{"title":"Rumanz","description":"\u003cp\u003eKotba fil-kategorija tar-Rumanz.\u003c\/p\u003e","products":[{"product_id":"gideb-u-mhabba","title":"Gideb u Mħabba","description":"\u003cp\u003eTessie tinduna li l-imħabba tagħha għal żewġha Matthew qiegħda tonqos u titbiel jum wara jum. F’ħajjitha jitfaċċaw irġiel oħra li b’mod differenti, jiġbduha ‘l bogħod mid-dar u l-familja. Titfaċċa wkoll id-droga...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMatthew ma jaqtax qalbu li jerġa’ jiġbed lil martu lura lejh. Imma xi prezz lest iħallas biex jirnexxielu?\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735519498614,"sku":"205","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__gidebmhabba.jpg?v=1790588182"},{"product_id":"isabelle-english","title":"Isabelle","description":"\u003cp\u003eTifla ċkejkna mbeżżgħa kienet imkebba f’rokna mudlama tal-kamra ż-żgħira, titriegħed bil-biża’, irkopptejha maħmuġin imtellgħin sa ħaddejha, u idejha mwaħħlin jgħattu widnejha biex itellfu l-ħsejjes tal-biża’ li kienu ġejjin mill-kamra l-oħra. Maġenbha, ħutha iżgħar minnha kienu qed jibku waqt li kienu magħfusa ma’ ommhom, li kienet qed iżżommhom magħha u tikkalmahom, tgħidilhom li dalwaqt kollox kien se jkun sew u li hu ma setax jersaq qrib tagħhom. Dan kien il-kenn tagħhom meta missierhom kien jiġi d-dar fis-sakra u rrabjat. Kienet għadha żgħira wisq biex tifhem l-alkoħoliżmu, imma mhux żgħira wisq biex tħoss il-biża’ ġo fiha kull darba li kienet tisimgħu jgħajjat u jkisser l-affarijiet, kull darba li kien ikollhom jissakkru f’din il-kamra ċkejkna. Kienet tisma’ kull siġġu jinqasam mal-mejda, kienet tisma’ t-tazzi u l-platti jinkisru mal-art, jinxterdu mal-art tal-kċina kollha, li kienu jiġbru aktar tard meta finalment kien jorqod, eżawrit wara l-biki u t-tqanżir tas-sakra tiegħu. Kienu joħorġu biss meta kienu jisimgħu l-inħir qawwi tiegħu ġej mill-kamra tas-sodda.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Xi darba... xi darba nitlaq minn dan il-post u ngħix fil-paċi,' it-tifla ċkejkna kienet dejjem taħseb bejnha u bejn ruħha. 'Jiġi l-jum meta nkun kbira biżżejjed biex nitlaq u ngħix għal rasi.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eImgezza kokka fir-rokna tal-kamra, Isabelle, daqsxejn ta’ tifla ta’ ħames snin kienet imwerwra, titriegħed bil-biża’, irkupptejha kollha trab imtellgħin ma’ wiċċha, u jdejha mdellka kienu qed jagħfsu ma’ widnejha, tipprova ma tismax il-ħsejjes li kienu ġejjin mill-kamra l-oħra. Maġenbha, ħutha iżgħar minnha kienu qed jibku fi ħdan ommhom, li kienet qed tipprova tikkalmahom waqt li tgħidilhom li dalwaqt jgħaddi kollox, li missierhom ma setax jidħol ħdejhom. Din il-kamra kienet il-kenn tagħhom meta missierha kien jiġi lura d-dar f’sakra ma jarax art u rrabjat. Kienet għadha żgħira wisq biex tifhem fuq l-alkoħoliżmu, imma kienet diġà taf x’tfisser il-biża' ta’ meta kien jiġi d-dar u tisimgħu jgħajjat u jkisser. Kienet tisma’ kull siġġu jfaqqa’ mal-mejda, kienet tisma’ t-tazzi u l-platti jinkisru mal-art, kull ħoss inissel aktar biża’ ġewwa fiha. Il-ħġieġ kien jinfirex mal-kamra kollha, ħġieġ u frak li kienu jiġbru huma stess wara li kien ikun raqad, għajjien mejjet wara l-pandemonju li jkun qajjem hu stess. Kienu joħorġu mill-kamra meta kienu jisimgħu l-inħir tiegħu ġej mill-kamra tas-sodda.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Xi darba... xi darba nitlaq minn hawn, u ngħix fil-paċi,' kienet dejjem tgħid bejnha u bejn ruħha dik it-tifla ċkejkna. 'Meta nikber, nitlaq minn hawn u mmur ngħix waħdi.'\u003c\/p\u003e","brand":"Jennifer Spagnol","offers":[{"title":"English","offer_id":58735596437878,"sku":"140","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true},{"title":"Maltese","offer_id":59008545620342,"sku":"107","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__isabelle_e.jpg?v=1790583750"},{"product_id":"love-never-dies","title":"L-imħabba ma tmut qatt","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eLove Never Dies\u003c\/em\u003e ta' Jennifer Spagnol, bl-illustrazzjonijiet ta' Bernard Micallef u Jeanelle Zammit, huwa maħsub għal qarrejja mid-9 snin 'il fuq. Anne tirritorna lejn gżiritha wara 14-il sena tgħix barra minn Malta. Ittra mingħand ħabibitha tat-tfulija Marlene kienet ġibditha lura. Dak li ma kinitx taf kien li Marlene kienet mejta, u li kellhom jaslu ittri oħra lil tliet persuni oħra, li jikxfu veritajiet mhux magħrufa. Kif se jirreaġixxu l-oħrajn għall-aħbar fl-ittri? Se tinħafer Anne għal dak li għamlet snin ilu? Se jerġa' jiffjorixxi l-imħabba? \u003cem\u003eLove Never Dies\u003c\/em\u003e huwa disponibbli f'edizzjoni paperback.\u003c\/p\u003e","brand":"Jennifer Spagnol","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735659745654,"sku":"67","price":5.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__loveneverdies.jpg?v=1790583889"},{"product_id":"mignuna-l-imhabba","title":"Miġnuna għall-Imħabba","description":"\u003cp\u003eMeta Suzanne tintebaħ li kienet daħlet mara oħra fil-ħajja ta' żewġha Ronald, ħajjitha tinbidel mil-lejl għal nhar. Suzanne titħalla waħedha taffaċċja l-umiljazzjoni tan-nies, it-trobbija iebsa ta' żewġt itfal u n-niket tas-solitudni. Madanakollu, tibqa' tagħmel ħilitha kollha biex żewġha jerġa' jiġi lura għandha.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTgħid Ronald jinduna li dak li qiegħda toffrilu Audrey hija biss infatwazzjoni? Tgħid f'qalbu tista' terġa' titkebbes il-fjamma tal-imħabba? Tgħid Suzanne tista' terġa' tikseb l-imħabba mill-ġdid?\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735689073014,"sku":"206","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__mignuna.jpg?v=1790588185"},{"product_id":"mhabba-strangiera","title":"Imħabba Stranġiera","description":"\u003cp\u003eMeta Catherine torbot qalbha ma' barrani taħseb li tkun sabet l-imħabba perfetta. Ftit li xejn tobsor bit-taqtigħ il-qalb li jkollha ġġarrab minħabba Sven ... Imma tista' l-imħabba tikber minn eluf ta' mili 'l bogħod? Imbagħad jidħol Aldo f'ħajjitha u l-kobba tkompli titħabbel ... Imn'Alla tista' tiftah qalbha ma' Louise ...\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735697101174,"sku":"207","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__mhabbastrangiera.jpg?v=1789553991"},{"product_id":"mhabba-bla-tmiem","title":"Imħabba bla Tmiem","description":"\u003cp\u003eGrace tinsab fi gwaj li ma tafx kif se toħroġ minnu. Tipprova tgħinha l-ħabiba tagħha Marvic, imma se jirnexxilha? It-tfajla żagħżugħa tinduna bl-egoiżmu ta’ Claudio: se jħalliha waħedha fil-ħin tal-prova?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eU fuq dan kollu hemm xi ħadd li jista’ joffrilha mħabba ġenwina, imħabba mingħajr gideb...\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735699034486,"sku":"204","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__mhabba_bla_tmiem.jpg?v=1790588189"},{"product_id":"mhabba-mill-gdid","title":"Imħabba mill-Ġdid","description":"\u003cp\u003eL-imħabba li Manwel għandu għal Karmelina tinbidel f’mibegħda meta f’ħajjet it-tfajla jidħol Robert Lambert. Kienet l-imħabba li tat lil Manwel raġuni għalxiex jgħix imma hija l-istess imħabba li tefgħetu f’baħar ta’ niket. Din l-istorja nkitbet biex kulħadd ikun jaf kemm hi miġnuna l-imħabba ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan mhux rumanz bħall-oħrajn ta’ din is-sensiela għax mhux ambjentat f’Malta ta’ dan is-seklu bħalma huma r-rumanzi l-oħra ta’ Jesmond Grech imma l-ġrajja tiżvolġi lejn tmiem is-seklu 19 u bidu tas-seklu 20.\u003c\/p\u003e","brand":"Jesmond Grech","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735700312438,"sku":"208","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__mhabba_gdid.jpg?v=1790588193"},{"product_id":"passjoni-semplici-passion-simple","title":"Passjoni Sempliċi","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e ta' Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-Letteratura 2022, u maqlub għall-Malti b'annotazzjonijiet minn Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHawnhekk l-awtriċi taqsam magħna dak li għaddiet minnu waqt ir-relazzjoni li kellha ma' raġel miżżewweġ.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Il-fatt li A. kien barrani kien jagħmel ferm aktar improbabbli kwalunkwe interpretazzjoni ta' mġibtu, imsejsa kif kienet fuq kultura li tagħha kont naf biss l-aspett turistiku, il-klixejiet. Għall-ewwel ħsibt naqta' qalbi minħabba l-limiti evidenti biex inkunu nistgħu niftiehmu bejnietna, imsaħħin mill-fatt li, jekk hu kien jesprimi ruħu bil-Franċiż mhux ħażin, jien ma kontx naf nitkellem b'ilsienu. Imbagħad dis-sitwazzjoni kienet teħlisni mill-illużjoni li nemmen f'xi tip ta' komunikazzjoni perfetta bejnietna, biex ma ngħidx li nsiru ħaġa waħda. Billi kien hemm naqra ta' qabża bejn il-Franċiż tiegħu u l-użu kurrenti tal-lingwa, billi xi minn daqqiet kont niġi bejn ħaltejn dwar it-tifsira li kien jagħti lil xi kelma jew oħra, jiena kont kull ħin u kull mument inqejjes biex nara xi jkun irid jgħid bejn wieħed u ieħor. Kelli l-privileġġ ngħix sa mill-bidu nett, kontinwament, b'għajnejja miftuħin beraħ, dak li dejjem tispiċċa biex tiskopri b'għaġeb kbir għalik u b'fixla kbira fuqek - ir-raġel li tħobb int hu għarib.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e huwa l-ħmistax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e ta' Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-Letteratura 2022, ktieb imfaħħar min-New York Times u l-aktar ktieb li nbiegħ fi Franza għal tmien xhur sħaħ. Kien finalista fil-Kategorija tat-Traduzzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMaqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, \u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e jiddokumenta x-xewqat u l-umiljazzjonijiet ta' qalb umana maqbuda f'passjoni li tikkonsma kollox. Hekk kif in-narratriċi tipprova tfassal il-kors emozzjonali u fiżiku tar-relazzjoni ta' sentejn li kellha ma' barrani miżżewweġ, fejn kull kelma, avveniment u persuna jew jipprovdu konnessjoni mal-maħbub tagħha jew huma soġġetti għal indifferenza kiesħa, hija tfittex il-verità wara eżistenza li tgħixha għal xi ħadd ieħor, u wara li jgħaddi kollox, jirnexxilha ssibha.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e huwa l-ħmistax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e","brand":"Annie Ernaux","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735729246582,"sku":"83","price":8.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__passjoni_semplici.png?v=1790583998"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/collections\/romance.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}