"},{"product_id":"l-alla-tal-herba-le-dieu-du-carnage","title":"L-Alla tal-Ħerba \/ Le Dieu du Carnage","description":"\u003cp\u003eL'Alla tal-Herba \/ \u003cem\u003eLe Dieu du Carnage\u003c\/em\u003e ta' Yasmina Reza u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina hu l-ħames ktieb fis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. F'dan il-ktieb, Reza tirrakkonta l-istorja ta' żewġ settijiet ta' ġenituri fejn uliedhom iweġġgħu lil xulxin. Il-ġenituri jiltaqgħu biex jiddiskutu x'ġara, imma l-konverżazzjoni tispiċċa f'kaos ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‍Winner of the National Book Prize 2013 - Translation Category\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eL'Alla tal-Herba\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eLe Dieu du Carnage\u003c\/em\u003e by Yasmina Reza is the fifth book in our Translations series. It was translated into Maltese by Toni Aquilina. In this book, Reza sets forth the story of two independent parents whose children injure each other. The former meet to discuss what occurred, but the conversation degenerates into chaos ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAbout the Author\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eYasmina Reza is an award-winning French novelist whose play \u003cem\u003eLe Dieu du Carnage\u003c\/em\u003e has garnered awards and worldwide renown including acclaimed performances at Londons Gielgud Theater and on New Yorks Broadway. The play has also been adapted into a film entitled \u003cem\u003eCarnage\u003c\/em\u003e, directed by Roman Polanski and starring Jodie Foster and Kate Winslet.\u003c\/p\u003e","brand":"Yasmina Reza","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735631860086,"sku":"11","price":8.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__allatalherba.jpg?v=1790583838"},{"product_id":"l-avveniment","title":"L-Avveniment","description":"\u003cp\u003eKieku kelli niddeskrivi f'pittura waħda dan l-avveniment ta' ħajti, kieku npenġi mejda żgħira tal-formika, tmiss ma' ħajt, u fuqha bieqja tal-enemel b'sonda ħamra tgħum ġo fiha. Ħarira lejn il-lemin tagħha, inpoġġi xkupilja tax-xagħar. Ma naħsibx li teżisti pittura bit-titlu \u003cem\u003eAtelier tal-Ħelliesa\u003c\/em\u003e f'ebda mużew fit-dinja.\u003c\/p\u003e","brand":"Annie Ernaux","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735636513142,"sku":null,"price":13.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__03__L-Avveniment.png?v=1790583848"},{"product_id":"l-gharib","title":"L-Għarib","description":"\u003cp\u003eIl-ħamsa u għoxrin traduzzjoni mis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735649227126,"sku":"164","price":14.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__L-Gharib-Cover-F.jpg?v=1790583870"},{"product_id":"l-intruza-u-l-ghomja-lintruse-et-les-aveugles","title":"L-Intruża u L-Għomja \/ L’Intruse et Les Aveugles","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003e\"L’Intruse\" et \"Les Aveugles\"\u003c\/em\u003e ta' Maurice Maeterlinck maqluba għall-Malti mill-Prof. Anthony Aquilina. Dawn huma żewġ drammi f’att wieħed, \"L-Intruża\" u \"L-Għomja\", ta’ Maurice Maeterlinck (1862-1949), awtur Belġjan li kien jikteb bil-Franċiż, u li rebaħ il-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1911.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDawn il-ġojjelli fl-istorja tal-teatru Franċiż ta’ tmiem is-seklu dsatax jittrattaw il-kunflitt bejn il-bniedem u l-forzi sopranaturali li xejn ma jista’ jagħmel biex jegħlibhom, u jantiċipaw inkwantu għas-suġġett, jekk mhux fl-istil, 'it-Teatru tal-Assurd'. Dan hu teatru inkwetanti li jirrifletti t-teorija drammatika tad-drammaturgu, kif insibuha elaborata f’\"Le Tragique quotidien\" \/ \"It-traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum\", ġewwa l-ktieb bis-saġġi filosofiċi tiegħu, \u003cem\u003eLe Trésor des humbles\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eIt-Teżor tal-Umli\u003c\/em\u003e (1896).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-misteru li Maeterlinck kien jiltaqa’ miegħu kullimkien madwaru u fil-bnedmin, huwa rnexxielu jinkarnah f’dawn iż-żewġ drammi. Biex nikkwota mill-istqarrija ta’ rikonoxximent waqt l-għoti tal-premju Nobel, il-kwalitajiet distintivi tad-drammi Simbolisti ta’ Maeterlinck kienu 'ir-rikkezza ta’ immaġinazzjoni u r-realiżmu poetiku tagħhom'. Huma juru l-intimità tas-sentimenti profondi li kellu, u daqstant ieħor jappellaw għas-sentimenti u l-ansjetajiet tal-qarrej.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFlimkien mat-traduzzjonijiet wieħed isib ukoll studju qasir mill-Professur Aquilina fuq post Maeterlink fil-qafas tad-drama Simbolista fi Franza. Il-Professur Toni Aquilina huwa membru tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‍\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003e\"L’Intruse\" et \"Les Aveugles\"\u003c\/em\u003e by the Belgian Nobel Prize Winner Maurice Maeterlinck – \"L’Intruse\" \/ \"L-Intruża\" and \"Les Aveugles\" \/ \"L-Għomja\" (1890) are two one-act symbolist dramas and were translated into Maltese by Professor Anthony (Toni) Aquilina. These gems in the history of French fin de siècle theatre concern man’s conflict with preternatural forces against which he is powerless, foreshadowing the subject-matter, if not the style, of the Theatre of the absurd. This is a disquieting theatre reflecting the playwright’s theory of drama, as developed in \"Le Tragique quotidien\" \/ \"It-Traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum\" \/ \"The Tragical in Daily Life\", published in his book of philosophical essays, \u003cem\u003eLe Trésor des humbles\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eIt-Teżor tal-Umli\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Treasure of the Humble\u003c\/em\u003e (1896). The mystery which Maeterlinck found everywhere around us and within us, he managed to embody it in these plays. To quote from the citation accompanying the award of the Nobel Prize for Literature in 1911, the distinctive quality of Maeterlinck’s symbolist drama was 'their richness of imagination and poetic realism'. It displays a deep intimacy of feeling and also appeals to the readers’ sentiments and sense of foreboding.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAccompanying the translations one finds a short study by Professor Aquilina on Maeterlinck’s place within the framework of French Symbolist drama. Professor Toni Aquilina is a member of the Department of Translation, Terminology and Interpreting Studies within the Faculty of Arts at the University of Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e is number 18 of the Faraxa Translation Series and is in paperback format.\u003c\/p\u003e","brand":"Maurice Maeterlinck","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735651029366,"sku":"95","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__intruza.jpg?v=1790583875"},{"product_id":"lejl-in-nar","title":"Lejl in-Nar","description":"\u003cp\u003eTa’ tmienja u għoxrin sena, waqt żjara ma’ direttur tal-films fin-Nofsinhar tal-Alġerija, Éric-Emmanuel Schmitt jingħaqad ma’ ġemgħa Franċiżi bħalu biex fil-kumpanija ta’ Twareg u gwida Amerikan jagħmlu spedizzjoni ġod-deżert. Matulha, huwa jintilef fl-immensità tal-Ħoggar, Mingħajr ilma, ikel u għata tul lejl sħiħ f’kesħa glaċjali, mhux biss ma jiġrilu xejn u ma jibżax, talli jħossu qiegħed jintrefa’ minn forza tikwi li timlieh bis-sliem, bil-hena u b’sens ta’ eternità. Iċ-ċertezzi kollha tal-filosfu razzjonalist jitheżżu minn għeruqhom. Il-għala dan in-nar ma jsejjaħlux Alla?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eÉric-Emmanuel Schmitt jirrakkonta lejl in-nar tiegħu għall-ewwel darba u jikxef, matul għaxqa ta’ vjaġġ interjuri, l-intimità spiritwali tiegħu u l-esperjenza li bidlitlu ħajtu sew bħala bniedem kif ukoll kittieb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin hi l-wieħed u tletin traduzzjoni mis-serje Pubblikazzjoni Faraxa.\u003c\/p\u003e","brand":"Éric-Emmanuel Schmitt","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735655649654,"sku":"190","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__lejl_nar.jpg?v=1790583882"},{"product_id":"malta-hanina","title":"Malta Ħanina","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eMalta Ħanina\u003c\/em\u003e ta' Daniel Rondeau u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, hu t-tlettax-il-ktieb mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDaniel Rondeau, l-ambaxxatur Franċiż f'Malta bejn l-2008 u l-2011 immortaliżża l-esperjenza mżewqa tiegħu fil-gżejjer Maltin fil-ktieb \u003cem\u003eMalta Ħanina\u003c\/em\u003e.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Malta ħadmet ir-rwoli kollha fuq il-palk Mediterranju. Taħt il-maskra tal-ġebel, liebsa lbies ta' xemx u ta' baħar, hi kienet il-maħruma, il-minsija, il-missielta, il-kiefra, il-ħerqana, iż-żienja, il-gżira kennija, il-gżira fortizza, il-ħabs, bażi navali minn żmien il-Feniċi, furmarija kbira fl-Ewwel Gwerra Dinjija, bunker ewlieni tal-Allejati fit-Tieni, matmura l-ħin kollu ta' ħolm varjat u kontradittorju. Il-passat għadu b'danakollu ħaj fit-toroq dojoq tal-Belt Valletta, San Francisco fiċ-ċokon, mimlija tlugħ u nżul, l-ewwel belt Ewropea mibnija fuq pjanta, b'veduti kull mument fuq il-ġelu ikħal tal-baħar.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eProfessor Toni Aquilina's translation into Maltese of Daniel Rondeau's \u003cem\u003eMalta Ħanina\u003c\/em\u003e has been published with the financial support of The Malta Book Council. The book, originally written in French was first published by Éditions Grasset in January 2012.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAuthor, journalist, editor and diplomat, Daniel Rondeau was French Ambassador to Malta between 2008 and 2011. He left an indellible mark on our island, seeking every opportunity to promote Malta in the French media and to further the historical and cultural ties that have long existed between us and France. He was afterwards appointed French Ambassador to Unesco in Paris, where he is now representing the United Nations University think-tank. He is a well-known figure in French literary circles, having won various prestigious prizes, amongst others the Prix Populiste (1988), the Prix Liberté Littéraire (1994), the Prix des Deux Magots (1997), the Prix Saint Simon (2014) and the Prix Paul Morand of the French Academy for the totality of his work.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eArticle on Malta Independent, 18th July 2016:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003ehttps:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2016-07-18\/newspaper-lifestyleculture\/Daniel-Rondeau-s-Malta-Hanina-translated-into-Maltese-6736161149\u003c\/p\u003e","brand":"Daniel Rondeau","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735661449590,"sku":"55","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__malta_hanina.jpg?v=1790583892"},{"product_id":"meaulnes-it-twil-le-grand-meaulnes","title":"Meaulnes it-Twil \/ Le Grand Meaulnes","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eMeaulnes it-Twil\u003c\/em\u003e ​\/ \u003cem\u003eLe Grand Meaulnes\u003c\/em\u003e​ hu rumanz famuż Franċiż ta' Alain-Fournier li deher għall-ewwel darba fl-1913.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eWara li ħarab mill-iskola, Wistin Meaulnes, imlaqqam it-Twil minn sħabu tal-iskola ta' Sant' Agata, jintilef u jsib ruħu wara nżul ix-xemx f'dominju mwarrab, f'nofs il-kampanja, imżejjen b'lanterni kkuluriti, fejn kienet qed titħejja festa misterjuża u karnivaleska. Ma kellux għażla ħlief li jitħallat mal-folla tal-mistednin. X'kienu qed jagħmlu hemm f'nofs il-foresta dawn in-nies kollha? X'ra u ma' min ltaqa' Meaulnes fil-jumejn li qatta' fid-dominju misterjuż? Għaliex din l-avventura kellha taqliblu ħajtu ta' taħt fuq?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e‍‍Meaulnes it-Twil\u003c\/em\u003e ​\/ \u003cem\u003eLe Grand Meaulnes​\u003c\/em\u003e is the Maltese translation of the famous novel of Alain-Fournier. Here the author narrates his story as a folkloristic tale which pleases the young and the old alike, taking the reader into an imaginary world filled with fantasy, love and nostalgia for the lost past.\u003c\/p\u003e","brand":"Alain - Fournier","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735676785014,"sku":"2","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__meaulnes.jpg?v=1790583912"},{"product_id":"milarepa","title":"Milarepa","description":"\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eL-ewwel volum fiċ-Ċiklu tal-Inviżibbli ta' Éric-Emmanuel Schmitt.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMil-lat ta' kontenut dal-ktieb jittratta r-reliġjon Buddista.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFuq il-livell tal-aspett temporali, fih taħlita ta' żewġ realtajiet:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIn-narratur tal-istorja kollha kemm hi, Simon, jgħix f'Pariġi tal-lum filwaqt li f'ħajja preċedenti fil-passat imbiegħed kien jgħix it-Tibet ġewwa l-Asja bħala Svastika.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan Svastika kien jiġi z-ziju ta' Milarepa, il-personaġġ prinċipali u eponimu tal-ktieb. Huwa permezz ta' ħolma rikorrenti li Simon isir jaf l-istorja ta' Milarepa u Svastika; jara l-pajsaġġ għarib, misterjuż, mhux magħruf, imma għadu mhux jifhem kollox. Il-ħolma titfaċċa kull lejl u tħalli fuq Simon impressjonijiet dejjem aktar b'saħħithom li jinfluwenzaw imġibtu. Darba jmur f'bar u jsir midħla ta' waħda mara \"kewtiela\" li tfiehmu kollox hi...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Minn studju qasir tat-traduttur fl-aħħar tal-istorja.)\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eThe first volume in the \u003cem\u003eCycle de l’invisible \u003c\/em\u003eby Éric-Emmanuel Schmitt. \u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIn terms of content, this book reflects on Buddhism.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFrom a temporal aspect, this book includes two realities:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThe narrator throughout the story is Simon, who lives in modern-day Paris, but lived in Tibet as a Svastika in his past life.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eSvastika was the uncle of Milarepa, the story's eponymous protagonist. It's because of a recurring dream that Simon learns of Milarepa and Svastika's story; he sees a strange landscape, mysterious and unknown, but is still confused. He has this dream every night and leaves Simon with ever-stronger impressions that start to influence his behaviour. One day, he's in a bar and starts talking to a clever woman who explains everything...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(From a short analytical study by the translator at the end of the story.)\u003c\/p\u003e","brand":"Éric-Emmanuel Schmitt","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735683862902,"sku":"224","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__11__Milarepa-cover.png?v=1790583924"},{"product_id":"moliere-tartuffe-ix-xhih","title":"Molière: Tartuffe - Ix-Xħiħ","description":"\u003cp\u003eId-disgħa u għoxrin traduzzjoni mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. Żewġ kummiedji ta' Molière, \"Tartuffe\" u \"Ix-Xħiħ\" (L'Avare).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eJean‑Baptiste Poquelin (Molière, 1622‑1673) daħal fix‑xena tal‑kummiedja għall‑palk fi Franza fis‑seklu sbatax.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMolière tnebbaħ minn ħafna drammaturgi li ġew qablu, bħal Troterel, Hardy, Corneille, Quinault fost oħrajn, f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ personaġġi, plots, intrigi u aspetti temporali involuti fil‑kummiedji tiegħu stess. Nistgħu ngħidu li prattikament m’hemmx wieħed li b’xi mod jew ieħor ma kkontribwiex biex jinbnew il‑kummiedji tipiċi tiegħu. Aktar ma naqraw ix‑xogħlijiet ta’ dawn il‑predeċessuri aktar nindunaw kemm Molière kien midjun lejhom. Iżda kien hu li introduċa permezz tal‑kummiedji l‑imitazzjoni tan‑natura. F’idejh, il‑kummiedja tosserva r‑realtà tal‑ħajja, mhux sempliċi ħolqien immaġinarju. Hu ried li l‑personaġġi tiegħu jingħarfu mill‑udjenza bħala nies tad‑demm u l‑laħam kontemporanji sew jekk jagħmlu parti mill‑popolin, mill‑borgeżija jew min‑nobbiltà. U jsostni li jekk ifalli f ’din il‑ħaġa, ikun falla b’mod assolut.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAristotli ddefinixxa l‑kummiedja bħala dak ix‑xogħol li jrid jispiċċa b’rikonċiljazzjoni, u mill‑punto di vista medjevali, il‑kummiedja tibda fuq nota ta’ dwejjaq u tispiċċa fuq waħda ta’ ferħ. Il‑funzjoni tal‑kummiedja kif kien jifhimha Molière, kienet tikkonsisti f’ċanfir jew kastig għal xi vizzju jew ieħor li jispikka fis‑soċjetà li kien jgħix fiha hu, permezz tas‑satira li ddaħħak bla ma twaġġa’ u mingħajr prietki.* L‑għażla tal‑vizzji li kien jattakka kienu mnebbħin mill‑kodiċi morali li kien jimxi fuqu hu stess. F’din il‑pubblikazzjonita’ dawn iż-żewġ kapulavuri minn tlieta u tletin biċċa xogħol għall‑palk li ħallielna Molière, huwa jirredikola ’l‑ipokriti u l‑oqbra mbajda dejjem lesti biex jaħbu n‑nuqqasijiet tagħhom wara d‑devozzjoni falza (f’\"Tartuffe\"). U lil min hu skjav tal‑flus sal‑punt li jissagrifika l‑kuntentizza ta’ wliedu u l‑unur tiegħu tant li jitlef id‑dinjità kollha (f’\"Ix-Xħiħ\").\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e*Il-kunċett ta’ kummiedja f’ Molière hu dak ta’ Castigat ridendo mores.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAktar informazzjoni tinsab fl-istudju tal-Prof. Toni Aquilina qabel ma jibdew il-kummiedji ta' Molière.\u003c\/p\u003e","brand":"Molière","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735693136246,"sku":"185","price":16.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__moliere.jpg?v=1790583935"},{"product_id":"nimirhu-maz-zmien","title":"Nimirħu maż-Żmien","description":"\u003cp\u003eF'\u003cem\u003eNimirħu maż-Żmien\u003c\/em\u003e, Marlene Saliba tivvjaġġa poetikament lejn il-kożmos għax tħossha parti minnu. Il-perfezzjoni li ssib fil-kożmos hija riflessa fil-vokabularju użat bl-aktar mod metikoluż. Barra l-ħsieb mirqum u l-għażla wiesgħa ta' forom metriċi, it-terminoloġija rikka toħloq versi mużikali xi waqtiet imsaħħrin bir-rima flimkien ma' għadd kbir ta' xbihat meħudin l-aktar min-natura u mill-univers bħall-kwiekeb, is-siġar, ix-xmajjar, il-baħar, is-sema u l-irjieħ. Dawn ix-xbihat huma xhieda tat-tiftixa kontinwa għall-qofol tal-eżistenza, 'il hinn minn kulma hu tranżitorju u għalhekk mhux essenzjali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Meta Saliba tikkomunika b'dan il-mod, toħloq dinja mistika u sagra. Madakollu din id-dinja jgħix fiha kull bniedem komuni u jġarrabha. Iżda hija dinja eterna u infinita fl-istess ħin. Marlene Saliba hija istintiva fl-espressjoni poetika u t-toroq li sserrep fihom ilaqqgħuha xi drabi ma' nies komuni bħal Kiela, il-bejjiegħa tal-ħaxix, jew xi membru tal-familja, u drabi oħra ma' ħlejjaq li nafuhom biss mil-leġġendi preistoriċi. Il-qarrej jgħaddi minn taħlita ta' esperjenzi psikoloġiċi, reliġjużi, storiċi u l-bqija - esperjenzi li ġġarrabhom kemm iġġarrabhom, donnok dejjem qed iġġarrabhom għall-ewwel darba.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e- Dr Josette Attard\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Il-memorja kollettiva, il-wirt ta' tifkira mitwielda, is-sejba tal-motivi arketipiċi mitwielda f'kulħadd: fl-għarfien ta' dan kollu Marlene Saliba tagħraf lilha nnifisha bħala abitanta moderna daqskemm bikrija, wild art twelidha daqskemm wild l-univers.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e- Prof. Oliver Friggieri\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIn \u003cem\u003eNimirħu maz-Żmien \/ Time-Faring\u003c\/em\u003e, Saliba journeys poetically through the cosmos and the perfection found in it is well reflected in the meticulous way in which she has employed her vocabulary. Besides very finely polished ideas and a wide variety of metric forms, Saliba presents rich terminology in these poems that results in musical verses which leave one struck with awe in at the rhymes employed and symbolic imagery used, most of which relates to nature and the universe such as stars, trees, rivers, seas, the sky and the winds. This kind of imagery reflects the search of humankind for the essence of its existence beyond that which is transitory and inessential.\u003c\/p\u003e","brand":"Marlene Saliba","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735701852534,"sku":"202","price":9.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Nimirhu-maz-Zmien-Cover-front.jpg?v=1790583942"},{"product_id":"oscar-u-s-sinjura-r-roza-oscar-et-la-dame-rose","title":"Oscar u s-sinjura r-roża \/ Oscar et la dame rose","description":"\u003cp\u003eOscar u s-Sinjura r-Roża \/ Oscar et la dame rose ta' Eric-Emmanuel Schmitt u maqlub għall-Malti minn Claudine Borg hu l-għaxar ktieb fis-Sensiela Traduzzjoni Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin l-istorja tirrakkonta l-mewt ta' tifel ta' għaxar snin marid b'marda terminali. Storja ta' qsim il-qalb u tama fl-istess ħin għax għalkemm tittratta telfa tagħti wkoll lok għal tbissim, umoriżmu u apprezzament għal-ħajja.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFiha nsibu tlettax-il ittra miktubin miċ-ċkejken Oscar u indirizzati lil Alla, misjubin wara mewtu mis-sinjura r-roża, figura enigmatika u kruċjali fil-ħajja at-tifel.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Allura, Oscar, ma' Peggy, serja l-affari?'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'U kif serja, Nanna-Roża. Jiena kuntent immens. Iżżewwiġna dal-lejl.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Iżżewwiġtu?'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eOscar u s-Sinjura r-Roża \/ Oscar et la dame rose by Eric-Emmanuel Schmitt, translated into the Maltese language by Claudine Borg is part of the FARAXA Translation Series.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThis book is about an uplifting tale of a boy coming to terms with death. 'My name is Oscar and I'm ten years old... They call me Egghead and I look about seven. I live in hospital because of my cancer and I've never written to you because I don't even know if you exist,' writes Oscar in a letter to God. Oscar is ill and no one, especially not his parents, will tell him what he already knows: that he is dying. Granny Rose, the oldest of the 'ladies in pink' who visit Oscar and his fellow patients, makes friends with him. She suggests that he play a game: to pretend that each of the following twelve days is a decade of his imagined future. One day equals ten years, and every night Oscar writes a letter to God telling him about his life. The ten letters that follow are sensitive, funny, heartbreaking and ultimately, uplifting. Oscar u s-Sinjura r-Roża is a small fable with a big heart; it will change the way you feel about death and life.\u003c\/p\u003e","brand":"Éric-Emmanuel Schmitt","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735725445494,"sku":"37","price":7.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__oscar.jpg?v=1790583990"},{"product_id":"passjoni-semplici-passion-simple","title":"Passjoni Sempliċi \/ Passion Simple","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e ta' Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-letteratura 2022, u maqlub għall-Malti b'annotazzjonijiet minn Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHawnhekk l-awtriċi taqsam magħna dak li għaddiet minnu waqt ir-relazzjoni li kellha ma' raġel miżżewweġ.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Il-fatt li A. stranġier kien jagħmel ferm aktar improbabbli kwalunkwe interpretazzjoni ta' mġibtu, imsejsa kif kienet fuq kultura li tagħha kont naf biss l-aspett turistiku, il-klixejiet. Għall-ewwel ħsilt naqta' qalbi minħabba l-limiti evidenti biex inkunu nistgħu niftiehmu bejnietna, imsaħħin mill-fatt li, jekk hu kien jesprimi ruħu bil-Franċiż mhux ħażin, jien ma kontx naf nitkellem b'ilsienu. Imbagħad dis-sitwazzjoni kienet teħlisni mill-illużjoni li nemmen f'xi tip ta' komunikazzjoni perfetta bejnietna, biex ma ngħidx li nsiru ħaġa waħda. Billi kien hemm naqra ta' qabża bejn il-Franċiż tiegħu u l-użu kurrenti tal-lingwa, billi xi minn daqqiet kont niġi bejn ħaltejn dwar it-tifsira li kien jagħti lil xi kelma jew oħra, jiena kont kull ħin u kull mument inqejjes biex nara xi jkun irid jgħid bejn wieħed u ieħor. Kelli l-privileġġ ngħix sa mill-bidu nett, kontinwament, b'għajnejja miftuħin beraħ, dak li dejjem tispiċċa biex tiskopri b'għaġeb kbir għalik u b'fixla kbira fuqek - ir-raġel li tħobb int hu għarib.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e huwa l-ħmistax-il-ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e‍Passjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e by Annie Ernaux, the Nobel Prize winner in Literature 2022, a New York Times Notable Book and France's #1 best-seller for eight months. It was a finalist in the Translation Category of The National Book Prize 2019.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTranslated by Toni Aquilina, \u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e documents the desires and indignities of a human heart ensnared in an all-consuming passion. As the narrator attempts to plot the emotional and physical course of her two-year relationship with a married foreigner, where every word, event and person either provides a connection with her beloved or is subject to cold indifference, she seeks the truth behind an existence lived for someone else, and in its aftermath, she finds it.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e is the fifteenth translation in the Faraxa Translation Series.\u003c\/p\u003e","brand":"Annie Ernaux","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735729246582,"sku":"83","price":8.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__passjoni_semplici.png?v=1790583998"},{"product_id":"pierre-u-jean","title":"Pierre u Jean","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePierre et Jean\u003c\/em\u003e ta' Guy de Maupassant u maqlub għall-Malti minn Joe Pulè hu l-ħamsa u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003ePierre u Jean hu rumanz naturalist u psikoloġiku dwar ċirku intimu ta’ familja ta’ erbgħa min‑nies u żewġt iħbieb ewlenin. Hu studju dwar l‑għira, is‑suspetti u l‑imħabba f’dil‑familja u Maupassant ipinġi l‑passjonijiet qawwija li jiżbroffaw fiha bl‑akbar delikatezza u bl‑ogħla sengħa narrattiva. Ir‑rumanz hu eżempju brillanti tal‑arti tiegħu bħala rakkontatur, f ’dak l‑istil pittoresk u vigoruż, fl‑istess ħin meqjus u sfumat, li jagħmluh wieħed mill‑akbar rumanzieri tal‑letteratura Franċiża tas‑seklu dsatax. Dan hu rumanz li jista’ u għandu jinqara diversi drabi biex jiġu apprezzati l‑implikazzjonijiet u l‑isfumaturi kollha tiegħu fil‑kuntest tal‑epoka li fiha nkiteb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGuy de Maupassant (1850‑1893) twieled qrib Dieppe fin‑Normandija u matul ħajtu kollha kellu rabta profonda mal‑provinċja fejn twieled.\u003cem\u003e Pierre u Jean\u003c\/em\u003e (1888), li hu ġeneralment meqjus bħala l‑akbar rumanz tiegħu, hu ambjentat f’Le Havre, u waqt li jaqrah, wieħed iħossu l‑ħin kollu mdawwar bil‑ħsejjes, bix‑xeni u bl‑irwejjaħ ta’ port mimli attività.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePierre et Jean\u003c\/em\u003e by Guy de Maupassant and translated into Maltese by Joe Pulè is the twenty fifth book in the Faraxa Translation Series.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e is a naturalist and psychological novel about an intimate circle consisting of a family of four and two great friends. It is a study on jealousy, suspicions and love within this family, and Maupassant portrays the great passions that erupt with utmost delicacy and with the highest narrative skill. The novel is a brilliant example of his artistry as a narrator, with his vigorous and picturesque style, at the same time deliberate and nuanced, which makes him one of the greatest French novelists of the nineteenth century. This is a novel which can and should be read multiple times so that all its implications and nuances can be truly appreciated, within the context of the epoch in which it was written.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGuy de Maupassant (1850-1893) was born near Dieppe in Normandy, and throughout his whole life he had a very profound tie to the province in which he was born. \u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e (1888), which is generally considered his greatest work, is set in Le Havre, and whilst reading it, one constantly feels surrounded by the sounds, scenes and scents of a port which is full of life.\u003c\/p\u003e","brand":"Guy de Maupassant","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735736095094,"sku":"174","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Pierre-u-Jean-Full-cover_Front.jpg?v=1790584010"},{"product_id":"sbuhija-mohlija-u-stejjer-ohra","title":"Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"Sbuħija Moħlija\" u stejjer oħra\u003c\/em\u003e ta' Guy de Maupassant huma kollezzjoni ta' stejjer qosra maqlubin għall-Malti minn Toni Aquilina. Wieħed jista'jgħid mingħajr biża' li jiżbalja li Maupassant la kellu reliġjon u lanqas filosofija vera tal-ħajja. B'danakollu tinħass sew fih l-influwenza pessimista tal-filosfu Ġermaniż Arthur Schopenhauer. F'din il-ġabra, f'\"Minwett\" u \"Sbuħija Moħlija\" l-aktar li ser tidher tispikka din l-influwenza.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-traduttur ma setax ma jinkludix ukoll storja li tittratta l-makabru, jew kif soltu nirreferu għalih, ir-rakkont fantastiku li tant u tant eċċella fih Guy de Maupassant. L-għażla waqgħet fuq \"Id il-Maqruħ\", ispirata minn 'rigal' li kien qala' mingħand Algernon Charles Swinburne bħala tifkira, meta saru midħla ta' xulxin fid-dar li ċertu Powel kellu Etretat fin-Normandija, fejn ġie mistieden wara s-sehem tiegħu biex isalvaw ħajjet il-poeta Ingliż mill-għarqa fis-sajf tal-1866.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFin-Normandija hemm ambjentati talanqas terz mill-istejjer li kiteb Maupassant. Fil-fatt, hu baqa' fidil lejn art twelidu (le pays de Caux) sal-aħħar ta' ħajtu. Għad li f' \"Il-Papa ta' Simon\" u f'\"Magħmudija\" ma nsibux referenza diretta għal dan ir-reġjun m'hemmx dubju li huma ambjentati hemmhekk. Referenzi diretti għan-Normandija nsibuhom f' \"Ix-Xwejjaħ Pa Milon\" u f'\"Il-Maqruħ\". Biss, waqt li f'tal-ewwel l-aktar li tispikka hija t-tema tal-gwerra Franco-Prussjana tal-1870-71, f'tat-tieni jispikka, kif diġà għedt, il-makabru, u fin-nisġa tal-istorja n-Normandija talterna ma' Pariġi.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-maġġoranza tal-istejjer f'din il-ġabra fil-fatt huma għal kollox ambjentati f'Pariġi, ibda minn \"Minwett\" fejn l-azzjoni tiżvolġi fil-ġnien ta' Luxembourg, tkompli bir-rakkont \"Ġifa\" u spiċċa fin-novella \"Sbuħija Moħlija\". Fi \"Vjaġġ Sanitarju\" mbagħad niltaqgħu mal-koppja Panard li mill-Belt Kapitali titlaq lejn il-Mediterran biex tevita l-mard, iżda ma ddumx wisq ma tidħol lura minħabba malintiż pjuttost komiku. Daqstant ieħor komika l-istorja \"Il-Karezzi\" li r-referenza li hemm fiha għall-knisja ta' La Madeleine tagħmilha ovvja fejn joqogħdu l-protagonisti.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eImma t-traduttur għażel \"Il-Karezzi\" wkoll għax fiha Maupassant jitkellem fuq in-nisa. Nafu li hu kellu x'jaqsam ma' ħafna u ħafna nisa. Iżda fl-istess ħin xejn ma kellu opinjoni tajba tagħhom. Kien jarahom bħala kreaturi inferjuri imma li kapaċi ijassru lir-raġel bi ġmielhom u jekk ikun hemm bżonn saħansitra bl-istess dgħjufija tagħhom. Wieħed ma jiskantax għalhekk li hu kien ifittxhom għall-avventuri sesswali u xejn aktar.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFl-aħħar nett Aquilina ma riedx iħalli barra l-element eżotiku li tant kienu jħobbu jdaħħlu f'kitbiethom l-awturi tal-epoka tiegħu. Id-drawwiet ħorox f'ambjent daqstant ieħor aħrax bħal dawk li wieħed kien jiltaqa' magħhom fil-gżira ta' Korsika jammontaw għal esperjenza għariba maqtugħa mir-rutina tal-ħajja kif kienu mdorrijin jgħixuha fl-hexagone. Wara \"Vendetta\", li dehret fit-tieni volum, hawnhekk qed jipproponi \"Brigant Korsikan\".\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e‍\"Sbuħija Moħlija\" u stejjer oħra\u003c\/em\u003e by Guy de Maupassant is a collection of short stories translated into Maltese by Toni Aquilina, D. ès L. de Maupassant professed neither a belief in religion nor in a philosophy of life, but the pessimistic influence of Schopenhauer is strongly felt within him and stands out in this book. No translator who wants to do justice to de Maupassant can leave out at least one story dealing with the macabre, the narrative in which the author excelled. Aquilinas choice fell on \"Id il-Maqruħ\", inspired by a present given to him by Algernon Charles Swinborne as a memento when they became acquainted in Eretat (Normandy).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eOne third of the stories written by de Maupassant are set in Normandy as the author remained loyal to his birthplace until the end of his life. Although in \"Il-Papà ta Simon\" and \"Magħmudija\" direct references to the region are absent, it is beyond doubt that there is where these stories are set. Direct references to Normandy are found in \"Ix-Xwejjaħ Pa Milon\" and in \"Id il-Maqruħ\". In the former the main theme is the Franco-Prussian war of 1870-71, whereas in the latter it is the macabre and Normandy alternates with Paris in the plot. In \"Minwett\" and \"Ġifa\", the action develops in Luxembourg garden. In \"Vjaġġ Sanitarju\", we come across a married couple who leave the capital city for the Mediterranean to avoid illnesses, but who return soon afterward because of a comical misunderstanding. Likewise comical is the story \"Il-Karezzi\" where reference to the church of La Madeleine leaves the reader in no doubt as to where the protagonists live.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThe translator also chose \"Il-Karezzi\" because here de Maupassant speaks about women and we all know that he had affairs with many women. But at the same time, he did not hold them in high esteem. He saw them as inferior creatures able to enslave men with their beauty, and if need be with their weaknesses as well. Therefore, one would not be surprised that he sought women exclusively for sexual encounters. Finally, Aquilina did not want to leave out the exotic element in de Maupassant's work, with which many authors of his time loved to pepper their writings. The harsh customs in an equally harsh environment that one came across in Corsica amounted to a strange experience outside the normal routine of everyday life for people in France. \"Vendetta\", which came out in the second volume of Maupassant's short stories already translated into Maltese, is followed here by \"Brigant Korsikan\".\u003c\/p\u003e","brand":"Guy de Maupassant","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735761195382,"sku":"3","price":9.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__sbuhija_mohlija.jpg?v=1790584060"},{"product_id":"tramm-ghall-hajja","title":"Tramm għall-Ħajja","description":"\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eIs-16 ta’ Ottubru 1943.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFil-ghetto ta’ Ruma, Emanuele, tifel ta’ tnax-il sena, jara lil ommu tiġi mkaxkra għal fuq trakk tal-Ġermaniżi. Imur jilħaqha, jgħannaqha, imma hi taqbad u twaddbu għal isfel. Emanuele jinħeba fuq tramm u jibda vjaġġ li, stejġ wara l-ieħor, iwasslu sal-venda. Lil tal-biljetti jgħidlu li hu Lhudi u jitolbu jipproteġih għaliex il-Ġermaniżi qed ifittxuh. Ix-xufier tat-tramm, imbagħad oħrajn warajh, jipproteġu lit-tifel u jgħinuh jibqa’ ħaj għal tlitt ijiem sakemm jirnexxilu jsib lil missieru.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eFatt traġiku, storja ta’ tama u fidwa.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-traduzzjoni ta’ dan il-ktieb saret bl-għajnuna għat‐traduzzjoni mogħtija mill-Ministeru Taljan tal‐Affarijiet Barranin u tal-Koperazzjoni Internazzjonali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003e16th October, 1943.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIn the Roman ghetto, Emanuele, a twelve-year-old boy, sees his mother get dragged onto a German truck. He runs to her, hugs her, but she pushes him off the truck. Emanuele hides on a tram and begins a journey that, one stop after another, leads him to a place of refuge. He tells the ticket seller that he is a Jew, and asks him for protection from the Germans who are looking for him. The tram driver, as well as others later on, protect the boy and help him stay alive for three years until he manages to find his father.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eA tragic fact, a story of hope and salvation.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eThis book has been translated with the help of the Italian Ministry for Foreign Affairs and International Cooperation.\u003c\/p\u003e","brand":"Tea Ranno","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735846949238,"sku":"210","price":16.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__04__Tramm-ghall-Hajja.png?v=1790584210"},{"product_id":"waqt","title":"Waqt","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eWaqt\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eChwila\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eMoment\u003c\/em\u003e huma poeżiji ta' Wislawa Szymborska. Rebbieħa tal-Premju Nobel fl-1996 għall-'preċiżjoni ironika' minn ġabra għal oħra tal-poeżiji tagħha. Wislawa Szymborska baqgħet imfaħħra għall-mod ta' kif tħares lejn l-imġiba storika u ġenerali tal-bniedem, kif tifhimha u tinterpretaha hi, b'ħarsa spiss inkejjuża, espressa b'sempliċità li tqarraq, fi vrus u kliem qatt neqsin mill-umoriżmu u minn sens uman profond.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eWaqt\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eChwila\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eMoment\u003c\/em\u003e ta' Wislawa Szymborska hu s-seba' u għoxrin traduzzjoni fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eWaqt\u003c\/em\u003e (\u003cem\u003eChwila\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eMoment\u003c\/em\u003e) is a book of poems by Wislawa Szymborska. Winner of the 1996 Nobel Prize for her 'ironic preciseness' in each of her poetry collections. Wislawa Szymborska is still praised for the way she looks at the historical and general behaviour of humans - how she understands and interprets it, often with a teasing tone, expressed with a deceitful simplicity, with verses and words that are never in want of humour and a profound sense of humanity.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eWaqt\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eChwila\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eMoment\u003c\/em\u003e by Wislawa Szymborska is the twenty seventh translation of the Faraxa Translation Series.\u003c\/p\u003e","brand":"Wislawa Szymborska","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735852487030,"sku":"173","price":9.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Waqt_Cover_F.jpg?v=1789554382"},{"product_id":"hafna-hajjiet-hafna-mghallmin-many-lives-many-masters","title":"Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin \/ Many Lives, Many Masters","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eMany Lives, Many Masters\u003c\/em\u003e \/\u003cem\u003e Ħafna Ħajjiet, Ħafna Mgħallmin\u003c\/em\u003e huwa każ affaxxinanti li dawru l-ħajja ta' Catherine u Dr Weiss għal kollox. Ta' psikoterapista tradizzjonali li kien, Dr Brian Weiss baqa' mistagħġeb u xettiku fl-istess ħin meta waħda mill-pazjenti tiegħu bdiet tiftakar trawmi li kellha fil-ħajjiet imgħoddija tagħha u li dehru joffru s-soluzzjoni għall-attakki ta' ansjetà u ħmar il-lejlijiet li kienu jaqbduha. Ix-xettiċiżmu tiegħu telqu għal kollox, madankollu, meta hi bdiet tittrasmetti messaġġi mill-'ispazju bejn ħajja u oħra,' li kien fihom rivelazzjonijiet tal-għaġeb dwar il-familja u t-tifel mejjet ta' Dr Weiss. Bl-użu tal-ħajjiet imgħoddija bħala terapija, hu seta' jfejjaq 'il-pazjenta u jidħol f'fażi ġdida u aktar sinifikanti tal-karriera tiegħu.\u003c\/p\u003e","brand":"Brian Weiss","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735871492470,"sku":"1","price":13.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Hafna-Hajjiet-Hafna-Mghallmin-F.png?v=1790584256"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/collections\/translation-series.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}