{"title":"Klassiku","description":"\u003cp\u003eKotba fil-kategorija Klassika.\u003c\/p\u003e","products":[{"product_id":"il-maqlub-u-s-sewwa-lenvers-et-lendroit","title":"Il-Maqlub u s-Sewwa","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Maqlub u s-Sewwa\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Envers et l'Endroit\u003c\/em\u003e tal-awtur famuż mad-dinja kollha u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus. Din it-traduzzjoni Maltija annotata hija xogħol il-Prof. Toni Aquilina, D. es L..\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-ktieb huwa l-ewwel pubblikazzjoni ta’ Camus (édition Charlot) meta kien għadu fil-bidu tal-għoxrinijiet tiegħu, u kien għadu jgħix l-Alġerija lura fl-1937. Skont l-istess ammissjoni tal-awtur, il-ħames testi ta’ \u003cem\u003eIl-Maqlub u s-Sewwa\u003c\/em\u003e huma l-aktar xogħlijiet awtobijografiċi tiegħu. Aktar tard, fl-1958, reġa’ ppubblikahom (édition Gallimard), fejn inkluda prefazju twil (tradott ukoll bil-Malti), maħsub biex jiġġustifika l-pubblikazzjoni mill-ġdid tagħhom minkejja li kien konxju ta’ dak li hu kien iqis bħala imperfezzjonijiet stilistiċi fil-kitba tiegħu minħabba l-“immaturità” tiegħu bħala awtur li kien għadu qed jibda. Iżda ma ċaħad ebda kelma mill-kontenut tagħhom. Saħansitra wasal biex jgħid li l-kapulavur tiegħu “sera la récriture de ce premier livre \/ se jkun il-kitba mill-ġdid ta’ dan l-ewwel ktieb”.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGħalhekk, il-qarrej attent mhux biss jara f’din il-ġabra ta’ testi xbieha ta’ Camus li jixtieq igawdi d-dinja li jikteb dwarha bil-kuntrasti u l-kontradizzjonijiet kollha tagħha, iżda wkoll iż-żerriegħa jew l-għeruq tal-aqwa xogħlijiet tiegħu aktar ’il quddiem f’ħajtu. L-essays f’din il-ġabra jesprimu mhux biss it-tensjoni kkawżata mill-imħabba naturali tiegħu għall-ħajja u l-kuxjenza tal-mewt fil-qrib, iżda jesponu wkoll ħafna mir-realtajiet morra li jiffurmaw is-sinsla tal-kapulavuri tiegħu li kienu għadhom iridu jiġu.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735556067702,"sku":"102","price":9.99,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__maqlub_sewwa.jpg?v=1790583620"},{"product_id":"il-metamorfosi-the-metamorphosis","title":"Il-Metamorfosi \/ The Metamorphosis","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Metamorfosi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Metamorphosis\u003c\/em\u003e ta' Franz Kafka, li kien meqjus bħala wieħed mill-ikbar figuri tal-letteratura tas-seklu għoxrin, hija l-istorja ta' raġel li ttrasforma ruħu f'insett ġgantesk forma ta' wirdiena. W.H. Auden kiteb, 'Kafka huwa importanti għalina għaliex is-sitwazzjonijiet li sab ruħu fihom huma l-istess bħal dawk tan-nies tal-lum.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'L-arti kollha ta' Kafka hi dik li tobbliga lill-qarrej jaqra mill-ġdid. L-għeluq fix-xogħlijiet tiegħu, jew in-nuqqas tagħhom, jissuġġerixxu spjegazzjonijiet, iżda li ma jintwerewx b'mod ċar u jesiġu, sabiex jidhru msejsa tajjeb, li jerġgħu jinqraw minn angolu differenti. Xi minn daqqiet, fihom possibbiltà doppja ta' interpretazzjoni, li minħabba fiha jinħass il-bżonn ta' qari ripetut. Dan hu li jfittex jagħmel l-awtur. Imma jiżbalja min ikun irid jinterpreta kollox fid-dettall meta jaqra lil Kafka. Simbolu dejjem jittieħed b'mod ġenerali u, preċiża kemm tkun it-traduzzjoni tiegħu, artist irodd il-moviment li fih sa fejn jista' biss: ma teżistix traduzzjoni kelma għal kelma. Barra minn hekk, xejn mhu aktar diffiċli milli tifhem xogħol simboliku. Simbolu dejjem jisboq lil min jagħmel użu minnu u jġiegħlu jgħid fil-fatt aktar milli jkun konxju li esprima. F'dan ir-rigward, l-aktar mod żgur kif tifhmu, huwa dak li ma tipprovokahx, li x-xogħol tidħol għalih b'moħħ miftuħ mingħajr prekonċetti u bla ma tfittex il-kurrenti sigrieti li fih. Għal Kafka, b'mod partikkolari, jixraq li dak li jkun joqgħod għal-logħba tiegħu, li jidħol ... għar-rumanz permezz tal-forma.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-Tama u l-Assurd fix-Xogħol ta' Franz Kafka\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKitba ta' Albert Camus\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Metamorfosi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Metamorphosis\u003c\/em\u003e ta' Franz Kafka, li kien meqjus bħala wieħed mill-ikbar figuri tal-letteratura tas-seklu għoxrin, hija l-istorja ta' żagħżugħ li ttrasforma ruħu mil-lejl għan-nhar f'insett ġgantesk forma ta' wirdiena. Huwa sar oġġett ta' mistħija għall-familja tiegħu, barrani f'daru stess, raġel aljenat minn kollox. W.H. Auden kiteb, 'Kafka huwa importanti għalina għaliex id-diffikultajiet tiegħu huma d-diffikultajiet tal-bniedem modern.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Metamorfosi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Metamorphosis\u003c\/em\u003e ġiet tradotta għall-Malti minn Manwel Cutajar u hija l-erbatax-il ktieb fis-sensiela ta' traduzzjonijiet ta' Faraxa. Hija disponibbli f'edizzjoni stampata (paperback).\u003c\/p\u003e","brand":"Franz Kafka","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735557476726,"sku":"84","price":9.75,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__metamorfosi.jpg?v=1790583625"},{"product_id":"il-pesta","title":"Il-Pesta","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Pesta\u003c\/em\u003e hija t-traduzzjoni bil-Malti tal-Prof. Toni Aquilina tar-rumanz assurdist ta' Albert Camus \u003cem\u003eLa Peste\u003c\/em\u003e, li oriġinarjament ġie ppubblikat bil-Franċiż.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e \u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735559115126,"sku":"211","price":17.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__05__Il-Pesta.png?v=1790583632"},{"product_id":"il-waqgha-la-chute","title":"Il-Waqgħa","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Waqgħa\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eLa Chute\u003c\/em\u003e, tal-awtur rinomat u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus huwa l-għoxrin traduzzjoni mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. Il-ktieb ġie maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735570125174,"sku":"120","price":14.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__waqgha.jpg?v=1790583675"},{"product_id":"il-hajja-u-l-avventuri-ta-santa-klaws-the-life-and-adventures-of-santa-claus","title":"Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Life and Adventures of Santa Claus\u003c\/em\u003e ta' Frank L. Baum u maqlub għall-Malti minn Matthew Scerri. L-ewwel edizzjoni ta' dan il-ktieb ħarġet għall-bejgħ fl-1902. Sal-lum il-ġurnata għadu wieħed mill-iktar kotba popolari ta' Baum, tant li fl-aħħar mija u għaxar snin kellna diversi edizzjonijiet tiegħu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIr-rakkont jibda mill-mument tal-addozzjoni tiegħu mill-Fatina Neċile fil-Foresta ta' Burzee u jkompli pass pass tul ħajtu kollha: il-wasla f'Wied il-Għors; il-ħdim tal-ġugarelli għat-tfal; il-ksib tal-immortalità u ħafna episodji oħrajn. L-istil hu wieħed mexxej u b'sempliċità Baum jispjega lill-qarrejja l-bidu tat-tradizzjonijiet kollha marbuta mal-Milied, bħal pereżempju s-siġra tal-Milied. Għalkemm Baum dejjem emmen li l-vjolenza m'għandhiex ikollha post fil-kotba tat-tfal, f'\u003cem\u003eIl-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws\u003c\/em\u003e hemm aspetti daqsxejn mudlama u vjolenti fil-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Kollox ma' kollox il-mertu kbir ta' Baum hu dak li ddeskriva lil Santa Klaws b'mod mill-aktar ħaj, iwassalna biex insiru nafuh aktar mill-qrib u fl-istess ħin jgħaddilna tagħlima morali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Hekk dan ir-raġel, bit-tjubija kbira tiegħu, rebaħ il-qalb ta' kulħadd; u mhix ħaġa tal-iskantament li kien dejjem kuntent u ferħan, għax ma kienx hemm dar fid-dinja kollha fejn ma kienx jiġi milqugħ aħjar mill-aqwa re.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws\u003c\/em\u003e (\u003cem\u003eThe Life and Adventures of Santa Claus\u003c\/em\u003e) ta' Frank L. Baum ġie maqlub għall-Malti minn Matthew Scerri, Ph.D. L-illustrazzjonijiet saru minn Mario Portelli. L-ewwel edizzjoni ta' \u003cem\u003eThe Life and Adventures of Santa Claus\u003c\/em\u003e ħarġet għall-bejgħ fl-1902. Sal-lum il-ġurnata, dan għadu wieħed mill-iktar kotba popolari li qatt kiteb Baum, tant li ġew ippubblikati diversi edizzjonijiet differenti ta' dan ix-xogħol. Ġew ippubblikati wkoll rumanz grafiku, żewġ cartoons animati u sensiela ta' animazzjonijiet ibbażati fuq dan il-ktieb.\u003c\/p\u003e","brand":"Frank L. Baum","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735575138678,"sku":"4","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__santaklaws.jpg?v=1790583694"},{"product_id":"is-sajf-lete","title":"Is-Sajf","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e, tal-awtur rinomat u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus, huwa ġabra ta’ saġġi liriċi b’laqtiet filosofiċi ppubblikata f’Jannar tal-1954 iżda miktuba bejn l-1939 u l-1953, perjodu ta’ żmien li fih l-Ewropa rat taqlib kbir u li jwaħħax. B’danakollu Albert Camus (1913-1960) jispira ruħu minn temi li huwa nnifsu jsejħilhom 'solari'. Huma fuq kollox testi Mediterranji bħal dawk li nsibu f’\u003cem\u003eTieġ\u003c\/em\u003e, ġabra oħra ta’ saġġi ppubblikata qabel it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1938, iżda mingħajr l-ispirtu libertin li fihom dawn tal-aħħar. L-awtur naturalment twaqqaf għax laħaq daq is-semm li taf tagħti l-ħajja u li minħabba fih ma setax iwettaq l-għanijiet avventurużi tiegħu: 'Is-sena li fiha faqqgħet il-gwerra suppost li kelli nsalpa biex jien ukoll ngħaddi mill-perikli tal-vjaġġ twil li għamel Ulisse … Biss dakinhar jien għamilt bħal kulħadd. Ma salpajtx.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Prometju fl-Abbissi)\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eU hekk timposta ruħha t-tema tal-vjaġġ fuq livelli differenti sakemm fl-aħħar saġġ l-awtur jgħidilna li lest 'isalpa' x’ħin irid hu. Għad li ma jafx x’hemm jistennieh barra l-port, hu qiegħed fuq ix-xwiek biex jerġa’ joħroġ avolja għadu kemm temm vjaġġ ieħor mhux nieqes mill-ansjetà li tbaqbqu. Iżda għall-kuntrarju ta’ dak li nsibu fl-ewwel saġġ, fejn Camus ma jeskludix il-possibbiltà li jsalpa ma’ oħrajn – 'Għada forsi nsalpaw flimkien.' (Il-Minotawru) – issa jingħalaq fih innifsu u l-vjaġġ lest jaffrontah waħdu\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Il-Baħar fil-Qrib).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‍\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e huwa s-sitt ktieb mis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e tal-awtur famuż mad-dinja kollha u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus, huwa ġabra ta’ tmien saġġi liriċi b’timbru filosofiku, maqluba għall-ilsien Malti mill-Prof. Toni Aquilina, D. es L. Miktuba bejn l-1939 u l-1953, Camus jesplora l-Mediterran minn art twelidu l-Alġerija, sal-Greċja u l-Atlantiku, waqt li jindirizza l-kontroversja u l-vjolenza tad-dinja moderna b’ironija kbira. \u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e ġie ppubblikat minn FARAXA biex jiċċelebra l-mitt sena mit-twelid ta’ Camus. \u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e huwa s-sitt ktieb fis-sensiela tat-Traduzzjonijiet FARAXA.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735591358838,"sku":"12","price":8.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__sajf.png?v=1790583735"},{"product_id":"it-turufnament-u-s-saltna-lexil-et-le-royaume","title":"L-Eżilju u s-Saltna","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna \/ L'Exil et le Royaume\u003c\/em\u003e ta' Albert Camus u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina hu l-erba' u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eL-impass li kien sab ruħu fih Albert Camus (1913-1960) fil-ħamsinijiet tas-seklu l-ieħor kien dovut prinċipalment għall-kwestjoni politika taħraq Alġerina li hu ħassha saħansitra qiegħda toħnoqlu il-potenzjal kreattiv tiegħu. Dan narawh jispikka fin-novella \"Il-Mistieden\", ir-raba’ waħda fil-ġabra \u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna\u003c\/em\u003e. Imma mhux biss; kien hemm ukoll is-sitwazzjoni familjari privata li bla dubju influwenzatu sew fil-kompożizzjoni ta’ \"Jonas jew l-Artist fuq Xogħlu\" u l-ġlieda tiegħu kontra Sartre u sħabu meta ġie biex jikteb \"Il-Ġebla Katrana\" u \"Il-Waqgħa\" (b’din tal-aħħar tiġi ppubblikata għaliha sena qabel fl-1956 bħala long récit) ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTal-anqas erbgħa mis-sitt novelli fil-ġabra jġibu t-timbru tat-traġedja personali li kien għaddej minnha l-kittieb. Dan it-titlu, bħal ħafna affarijiet oħra f’Camus, jagħti xhieda ta’ żewġ pożizzjonijiet kontrapposti, dikotomija u \/ jew duwaliżmu. Fl-inserzjoni li kien kiteb għal dil-ġabra ta’ novelli l-awtur innifsu, wieħed isib dan li ġej: '\u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna\u003c\/em\u003e fih sitt novelli ... Tema waħda, b’danakollu, dik tat-turufnament, hi ttrattata b’sitt modi differenti, mill-monologu interjuri san-narrattiva realista. Is-sitt stejjer wara kollox inkitbu wara xulxin, minkejja li kont naħdem u nirranġa fihom b’mod separat ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eInkwantu għas-saltna inkwestjoni wkoll, fit-titlu, tikkorrispondi ma’ ċerta ħajja ħielsa u mneżżgħa għal kollox li aħna rridu nerġgħu niskopru sabiex sa fl-aħħar nitwieldu mill-ġdid. L-eżilju, bil-mod tiegħu jurina l-mogħdijiet tagħha, bl-unika kundizzjoni tkun dik li nkunu nafu niċċaħħdu fl-istess ħin mill-jasar u l-ħakma.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Silta meħuda minn studju tat-traduttur, \u003cem\u003eL’Exil et le Royaume\u003c\/em\u003e – \u003cem\u003eStejjer li jikxfu l-enigma u ‘l-vanġelu’ ta’ Albert Camus\u003c\/em\u003e, li inkludih fl-aħħar tal-ktieb għal dawk il-qarrejja li jixtiequ jidħlu aktar fil-fond fis-suġġett.)\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735601549686,"sku":"158","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__ItTurufnament-cover-F.jpg?v=1790583762"},{"product_id":"kaligula-caligula","title":"Kaligula","description":"\u003cp\u003eIt-tnejn u għoxrin traduzzjoni fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa, \u003cem\u003eKaligula\u003c\/em\u003e huwa wieħed miż-żewġ drammi ta' Albert Camus li jittrattaw it-tema tal-Assurd.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eId-Direzzjoni tas-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa ddedikat dan ix-xogħol tal-Prof. Toni Aquilina lill-memorja tal-mibki Prof. Oliver Friggieri li fost id-doni kbar li kellu nsibu dak ta' traduttur ta' ħila kbira.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735620096374,"sku":"131","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Kaligula-F.jpg?v=1790583811"},{"product_id":"l-gharib","title":"L-Għarib","description":"\u003cp\u003eIl-ħamsa u għoxrin traduzzjoni mis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735649227126,"sku":"164","price":14.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__L-Gharib-Cover-F.jpg?v=1790583870"},{"product_id":"l-intruza-u-l-ghomja-lintruse-et-les-aveugles","title":"L-Intruża u L-Għomja \/ L’Intruse et Les Aveugles","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003e\"L’Intruse\" et \"Les Aveugles\"\u003c\/em\u003e ta' Maurice Maeterlinck maqluba għall-Malti mill-Prof. Anthony Aquilina. Dawn huma żewġ drammi f’att wieħed, \"L-Intruża\" u \"L-Għomja\", ta’ Maurice Maeterlinck (1862-1949), awtur Belġjan li kien jikteb bil-Franċiż, u li rebaħ il-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1911.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDawn il-ġojjelli fl-istorja tat-teatru Franċiż ta’ tmiem is-seklu dsatax jittrattaw il-kunflitt bejn il-bniedem u l-forzi sopranaturali li xejn ma jista’ jagħmel biex jegħlibhom, u jantiċipaw inkwantu għas-suġġett, jekk mhux fl-istil, 'it-Teatru tal-Assurd'. Dan hu teatru inkwetanti li jirrifletti t-teorija drammatika tad-drammaturgu, kif insibuha elaborata f’\"Le Tragique quotidien\" \/ \"It-traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum\", ġewwa l-ktieb bis-saġġi filosofiċi tiegħu, \u003cem\u003eLe Trésor des humbles\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eIt-Teżor tal-Umli\u003c\/em\u003e (1896).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-misteru li Maeterlinck kien jiltaqa’ miegħu kullimkien madwaru u fil-bnedmin, huwa rnexxielu jinkarnah f’dawn iż-żewġ drammi. Biex nikkwota mill-istqarrija ta’ rikonoxximent waqt l-għoti tal-premju Nobel, il-kwalitajiet distintivi tad-drammi Simbolisti ta’ Maeterlinck kienu 'ir-rikkezza ta’ immaġinazzjoni u r-realiżmu poetiku tagħhom'. Huma juru l-intimità tas-sentimenti profondi li kellu, u daqstant ieħor jappellaw għas-sentimenti u l-ansjetajiet tal-qarrej.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFlimkien mat-traduzzjonijiet wieħed isib ukoll studju qasir mill-Professur Aquilina fuq post Maeterlinck fil-qafas tad-drama Simbolista fi Franza. Il-Professur Toni Aquilina huwa membru tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003e\"L’Intruse\" et \"Les Aveugles\"\u003c\/em\u003e tal-Belġjan rebbieħ tal-Premju Nobel Maurice Maeterlinck – \"L’Intruse\" \/ \"L-Intruża\" u \"Les Aveugles\" \/ \"L-Għomja\" (1890) huma żewġ drammi simbolisti f’att wieħed li ġew maqluba għall-Malti mill-Professur Anthony (Toni) Aquilina. Dawn il-ġojjelli fl-istorja tat-teatru Franċiż ta’ tmiem is-seklu dsatax jittrattaw il-kunflitt bejn il-bniedem u forzi sopranaturali li kontrihom ma jista’ jagħmel xejn, u jantiċipaw is-suġġett, jekk mhux l-istil, tat-Teatru tal-Assurd. Dan hu teatru inkwetanti li jirrifletti t-teorija tad-drammaturgu, kif żviluppata f’\"Le Tragique quotidien\" \/ \"It-Traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum\" \/ \"The Tragical in Daily Life\", ippubblikat fil-ktieb tiegħu ta’ saġġi filosofiċi, \u003cem\u003eLe Trésor des humbles\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eIt-Teżor tal-Umli\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Treasure of the Humble\u003c\/em\u003e (1896). Il-misteru li Maeterlinck kien isib kullimkien madwarna u fina, huwa rnexxielu jinkarnah f’dawn id-drammi. Biex nikkwotaw mill-istqarrija li akkumpanjat l-għoti tal-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1911, il-kwalità distintiva tad-drammi simbolisti ta’ Maeterlinck kienet 'ir-rikkezza ta’ immaġinazzjoni u r-realiżmu poetiku tagħhom'. Dawn juru intimità profonda tas-sentimenti u jappellaw ukoll għas-sentimenti u għas-sens ta’ premonizzjoni tal-qarrej.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFlimkien mat-traduzzjonijiet wieħed isib studju qasir mill-Professur Aquilina fuq il-post ta’ Maeterlinck fil-qafas tad-drama simbolista Franċiża. Il-Professur Toni Aquilina huwa membru tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e huwa l-ktieb numru 18 fis-sensiela ta’ traduzzjonijiet ta’ Faraxa u hu ppubblikat f’format paperback.\u003c\/p\u003e","brand":"Maurice Maeterlinck","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735651029366,"sku":"95","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__intruza.jpg?v=1790583875"},{"product_id":"meaulnes-it-twil-le-grand-meaulnes","title":"Meaulnes it-Twil","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eMeaulnes it-Twil\u003c\/em\u003e ​\/ \u003cem\u003eLe Grand Meaulnes\u003c\/em\u003e​ hu rumanz famuż Franċiż ta' Alain-Fournier li deher għall-ewwel darba fl-1913.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eWara li ħarab mill-iskola, Wistin Meaulnes, imlaqqam it-Twil minn sħabu tal-iskola ta' Sant' Agata, jintilef u jsib ruħu wara nżul ix-xemx f'dominju mwarrab, f'nofs il-kampanja, imżejjen b'lanterni kkuluriti, fejn kienet qed titħejja festa misterjuża u karnivaleska. Ma kellux għażla ħlief li jitħallat mal-folla tal-mistednin. X'kienu qed jagħmlu hemm f'nofs il-foresta dawn in-nies kollha? X'ra u ma' min ltaqa' Meaulnes fil-jumejn li qatta' fid-dominju misterjuż? Għaliex din l-avventura kellha taqliblu ħajtu ta' taħt fuq?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eMeaulnes it-Twil\u003c\/em\u003e ​\/ \u003cem\u003eLe Grand Meaulnes​\u003c\/em\u003e hija t-traduzzjoni bil-Malti tar-rumanz famuż ta' Alain-Fournier. Hawnhekk l-awtur jirrakkonta l-istorja tiegħu bħala rakkont folkloristiku li jogħġob liż-żgħar u l-kbar bl-istess mod, u jieħu lill-qarrej f'dinja immaġinarja mimlija fantasija, imħabba u nostalġija għall-passat mitluf.\u003c\/p\u003e","brand":"Alain - Fournier","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735676785014,"sku":"2","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__meaulnes.jpg?v=1790583912"},{"product_id":"moliere-tartuffe-ix-xhih","title":"Molière: Tartuffe - Il-Miskin","description":"\u003cp\u003eId-disgħa u għoxrin traduzzjoni mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. Żewġ kummiedji ta' Molière, \"Tartuffe\" u \"Ix-Xħiħ\" (L'Avare).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eJean‑Baptiste Poquelin (Molière, 1622‑1673) daħal fix‑xena tal‑kummiedja għall‑palk fi Franza fis‑seklu sbatax.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMolière tnebbaħ minn ħafna drammaturgi li ġew qablu, bħal Troterel, Hardy, Corneille, Quinault fost oħrajn, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ personaġġi, plots, intrigi u aspetti temporali involuti fil‑kummiedji tiegħu stess. Nistgħu ngħidu li prattikament m’hemmx wieħed li b’xi mod jew ieħor ma kkontribwiex biex jinbnew il‑kummiedji tipiċi tiegħu. Aktar ma naqraw ix‑xogħlijiet ta’ dawn il‑predeċessuri aktar nindunaw kemm Molière kien midjun lejhom. Iżda kien hu li introduċa permezz tal‑kummiedji l‑imitazzjoni tan‑natura. F’idejh, il‑kummiedja tosserva r‑realtà tal‑ħajja, mhux sempliċi ħolqien immaġinarju. Hu ried li l‑personaġġi tiegħu jingħarfu mill‑udjenza bħala nies tad‑demm u l‑laħam kontemporanji sew jekk jagħmlu parti mill‑popolin, mill‑borgeżija jew min‑nobbiltà. U jsostni li jekk ifalli f’din il‑ħaġa, ikun falla b’mod assolut.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAristotli ddefinixxa l‑kummiedja bħala dak ix‑xogħol li jrid jispiċċa b’rikonċiljazzjoni, u mill‑punt di vista medjevali, il‑kummiedja tibda fuq nota ta’ dwejjaq u tispiċċa fuq waħda ta’ ferħ. Il‑funzjoni tal‑kummiedja kif kien jifhimha Molière, kienet tikkonsisti f’ċanfir jew kastig għal xi vizzju jew ieħor li jispikka fis‑soċjetà li kien jgħix fiha hu, permezz tas‑satira li ddaħħak bla ma twaġġa’ u mingħajr prietki.* L‑għażla tal‑vizzji li kien jattakka kienu mnebbħin mill‑kodiċi morali li kien jimxi fuqu hu stess. F’din il‑pubblikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ kapulavuri minn tlieta u tletin biċċa xogħol għall‑palk li ħallielna Molière, huwa jirredikola l‑ipokriti u l‑oqbra mbajda dejjem lesti biex jaħbu n‑nuqqasijiet tagħhom wara d‑devozzjoni falza (f’\"Tartuffe\"). U lil min hu skjav tal‑flus sal‑punt li jissagrifika l‑kuntentizza ta’ wliedu u l‑unur tiegħu tant li jitlef id‑dinjità kollha (f’\"Ix-Xħiħ\").\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e*Il-kunċett ta’ kummiedja f’Molière hu dak ta’ Castigat ridendo mores.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAktar informazzjoni tinsab fl-istudju tal-Prof. Toni Aquilina qabel ma jibdew il-kummiedji ta' Molière.\u003c\/p\u003e","brand":"Molière","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735693136246,"sku":"185","price":16.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__moliere.jpg?v=1790583935"},{"product_id":"pierre-u-jean","title":"Pierre u Jean","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePierre et Jean\u003c\/em\u003e ta' Guy de Maupassant u maqlub għall-Malti minn Joe Pulè hu l-ħamsa u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e hu rumanz naturalist u psikoloġiku dwar ċirku intimu ta’ familja ta’ erbgħa min‑nies u żewġt iħbieb ewlenin. Hu studju dwar l‑għira, is‑suspetti u l‑imħabba f’dil‑familja, u Maupassant ipinġi l‑passjonijiet qawwija li jiżbroffaw fiha bl‑akbar delikatezza u bl‑ogħla sengħa narrattiva. Ir‑rumanz hu eżempju brillanti tal‑arti tiegħu bħala rakkontatur, bi stil pittoresk u vigoruż, fl‑istess ħin meqjus u sfumat, li jagħmluh wieħed mill‑akbar rumanzieri tal‑letteratura Franċiża tas‑seklu dsatax. Dan hu rumanz li jista’ u għandu jinqara diversi drabi biex jiġu apprezzati l‑implikazzjonijiet u l‑isfumaturi kollha tiegħu fil‑kuntest tal‑epoka li fiha nkiteb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGuy de Maupassant (1850‑1893) twieled qrib Dieppe fin‑Normandija u matul ħajtu kollha kellu rabta profonda mal‑provinċja fejn twieled. \u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e (1888), li hu ġeneralment meqjus bħala l‑akbar rumanz tiegħu, hu ambjentat f’Le Havre, u waqt li jaqrah, wieħed iħossu l‑ħin kollu mdawwar bil‑ħsejjes, bix‑xeni u bl‑irwejjaħ ta’ port mimli attività.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePierre et Jean\u003c\/em\u003e ta' Guy de Maupassant u maqlub għall-Malti minn Joe Pulè hu l-ħamsa u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e hu rumanz naturalist u psikoloġiku dwar ċirku intimu ta’ familja ta’ erbgħa min‑nies u żewġt iħbieb ewlenin. Hu studju dwar l‑għira, is‑suspetti u l‑imħabba f’dil‑familja, u Maupassant ipinġi l‑passjonijiet qawwija li jiżbroffaw fiha bl‑akbar delikatezza u bl‑ogħla sengħa narrattiva. Ir‑rumanz hu eżempju brillanti tal‑arti tiegħu bħala rakkontatur, bi stil pittoresk u vigoruż, fl‑istess ħin meqjus u sfumat, li jagħmluh wieħed mill‑akbar rumanzieri tal‑letteratura Franċiża tas‑seklu dsatax. Dan hu rumanz li jista’ u għandu jinqara diversi drabi biex jiġu apprezzati l‑implikazzjonijiet u l‑isfumaturi kollha tiegħu fil‑kuntest tal‑epoka li fiha nkiteb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGuy de Maupassant (1850‑1893) twieled qrib Dieppe fin‑Normandija u matul ħajtu kollha kellu rabta profonda mal‑provinċja fejn twieled. \u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e (1888), li hu ġeneralment meqjus bħala l‑akbar rumanz tiegħu, hu ambjentat f’Le Havre, u waqt li jaqrah, wieħed iħossu l‑ħin kollu mdawwar bil‑ħsejjes, bix‑xeni u bl‑irwejjaħ ta’ port mimli attività.\u003c\/p\u003e","brand":"Guy de Maupassant","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735736095094,"sku":"174","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Pierre-u-Jean-Full-cover_Front.jpg?v=1790584010"},{"product_id":"sbuhija-mohlija-u-stejjer-ohra","title":"'Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"Sbuħija Moħlija\" u stejjer oħra\u003c\/em\u003e ta' Guy de Maupassant huma kollezzjoni ta' stejjer qosra maqlubin għall-Malti minn Toni Aquilina. Wieħed jista' jgħid mingħajr biża' li jiżbalja li Maupassant la kellu reliġjon u lanqas filosofija vera tal-ħajja. B'danakollu tinħass sew fih l-influwenza pessimista tal-filosfu Ġermaniż Arthur Schopenhauer. F'din il-ġabra, f'\"Minwett\" u \"Sbuħija Moħlija\" l-aktar li ser tidher tispikka din l-influwenza.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-traduttur ma setax ma jinkludix ukoll storja li tittratta l-makabru, jew kif soltu nirreferu għalih, ir-rakkont fantastiku li tant u tant eċċella fih Guy de Maupassant. L-għażla waqgħet fuq \"Id il-Maqruħ\", ispirata minn 'rigal' li kien qala' mingħand Algernon Charles Swinburne bħala tifkira, meta saru midħla ta' xulxin fid-dar li ċertu Powel kellu Etretat fin-Normandija, fejn ġie mistieden wara s-sehem tiegħu biex isalvaw ħajjet il-poeta Ingliż mill-għarqa fis-sajf tal-1866.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFin-Normandija hemm ambjentati talanqas terz mill-istejjer li kiteb Maupassant. Fil-fatt, hu baqa' fidil lejn art twelidu (le pays de Caux) sal-aħħar ta' ħajtu. Għad li f' \"Il-Papa ta' Simon\" u f'\"Magħmudija\" ma nsibux referenza diretta għal dan ir-reġjun m'hemmx dubju li huma ambjentati hemmhekk. Referenzi diretti għan-Normandija nsibuhom f' \"Ix-Xwejjaħ Pa Milon\" u f'\"Il-Maqruħ\". Biss, waqt li f'tal-ewwel l-aktar li tispikka hija t-tema tal-gwerra Franco-Prussjana tal-1870-71, f'tat-tieni jispikka, kif diġà għedt, il-makabru, u fin-nisġa tal-istorja n-Normandija t'alterna ma' Pariġi.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-maġġoranza tal-istejjer f'din il-ġabra fil-fatt huma għal kollox ambjentati f'Pariġi, ibda minn \"Minwett\" fejn l-azzjoni tiżvolġi fil-ġnien ta' Luxembourg, tkompli bir-rakkont \"Ġifa\" u spiċċa fin-novella \"Sbuħija Moħlija\". Fi \"Vjaġġ Sanitarju\" mbagħad niltaqgħu mal-koppja Panard li mill-Belt Kapitali titlaq lejn il-Mediterran biex tevita l-mard, iżda ma ddumx wisq ma tidħol lura minħabba malintiż pjuttost komiku. Daqstant ieħor komika l-istorja \"Il-Karezzi\" li r-referenza li hemm fiha għall-knisja ta' La Madeleine tagħmilha ovvja fejn joqogħdu l-protagonisti.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eImma t-traduttur għażel \"Il-Karezzi\" wkoll għax fiha Maupassant jitkellem fuq in-nisa. Nafu li hu kellu x'jaqsam ma' ħafna u ħafna nisa. Iżda fl-istess ħin xejn ma kellu opinjoni tajba tagħhom. Kien jarahom bħala kreaturi inferjuri imma li kapaċi ijassru lir-raġel bi ġmielhom u jekk ikun hemm bżonn saħansitra bl-istess dgħjufija tagħhom. Wieħed ma jiskantax għalhekk li hu kien ifittxhom għall-avventuri sesswali u xejn aktar.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFl-aħħar nett Aquilina ma riedx iħalli barra l-element eżotiku li tant kienu jħobbu jdaħħlu f'kitbiethom l-awturi tal-epoka tiegħu. Id-drawwiet ħorox f'ambjent daqstant ieħor aħrax bħal dawk li wieħed kien jiltaqa' magħhom fil-gżira ta' Korsika jammontaw għal esperjenza għariba maqtugħa mir-rutina tal-ħajja kif kienu mdorrijin jgħixuha fl-hexagone. Wara \"Vendetta\", li dehret fit-tieni volum, hawnhekk qed jipproponi \"Brigant Korsikan\".\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"Sbuħija Moħlija\" u stejjer oħra\u003c\/em\u003e ta' Guy de Maupassant hija kollezzjoni ta' stejjer qosra maqlubin għall-Malti minn Toni Aquilina. Maupassant la kellu reliġjon u lanqas filosofija vera tal-ħajja, iżda l-influwenza pessimista ta' Schopenhauer tinħass sew fih u tispikka f'dan il-ktieb. L-ebda traduttur li jrid jagħmel ġustizzja ma' de Maupassant ma jista' jħalli barra mill-inqas storja waħda li tittratta l-makabru, ir-rakkont li fih l-awtur kien eċċellenti. L-għażla ta' Aquilina waqgħet fuq \"Id il-Maqruħ\", ispirata minn rigal li kien qala' mingħand Algernon Charles Swinburne bħala tifkira meta saru midħla ta' xulxin f'Etretat (in-Normandija).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTerz mill-istejjer miktuba minn de Maupassant huma ambjentati fin-Normandija, billi l-awtur baqa' fidil lejn art twelidu sal-aħħar ta' ħajtu. Għalkemm f'\"Il-Papa ta' Simon\" u f'\"Magħmudija\" m'hemmx referenzi diretti għar-reġjun, m'hemmx dubju li dawn l-istejjer huma ambjentati hemmhekk. Referenzi diretti għan-Normandija nsibuhom f'\"Ix-Xwejjaħ Pa Milon\" u f'\"Id il-Maqruħ\". Fl-ewwel waħda, it-tema ewlenija hija l-gwerra Franco-Prussjana tal-1870-71, filwaqt li fit-tieni waħda hija l-makabru, u fin-nisġa tal-istorja n-Normandija t'alterna ma' Pariġi. F'\"Minwett\" u \"Ġifa\", l-azzjoni tiżvolġi fil-ġnien ta' Luxembourg. Fi \"Vjaġġ Sanitarju\", niltaqgħu ma' koppja miżżewġa li titlaq mill-Belt Kapitali lejn il-Mediterran biex tevita l-mard, iżda li terġa' lura ftit wara minħabba malintiż komiku. Daqstant ieħor komika hija l-istorja \"Il-Karezzi\" fejn referenza għall-knisja ta' La Madeleine ma tħalli ebda dubju lill-qarrej dwar fejn joqogħdu l-protagonisti.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-traduttur għażel ukoll \"Il-Karezzi\" għaliex hawnhekk de Maupassant jitkellem dwar in-nisa u lkoll nafu li kien kellu relazzjonijiet ma' ħafna nisa. Iżda fl-istess waqt, ma kienx iżommhom f'qima kbira. Kien jarahom bħala kreaturi inferjuri kapaċi jassru lill-irġiel bis-sbuħija tagħhom, u jekk ikun hemm bżonn, anke bid-dgħufijiet tagħhom. Għaldaqstant, wieħed ma jistagħġibx li kien ifittex lin-nisa esklussivament għal laqgħat sesswali. Fl-aħħar nett, Aquilina ma riedx iħalli barra l-element eżotiku fix-xogħol ta' de Maupassant, li bosta awturi ta' żmienu kienu jħobbu jżewqu bih il-kitbiet tagħhom. Id-drawwiet ħorox f'ambjent daqstant ieħor aħrax li wieħed kien jiltaqa' magħhom f'Korsika kienu jammontaw għal esperjenza stramba barra mir-rutina normali tal-ħajja ta' kuljum għan-nies fi Franza. \"Vendetta\", li ħarġet fit-tieni volum tal-istejjer qosra ta' Maupassant diġà maqluba għall-Malti, hija segwita hawnhekk minn \"Brigant Korsikan\".\u003c\/p\u003e","brand":"Guy de Maupassant","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735761195382,"sku":"3","price":9.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__sbuhija_mohlija.jpg?v=1790584060"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/collections\/classic.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}