{"title":"Fittizjono Storiku","description":"\u003cp\u003eKotba fil-kategorija tal-Fittizju Storiku.\u003c\/p\u003e","products":[{"product_id":"gamewwiet-mill-imghoddi","title":"Logħob mill-Imgħoddi","description":"\u003cp\u003eSkont Erin Serracino Inglott 'gamewwa' hija 'ħaġra prezzjuża minquxa jew imqabbża bi xbieha fiha, bi lwien mill-ħaġra nfisha, li n-nisa jxiddu bħala labar biex jiżżejnu, u l-irġiel ġieli għamlu minn wieħed żgħir il-fossa għal xi ċurkett.' (Erin Serracino-Inglott, \u003cem\u003eIl-Miklem Malti, It-Tielet Volum\u003c\/em\u003e, Klabb Kotba Maltin, 1976, p. 76: GAMEW).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin ta’ Mary Rose Mifsud hija ġabra ta’ ħames rakkonti qosra li minnhom infushom huma prezzjużi proprju għax twieldu mill-imgħoddi. Fihom hemm tant imħabba, u minnhom jixref tagħrif dwar żmien li bil-mod il-mod qed jintesa li kieku ma kienx għal tant kittieba, fosthom Mifsud stess, li b’dedikazzjoni sabu l-ħin jiktbu u jwasslu dan il-wirt tant sabiħ u li qiegħed jgħib.\u003c\/p\u003e","brand":"Mary Rose Mifsud","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735516352886,"sku":"193","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__07_Faraxa_Gamewwiet_Print-Final_F.jpg?v=1790583507"},{"product_id":"gholjet-il-qasab","title":"Għoljet il-Qasab","description":"\u003cp\u003eDin it-traduzzjoni miċ-Ċiniż għall-Malti hija t-tmienja u għoxrin traduzzjoni tal-kullana ta’ Traduzzjonijiet Faraxa taħt il-ħarsien tal-Prof. Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eGħoljet il-Qasab\u003c\/em\u003e huwa rumanz għaż-żgħażagħ u mhux-daqshekk żgħażagħ li kienet ħarġet l-awtriċi Ċiniża minn Shanghai, Yin Jian Ling fl-2016. It-titlu huwa isem ta' kulleġġ immexxi minn patrijiet fl-ewwel snin tas-seklu 20 fil-Lvant taċ-Ċina, li t-tifsira tiegħu hija L-Għolja tal-Qasab (il-forma mqassra - Għoljet il-Qasab). L-isem biċ-Ċiniż huwa Ye Mang Po, li tfisser 'L-Għolja fejn jikber il-Qasab Selvaġġ'.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-ġrajja tal-ktieb iddur madwar tifel Ċiniż, You An, li jitlef lil ommu waqt il-ħlas, u missieru u l-mara l-ġdida tiegħu, ma jittrattawhx tajjeb. Il-mara, b’mod partikolari, issawtu u taħqru tant li t-tifel jaħrab mid-dar u jispiċċa f'orfanotrofju mmexxi mis-sorijiet. Żmien wara joħduh fil-kulleġġ ta' Għoljet il-Qasab fejn jibda jinteressa ruħu fil-pittura u fl-iskultura ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHawnhekk jinduna li l-ħajja hija vjaġġ li fih il-bniedem jimxi minn post għall-ieħor, jiltaqa' ma' karattri u kulturi differenti ... imma fuq kollox jiskopri wkoll il-potenzjal u l-kapaċitajiet moħbija ġo fih. Tispikka t-tema tal-arti Ċiniża u kif din hija differenti f'bosta aspetti minn dik tal-Punent.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eJirnexxielu You An isib u jiżviluppa t-talent artistiku tiegħu matul il-vjaġġ tiegħu, minkejja l-isfidi u d-diffikultajiet kollha li jiltaqa' magħhom?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eYin Jianling (imwielda fl-1971) hija kittieba Ċiniża tal-letteratura għat-tfal. Hija l-editriċi anzjana tal-gazzetta ta’ Shanghai Xinmin wanbao. Il-kittieba għandha B.A. mid-Dipartiment tal-Liġi u l-Politika fl-Università Normali ta’ Huadong, u M.A. mid-Dipartiment tal-Letteratura Ċiniża fl-Università Normali ta’ Shanghai. Yin kellha tmintax-il sena meta l-poeżija tagħha ġiet ippubblikata f’Youth Literature and Art《少年文艺》. Hija kompliet tikteb u tippubblika poeżiji, esejs, rumanzi, rapportaġġi u opinjonijiet. Kienet editriċi kap ta’ rivista tan-nisa, saret membru tal-Assoċjazzjoni tal-Kittieba taċ-Ċina fl-1998 u għandha rwol ewlieni fl-Assoċjazzjoni tal-Kittieba ta’ Shanghai. Yin rebħet bosta premjijiet għall-kotba tagħha, inkluż il-prestiġjużi Premjijiet Chen Bochui għal-Letteratura tat-Tfal.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eStephen Cachia huwa għalliem, lettur, kittieb u traduttur. Twieled fl-1976 f'San Pawl il-Baħar u ggradwa mill-Università ta' Malta u l-Università ta' New England fl-Awstralja. Huwa għex, studja u ħadem fiċ-Ċina, l-iktar f'Shanghai (2010). Poeżiji u novelli tiegħu dehru f'diversi antoloġiji u ġurnali lokali. Ix-xogħol teatrali tiegħu \u003cem\u003eIlħna mill-Qiegħ\u003c\/em\u003e ittella' fiċ-Ċentru tad-Drama fl-2003. Fl-2007 ħareġ il-ktieb tal-poeżiji \u003cem\u003eŻifef u Rwiefen\u003c\/em\u003e flimkien mal-kittieb Patrick Sammut. Jgħallem ukoll il-lingwa Ċiniża u l-Istorja taċ-Ċina fid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali fl-Università ta' Malta.\u003c\/p\u003e","brand":"Yin Jian Ling","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735530869110,"sku":"176","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Gholjiet-il-Qasab-cover-Front.jpg?v=1790583542"},{"product_id":"il-hares-tal-fortizza","title":"Il-Ħares tal-Fortizza","description":"\u003cp\u003eKlassi tas-Sekondarja fi skola tal-bniet kienu qed jistudjaw l-istorja ta' Malta fi żmien il-Gran Mastru De Vilhena. Semgħu dwar il-gżira Manoel u l-għalliema ma setgħetx ma ssemmilhomx il-ħares li kien jidher fil-fortizza. L-istudenti kellhom jaħdmu fuq proġett dwar il-Gran Mastru u l-ħidma kbira tiegħu fil-pajjiż, kif ukoll dwar stejjer ta' ħsara. L-għalliema tal-Istudji Soċjali u tal-Arti u Snajja' daħlu wkoll f'dan il-proġett fejn ġew inklużi tpinġijiet ta' ħares u kostumi ta' żmien il-Halloween u l-Karnival. Fl-istess waqt, klassi oħra tas-subien kienu qed jaħdmu fuq kompetizzjoni ta' min jilbes l-aħjar bħala mummja. Dan wassal għal xi sitwazzjonijiet umoristiċi u mhux tas-soltu fid-dar u fil-klassi, iżda wkoll għal ħbiberija bejn żewġ tfajliet kuġini u żewġ ġuvintur.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eA class of girl students in a Secondary school were studying Maltese history during the time of Grand Master De Vilhena. They were told about Manoel Island and the teacher could not refrain from telling them about the ghost which appeared at the fortress. The students were to work on a project dealing with the Grandmaster and his great work in the country, as well as ghost stories. The teachers of Social Studies and Arts and Crafts got involved in this project where drawings of ghosts and the customs during Halloween and Carnival were concerned. At the same time, another class of boys werre also working on a competition on who dresses as the best mummy. This led to some funny and unusual situations at home and in class but also to a friendship between two girl cousins and two boys.\u003c\/p\u003e","brand":"Tony C. Cutajar","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735576023414,"sku":"203","price":9.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Il-Hares-tal-Fortizza-F.jpg?v=1790583698"},{"product_id":"ricasoli-soldier-a-novel-inspired-by-true-events","title":"Suldat ta' Ricasoli: Rumanz Ispirat minn Avvenimenti Veri","description":"\u003cp\u003eLeo telaq minn art twelidu, Sqallija, fl-1806 biex iservi fl-Armata Brittanika fil-gżira Mediterranja ta’ Malta. Dak iż-żmien kellu biss ħolm u ambizzjonijiet taż-żgħożija. Hu ried isir suldat professjonali biex ikun jista’ jservi lil pajjiżu. Stazzjonat fil-Forti Ricasoli, huwa bena ħbiberiji ġodda u ħabb lil Lisa, tfajla mir-raħal tal-Kalkara. Iżda t-tamiet, il-ħolm u l-ambizzjonijiet tiegħu nbidlu fi prova tal-biża' u f'ġlieda ddisprata biex jibqa' ħaj.\u003c\/p\u003e","brand":"Joe Scicluna","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735752741238,"sku":"17","price":7.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__ricasoli.jpg?v=1790584048"},{"product_id":"tramm-ghall-hajja","title":"Tram għall-Ħajja","description":"\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eIs-16 ta’ Ottubru 1943.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFil-ghetto ta’ Ruma, Emanuele, tifel ta’ tnax-il sena, jara lil ommu tiġi mkaxkra għal fuq trakk tal-Ġermaniżi. Imur jilħaqha, jgħannaqha, imma hi taqbad u twaddbu għal isfel. Emanuele jinħeba fuq tramm u jibda vjaġġ li, waqfa wara l-oħra, iwasslu sa post ta’ kenn. Lil tal-biljetti jgħidlu li hu Lhudi u jitolbu jipproteġih għax il-Ġermaniżi qed ifittxuh. Ix-xufier tat-tramm, imbagħad oħrajn warajh, jipproteġu lit-tifel u jgħinuh jibqa’ ħaj għal tliet snin sakemm jirnexxilu jsib lil missieru.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eFatt traġiku, storja ta’ tama u fidwa.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-ktieb ġie tradott bl-għajnuna għat-traduzzjoni mogħtija mill-Ministeru Taljan għall-Affarijiet Barranin u l-Koperazzjoni Internazzjonali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eIs-16 ta’ Ottubru 1943.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFil-ghetto ta’ Ruma, Emanuele, tifel ta’ tnax-il sena, jara lil ommu tiġi mkaxkra għal fuq trakk tal-Ġermaniżi. Imur jilħaqha, jgħannaqha, imma hi taqbad u twaddbu għal isfel. Emanuele jinħeba fuq tramm u jibda vjaġġ li, waqfa wara l-oħra, iwasslu sa post ta’ kenn. Lil tal-biljetti jgħidlu li hu Lhudi u jitolbu jipproteġih għax il-Ġermaniżi qed ifittxuh. Ix-xufier tat-tramm, imbagħad oħrajn warajh, jipproteġu lit-tifel u jgħinuh jibqa’ ħaj għal tliet snin sakemm jirnexxilu jsib lil missieru.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eFatt traġiku, storja ta’ tama u fidwa.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-ktieb ġie tradott bl-għajnuna għat-traduzzjoni mogħtija mill-Ministeru Taljan għall-Affarijiet Barranin u l-Koperazzjoni Internazzjonali.\u003c\/p\u003e","brand":"Tea Ranno","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735846949238,"sku":"210","price":16.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__04__Tramm-ghall-Hajja.png?v=1790584210"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/collections\/historical-fiction.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}