{"title":"Drama","description":"\u003cp\u003eKotba fil-kategorija tad-Dramm.\u003c\/p\u003e","products":[{"product_id":"antigona","title":"Antigoni","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eAntigona\u003c\/em\u003e ta' Jean Anouilh hu s-sittax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'U hekku. Issa l-ħabel ingħata u l-molla ssikkata. Ma fadalx ħlief li jinħall waħdu. Dak hu li hemm sewwa f’traġedja. Naqra ta’ tefgħa u għandna mmorru; xejn, daqqa t’għajn lejn tfajla hija u għaddejja tgħolli dirgħajha fit-triq; xenqa għall-unuri għodwa waħda sabiħa malli dak li jkun jistenbaħ […]; mistoqsija żejda li wieħed jistaqsi lilu nnifsu filgħaxija… Dak kollox. Wara, m’hemmx aktar x’wieħed jagħmel ħlief jitlaq minn idejh. Joqgħod bi kwietu. Iħalli kollox miexi waħdu. Il-magna taħdem preċiż, lubrifikata tajjeb mill-bidu taż-żminijiet. Il-mewt, it-tradiment, id-disprament qegħdin hemm, lesti għalkemm jaqbdu triqithom; l-istess it-tifqigħ u t-tempesti, kif ukoll is-skiet, kull tip ta’ skiet: is-skiet xħin driegħ il-bojja jitla’ sa fl-aħħar; is-skiet fil-bidu xħin iż-żewġ maħbubin ikunu għarwinin biswit xulxin għall-ewwel darba, mingħajr ma jazzardaw jiċċaqilqu minnufih, ġol-kamra tas-sodda mudlama; is-skiet xħin il-folla tinfaqa’ tgħajjat madwar ir-rebbieħ […] It-traġedja ħaġa nadifa. Isserraħ, ma fihiex fiex titfixkel… Fid-melodramm – b’dawk it-tradituri kollha, dawk in-nies ħżiena kollha ta’ qattagħni, dik l-innoċenza maħqura, dawk il-vendikaturi, dawk is-sant’umberti, dawk ir-raġġi ta’ tama – il-mewt issir ħaġa tal-biża’, bħal f’xi aċċident […] Fit-traġedja noqogħdu bikwietna. Ibda biex, tagħna f’tagħna. Insomma kulħadd innoċenti! Mhux billi hemm wieħed li qatel u l-ieħor li nqatel. Kwestjoni tar-rwol li jkollu dak li jkun. U mbagħad, fuq kollox, it-traġedja sserraħ, għax wieħed jaf li m’hemmx aktar tama, tama mġiddma; jaf li nqabad, li sa fl-aħħar nqabad bħal far, bis-sema kollu jagħfas fuq dahru […] Fid-dramm, dak li jkun jissielet bit-tama li jġibha żewġ. Tal-mistħija, skont id-daqqa ż-żifna. Ara hemm, l-att hu gratwit. Għas-slaten. U ma jkun għad fadal xejn aktar xi jsir, sa fl-aħħar!\"\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eAntigona\u003c\/em\u003e ta' Jean Anouilh, ktieb notevoli tan-New York Times u l-aktar ktieb li nbiegħ fi Franza għal tmien xhur sħaħ.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMaqluba għall-Malti minn Toni Aquilina, \u003cem\u003eAntigona\u003c\/em\u003e ġiet ippubblikata waqt l-Okkupazzjoni fi Franza u qanqlet dibattitu dwar l-interpretazzjonijiet possibbli tagħha. Tirrakkonta l-istorja taż-żagħżugħa Antigona li tiġġieled kontra l-awtorità ta’ zijuha, ir-Re Kreont, u fl-aħħar mill-aħħar tiġi kkundannata għall-mewt.\u003c\/p\u003e","brand":"Jean Anouilh","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735447015798,"sku":"92","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__antigona.jpg?v=1790583306"},{"product_id":"kaligula-caligula","title":"Kaligula","description":"\u003cp\u003eIt-tnejn u għoxrin traduzzjoni fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa, \u003cem\u003eKaligula\u003c\/em\u003e huwa wieħed miż-żewġ drammi ta' Albert Camus li jittrattaw it-tema tal-Assurd.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eId-Direzzjoni tas-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa ddedikat dan ix-xogħol tal-Prof. Toni Aquilina lill-memorja tal-mibki Prof. Oliver Friggieri li fost id-doni kbar li kellu nsibu dak ta' traduttur ta' ħila kbira.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735620096374,"sku":"131","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Kaligula-F.jpg?v=1790583811"},{"product_id":"l-alla-tal-herba-le-dieu-du-carnage","title":"Alla tal-Qerda","description":"\u003cp\u003eL'Alla tal-Ħerba \/ \u003cem\u003eLe Dieu du Carnage\u003c\/em\u003e ta' Yasmina Reza u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina hu l-ħames ktieb fis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. F'dan il-ktieb, Reza tirrakkonta l-istorja ta' żewġ pari ġenituri li wliedhom iweġġgħu lil xulxin. Il-ġenituri jiltaqgħu biex jiddiskutu x'ġara, imma l-konverżazzjoni tispiċċa f'kaos ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eRebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2013 - Kategorija Traduzzjoni\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eL'Alla tal-Ħerba\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eLe Dieu du Carnage\u003c\/em\u003e ta' Yasmina Reza hu l-ħames ktieb fis-sensiela Traduzzjonijiet tagħna. Ġie maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina. F'dan il-ktieb, Reza tirrakkonta l-istorja ta' żewġ pari ġenituri li wliedhom iweġġgħu lil xulxin. Il-ġenituri jiltaqgħu biex jiddiskutu x'ġara, imma l-konverżazzjoni tispiċċa f'kaos ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDwar l-Awtriċi\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eYasmina Reza hija rumanziera Franċiża rebbieħa ta' bosta premjijiet li d-dramm tagħha \u003cem\u003eLe Dieu du Carnage\u003c\/em\u003e kiseb premjijiet u fama dinjija, fosthom wirjiet milqugħin fil-Gielgud Theatre f'Londra u fi Broadway fi New York. Id-dramm ġie adattat ukoll f'film bit-titlu \u003cem\u003eCarnage\u003c\/em\u003e, immexxi minn Roman Polanski u b'sehem ta' Jodie Foster u Kate Winslet.\u003c\/p\u003e","brand":"Yasmina Reza","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735631860086,"sku":"11","price":8.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__allatalherba.jpg?v=1790583838"},{"product_id":"l-intruza-u-l-ghomja-lintruse-et-les-aveugles","title":"L-Intruża u L-Għomja \/ L’Intruse et Les Aveugles","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003e\"L’Intruse\" et \"Les Aveugles\"\u003c\/em\u003e ta' Maurice Maeterlinck maqluba għall-Malti mill-Prof. Anthony Aquilina. Dawn huma żewġ drammi f’att wieħed, \"L-Intruża\" u \"L-Għomja\", ta’ Maurice Maeterlinck (1862-1949), awtur Belġjan li kien jikteb bil-Franċiż, u li rebaħ il-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1911.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDawn il-ġojjelli fl-istorja tat-teatru Franċiż ta’ tmiem is-seklu dsatax jittrattaw il-kunflitt bejn il-bniedem u l-forzi sopranaturali li xejn ma jista’ jagħmel biex jegħlibhom, u jantiċipaw inkwantu għas-suġġett, jekk mhux fl-istil, 'it-Teatru tal-Assurd'. Dan hu teatru inkwetanti li jirrifletti t-teorija drammatika tad-drammaturgu, kif insibuha elaborata f’\"Le Tragique quotidien\" \/ \"It-traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum\", ġewwa l-ktieb bis-saġġi filosofiċi tiegħu, \u003cem\u003eLe Trésor des humbles\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eIt-Teżor tal-Umli\u003c\/em\u003e (1896).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-misteru li Maeterlinck kien jiltaqa’ miegħu kullimkien madwaru u fil-bnedmin, huwa rnexxielu jinkarnah f’dawn iż-żewġ drammi. Biex nikkwota mill-istqarrija ta’ rikonoxximent waqt l-għoti tal-premju Nobel, il-kwalitajiet distintivi tad-drammi Simbolisti ta’ Maeterlinck kienu 'ir-rikkezza ta’ immaġinazzjoni u r-realiżmu poetiku tagħhom'. Huma juru l-intimità tas-sentimenti profondi li kellu, u daqstant ieħor jappellaw għas-sentimenti u l-ansjetajiet tal-qarrej.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFlimkien mat-traduzzjonijiet wieħed isib ukoll studju qasir mill-Professur Aquilina fuq post Maeterlinck fil-qafas tad-drama Simbolista fi Franza. Il-Professur Toni Aquilina huwa membru tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003e\"L’Intruse\" et \"Les Aveugles\"\u003c\/em\u003e tal-Belġjan rebbieħ tal-Premju Nobel Maurice Maeterlinck – \"L’Intruse\" \/ \"L-Intruża\" u \"Les Aveugles\" \/ \"L-Għomja\" (1890) huma żewġ drammi simbolisti f’att wieħed li ġew maqluba għall-Malti mill-Professur Anthony (Toni) Aquilina. Dawn il-ġojjelli fl-istorja tat-teatru Franċiż ta’ tmiem is-seklu dsatax jittrattaw il-kunflitt bejn il-bniedem u forzi sopranaturali li kontrihom ma jista’ jagħmel xejn, u jantiċipaw is-suġġett, jekk mhux l-istil, tat-Teatru tal-Assurd. Dan hu teatru inkwetanti li jirrifletti t-teorija tad-drammaturgu, kif żviluppata f’\"Le Tragique quotidien\" \/ \"It-Traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum\" \/ \"The Tragical in Daily Life\", ippubblikat fil-ktieb tiegħu ta’ saġġi filosofiċi, \u003cem\u003eLe Trésor des humbles\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eIt-Teżor tal-Umli\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Treasure of the Humble\u003c\/em\u003e (1896). Il-misteru li Maeterlinck kien isib kullimkien madwarna u fina, huwa rnexxielu jinkarnah f’dawn id-drammi. Biex nikkwotaw mill-istqarrija li akkumpanjat l-għoti tal-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1911, il-kwalità distintiva tad-drammi simbolisti ta’ Maeterlinck kienet 'ir-rikkezza ta’ immaġinazzjoni u r-realiżmu poetiku tagħhom'. Dawn juru intimità profonda tas-sentimenti u jappellaw ukoll għas-sentimenti u għas-sens ta’ premonizzjoni tal-qarrej.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFlimkien mat-traduzzjonijiet wieħed isib studju qasir mill-Professur Aquilina fuq il-post ta’ Maeterlinck fil-qafas tad-drama simbolista Franċiża. Il-Professur Toni Aquilina huwa membru tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003e\"L-Intruża\" u \"L-Għomja\"\u003c\/em\u003e huwa l-ktieb numru 18 fis-sensiela ta’ traduzzjonijiet ta’ Faraxa u hu ppubblikat f’format paperback.\u003c\/p\u003e","brand":"Maurice Maeterlinck","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735651029366,"sku":"95","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__intruza.jpg?v=1790583875"},{"product_id":"moliere-tartuffe-ix-xhih","title":"Molière: Tartuffe - Il-Miskin","description":"\u003cp\u003eId-disgħa u għoxrin traduzzjoni mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa. Żewġ kummiedji ta' Molière, \"Tartuffe\" u \"Ix-Xħiħ\" (L'Avare).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eJean‑Baptiste Poquelin (Molière, 1622‑1673) daħal fix‑xena tal‑kummiedja għall‑palk fi Franza fis‑seklu sbatax.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMolière tnebbaħ minn ħafna drammaturgi li ġew qablu, bħal Troterel, Hardy, Corneille, Quinault fost oħrajn, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ personaġġi, plots, intrigi u aspetti temporali involuti fil‑kummiedji tiegħu stess. Nistgħu ngħidu li prattikament m’hemmx wieħed li b’xi mod jew ieħor ma kkontribwiex biex jinbnew il‑kummiedji tipiċi tiegħu. Aktar ma naqraw ix‑xogħlijiet ta’ dawn il‑predeċessuri aktar nindunaw kemm Molière kien midjun lejhom. Iżda kien hu li introduċa permezz tal‑kummiedji l‑imitazzjoni tan‑natura. F’idejh, il‑kummiedja tosserva r‑realtà tal‑ħajja, mhux sempliċi ħolqien immaġinarju. Hu ried li l‑personaġġi tiegħu jingħarfu mill‑udjenza bħala nies tad‑demm u l‑laħam kontemporanji sew jekk jagħmlu parti mill‑popolin, mill‑borgeżija jew min‑nobbiltà. U jsostni li jekk ifalli f’din il‑ħaġa, ikun falla b’mod assolut.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAristotli ddefinixxa l‑kummiedja bħala dak ix‑xogħol li jrid jispiċċa b’rikonċiljazzjoni, u mill‑punt di vista medjevali, il‑kummiedja tibda fuq nota ta’ dwejjaq u tispiċċa fuq waħda ta’ ferħ. Il‑funzjoni tal‑kummiedja kif kien jifhimha Molière, kienet tikkonsisti f’ċanfir jew kastig għal xi vizzju jew ieħor li jispikka fis‑soċjetà li kien jgħix fiha hu, permezz tas‑satira li ddaħħak bla ma twaġġa’ u mingħajr prietki.* L‑għażla tal‑vizzji li kien jattakka kienu mnebbħin mill‑kodiċi morali li kien jimxi fuqu hu stess. F’din il‑pubblikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ kapulavuri minn tlieta u tletin biċċa xogħol għall‑palk li ħallielna Molière, huwa jirredikola l‑ipokriti u l‑oqbra mbajda dejjem lesti biex jaħbu n‑nuqqasijiet tagħhom wara d‑devozzjoni falza (f’\"Tartuffe\"). U lil min hu skjav tal‑flus sal‑punt li jissagrifika l‑kuntentizza ta’ wliedu u l‑unur tiegħu tant li jitlef id‑dinjità kollha (f’\"Ix-Xħiħ\").\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e*Il-kunċett ta’ kummiedja f’Molière hu dak ta’ Castigat ridendo mores.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAktar informazzjoni tinsab fl-istudju tal-Prof. Toni Aquilina qabel ma jibdew il-kummiedji ta' Molière.\u003c\/p\u003e","brand":"Molière","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735693136246,"sku":"185","price":16.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__moliere.jpg?v=1790583935"},{"product_id":"raise-the-curtain","title":"Għolli l-Purtiera","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eRaise the Curtain\u003c\/em\u003e, editat minn Barbara Day, hija ġabra ta' drammi, li l-biċċa l-kbira tagħhom ġew sottomessi bħala parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni tal-kitba tad-drammi ta' Gozo Live. Kitbuha Għawdxin jew persuni li esperjenzaw rabtiet qawwija mal-gżira. Permezz tad-drammatizzazzjoni ta' leġġendi, storja, umoriżmu u traġedja, din l-antoloġija toffri ħarsa lejn in-natura umana, osservazzjonijiet u immaġinazzjonijiet, waqt li Għawdex jipprovdi l-isfond għal dawn id-drammi. L-iżvolġiment tad-dinamika tal-familja, il-kultura tar-raħal imħallta mal-preżenza tal-espatrijati, it-tfakkir tal-istorja ta' Ulikse u Kalipso, il-ħsejjes matul il-lejl, l-ispekulazzjonijiet dwar konversazzjonijiet u r-ritorn għal perjodi storiċi jagħmlu dan il-ktieb tifkira eċċellenti ta' Għawdex u se jappella għal kull min hu interessat fit-teatru.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGozo Live hija soċjetà għal kittieba ta' kull età. Taħdem fl-iskejjel kollha ta' Għawdex billi tmexxi kompetizzjonijiet tal-kitba u parteċipazzjonijiet li huma appoġġjati b'entużjażmu mill-istudenti tal-iskola, l-għalliema u l-ġenituri tagħhom. Kull sena jsiru rappreżentazzjonijiet ta' drammi li jattiraw udjenzi kbar u entużjasti.\u003c\/p\u003e","brand":"Barbara Day (Ed.)","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735749628278,"sku":"98","price":17.75,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__raise_curtain.jpg?v=1790584041"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/collections\/drama.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}