{"title":"Young Adult Non-Fiction","description":null,"products":[{"product_id":"all-attacco-avvio-all-esame-ditaliano-ai-livelli-sec-intermedio-ed-oltre","title":"Għall-Attakk! Bidu tal-Eżami tal-Malti fil-Livelli SEC, Intermedju u lil hinn","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eAll'attacco! Avvio all-Esame dItaliano ai Livelli SEC, Intermedio ed Oltre\u003c\/em\u003e ta' Patrick Sammut huwa ktieb ta' ħidma ddisinjat għall-istudenti li qed jippreparaw biex joqogħdu għall-eżami tal-Matrikola fil-lingwa Taljana. L-għan tal-ktieb huwa li jiffaċilita l-maturità lingwistika fl-istudenti billi jippreżentalhom l-opportunità li jiddekodifikaw u jifhmu diversi testi u siltiet.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eAll'attacco!\u003c\/em\u003e huwa magħmul minn 20 taqsima, fejn kull taqsima hija maqsuma f'diversi partijiet. Pereżempju, is-silta introduttorja hija marbuta ma' suġġett partikolari, segwita minn eżerċizzju grammatikali kemm fil-livell bażiku kif ukoll f'dak intermedju. Dawn huma segwiti minn taqsimiet fuq il-lessiku, biex jgħinu lill-istudenti jibnu u jsaħħu l-vokabularju Taljan tagħhom. Aktar taqsimiet huma ddedikati għall-idjomi Taljani u diskussjonijiet dwar diversi aspetti tal-kultura Taljana (ġeografija, politika, ċinema, gastronomija, problemi soċjali, mużika, letteratura), li huma illustrati biex jiffaċilitaw it-tagħlim, il-fehim u l-integrazzjoni. Imbagħad hemm taqsima ta' reviżjoni, filwaqt li l-aħħar taqsima hija ddisinjata speċifikament biex tiffaċilita l-espressjoni ħielsa tal-istudenti bit-Taljan fuq varjetà ta' suġġetti differenti.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eStrutturalment, \u003cem\u003eAll'attacco!\u003c\/em\u003e huwa organizzat biex iħejji lill-istudenti għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC). Dan jistieden ukoll lill-istudenti biex ikomplu japprofondixxu l-għarfien tagħhom billi jipprovdi diversi kotba ta' referenza u siti elettroniċi bħala riżorsi. \u003cem\u003eAll'attacco!\u003c\/em\u003e huwa indispensabbli bħala għodda ta' tagħlim għall-istudenti tal-lingwa Taljana, kemm dawk li jixtiequ jkunu ta' suċċess fl-eżami SEC kif ukoll dawk li jinsabu fil-livelli Intermedji u Avvanzati jew li jaspiraw li jilħquhom.\u003c\/p\u003e","brand":"Patrick Sammut","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735442461046,"sku":"6","price":14.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__all_attacco-scaled.jpg?v=1790583290"},{"product_id":"anne-frank-id-djarju-ta-tfajla","title":"Anne Frank: Id-Djarju ta' Tfajla","description":"\u003cp\u003eDan \u003cem\u003eId-Djarju ta’ Tfajla\u003c\/em\u003e, jew kif inhu iżjed magħruf, \u003cem\u003eId-Djarju ta’ Anne Frank\u003c\/em\u003e, hu maqlub għall-Malti mill-verżjoni Ingliża ta’ Susan Massotty minn Mary Rose Mifsud. Dan il-ktieb jinkludi t-test innifsu tad-\u003cem\u003eDjarju ta’ Anne Frank\u003c\/em\u003e kif ġie editjat minn Otto Frank u Mirjam Pressler u ppreżentat fl-edizzjoni definittiva li ħarġet fl-2007, fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju tal-ewwel pubblikazzjoni tiegħu fl-1947.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin l-edizzjoni tad-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e tiftaħ b’\"Daħla\" mill-Professur Oliver Friggieri li fiha jirrifletti fuq l-importanza storika tad-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e u l-valur morali tiegħu, kif ukoll jagħti ħarsa kritika fil-qosor lejn din it-traduzzjoni. Issegwi \"Nota tat-Traduttriċi\" li fiha Mifsud tiddeskrivi l-proċess li użat fit-traduzzjoni tagħha u tispjega għaliex waslet għal ċerti għażliet lingwistiċi, xi kultant saħansitra b’paragun ma’ traduzzjonijiet f’ilsna oħra.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-ktieb jinkludi wkoll il-\"Kelmtejn Qabel\" u l-\"Kelmtejn Wara\" ta’ Massotty nfisha. Isegwu noti dettaljati dwar il-personaġġi u l-postijiet imsemmija fit-test oriġinali, kif ukoll dwar xi avvenimenti storiċi u xi kliem importanti biex jinftiehem sew dak li kitbet Anne. Dawn in-noti huma mmirati għall-qarrejja Maltin li jridu japprofondixxu l-għarfien tat-test u jkattru l-pjaċir li jieħdu mill-qari tiegħu. Għal din ir-raġuni n-noti jinkludu informazzjoni dwar x’ġara min-nies u l-postijiet anki wara li jieqaf id-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e. Mifsud għamlet ħilitha biex testendi din l-informazzjoni sakemm il-ktieb tagħha mar għall-istampar. Uħud min-noti jagħtu wkoll l-opportunità lill-qarrejja, jipparagunaw dak li ssemmi Anne Frank ma’ x’kien qed jiġri f’Malta fl-istess żmien.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFis-sezzjoni \"Fatti, Kontroversji, Aġġornamenti\" Mifsud tirrakkonta bosta episodji mill-ġrajja tad-Djarju minn meta ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1947 sal-lum. Din it-traduzzjoni tinkludi wkoll numru ta' ritratti tan-nies li jissemmew fid-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e, kif ukoll \"Bibljografija\" estensiva li għandha tħajjar lill-qarrejja jkomplu jwessgħu t-tagħrif tagħhom dwar l-Olokawst u avvenimenti storiċi oħra.\u003c\/p\u003e","brand":"Anne Frank","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735445344630,"sku":"144","price":18.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__anne_frank.jpg?v=1790583301"},{"product_id":"il-ktieb-tal-malti-fil-livell-avvanzat-u-intermedju-taghrif-u-tahrig-1","title":"Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1)","description":"\u003cp\u003eDan huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tieni karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima A: għażla ta’ 20 poeżija minn \u003cem\u003eMal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel\u003c\/em\u003e ta’ Oliver Friggieri;\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima B: għażla ta’ 20 poeżija minn \u003cem\u003eXi Drabi Mqar Persuna\u003c\/em\u003e ta’ Simone Galea;\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima Ċ: analiżi kritika ta’ poeżija jew silta narrattiva fittizzja.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIs-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Patrick J. Sammut u Tarċisju Zarb. Dan il-ktieb jipprovdi lill-qarrejja saġġi introduttivi, flimkien ma’ kumment individwali magħmul minn analiżi tematika u stilistika, u parafrażi għal kull waħda mill-erbgħin poeżija inkwistjoni; tabelli riassuntivi fejn il-poeżiji huma kklassifikati skont temi speċifiċi, ta’ natura tematika u stilistika għal kull poeżija magħżula. Hemm ukoll tagħrif ġenerali dwar it-twelid u l-iżvilupp tal-moviment femminista, dwar nisa li għamlu isem fil-qasam intellettwali u femminista, u anki lista parzjali ta’ poeti nisa Maltin. Jiġu inklużi wkoll mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti tal-Malti Avvanzat u Intermedju jirriflettu u jipproduċu l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20 u bidu tas-seklu 21.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFit-tielet u r-raba’ taqsima huma inklużi żewġ introduzzjonijiet dwar kif jinbnew il-komponimenti ta’ analiżi kritika tal-poeżija u tan-narrattiva, flimkien ma’ komponimenti mudell li juru fil-prattika kif għandhom isiru eżerċizzji ta’ analiżi kritika bħal dawn. L-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda l-poeżiji ta’ Simone Galea. Fl-aħħarnett, il-qarrejja jsibu wkoll bibliografija qasira ta’ testi li jkomplu jgħinuhom biex jifhmu aħjar it-testi inkwistjoni u jissaħħu iktar fl-għarfien tal-letteratura Maltija.\u003c\/p\u003e","brand":"Patrick J. Sammut u Tarċisju Zarb","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735551578486,"sku":"124","price":21.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__ktiebmalti1.png?v=1790583603"},{"product_id":"il-ktieb-tal-malti-fil-livell-avvanzat-u-intermedju-taghrif-u-tahrig-2","title":"Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2)","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2)\u003c\/em\u003e huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tielet karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima A: ir-rumanz \u003cem\u003eĦelsien\u003c\/em\u003e ta’ Ġużè Bonniċi;\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima B: għażla ta’ novelli mill-ktieb \u003cem\u003eXemgħat\u003c\/em\u003e ta’ Trevor Żahra;\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima Ċ: id-dramm \u003cem\u003eKarnival\u003c\/em\u003e ta’ Francis Ebejer.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIs-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut. Hawn wieħed isib saġġi ta’ natura tematika li jittrattaw il-livell simboliku u soċjali, imma anki t-tema tal-ambizzjoni (fil-każ ta’ \u003cem\u003eĦelsien\u003c\/em\u003e), flimkien ma’ introduzzjoni ġenerali, analiżi kritika, fejn u kif isseħħ il-ġrajja, ir-rabta bejn il-passat u l-preżent, riflessjonijiet oħra, u saġġ dwar l-importanza tal-Psikoloġija f’rabta mal-istudju tal-Letteratura Maltija (fil-każ ta’ \u003cem\u003eKarnival\u003c\/em\u003e). Huma inklużi wkoll siltiet importanti, kemm mir-rumanz ta’ Ġużè Bonnici kif ukoll mid-dramm ta’ Francis Ebejer, u xi mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti jirriflettu u jipproduċu l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eRigward in-novelli ta’ Trevor Żahra il-qarrejja ta’ dan il-ktieb se jsibu żewġ intervisti mal-kittieb Trevor Żahra, u kummenti dwar kull novella, flimkien ma’ xi mistoqsijiet ta’ natura tematika u stilistika li jgħinu lil dak li jkun jirrifletti dwar it-test inkwistjoni.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eL-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda r-rumanz \u003cem\u003eĦelsien\u003c\/em\u003e ta’ Ġużè Bonnici.\u003c\/p\u003e","brand":"Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735552823670,"sku":"125","price":18.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__ktiebmalti2.png?v=1790583609"},{"product_id":"jiena-malala-it-tifla-li-tkellmet-favur-l-edukazzjoni-u-sparawlha-t-taliban-i-am-malala-the-girl-who-stood-up-for-education-and-was-shot-by-the-taliban","title":"Jiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eJiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eI Am Malala: The Girl Who Stood Up for Education and was Shot by the Taliban\u003c\/em\u003e hu n-numru sbatax fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa u sar b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u RSM Malta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eJiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban\u003c\/em\u003e hija l-istorja ta' familja li kellha titlaq minn pajjiżha minħabba t-terroriżmu globali, tal-ġlieda favur l-edukazzjoni tal-bniet, ta' missier li kien imexxi skola u jinkoraġġixxi lil bintu biex tikteb u tattendi l-iskola, u ta' ġenituri li għandhom imħabba kbira lejn bintom f'soċjetà li tippremja s-subien.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eJiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban\u003c\/em\u003e, in-numru 17 fis-sensiela ta' traduzzjonijiet ta' Faraxa, huwa kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u RSM Malta. Ġie tradott għall-Malti minn Godwin Ellul mill-ktieb \u003cem\u003eI Am Malala: The Girl Who Stood Up For Education And Was Shot By The Taliban\u003c\/em\u003e. Din hija l-istorja notevoli ta' familja li kellha titlaq minn pajjiżha minħabba t-terroriżmu globali, tal-ġlieda favur l-edukazzjoni tal-bniet, ta' missier li, bħala sid ta' skola, ħeġġeġ u inkoraġġixxa lil bintu biex tikteb u tattendi l-iskola, u ta' ġenituri kuraġġużi li għandhom imħabba kbira lejn bintom f'soċjetà li tippremja s-subien.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eJiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban\u003c\/em\u003e se ġġiegħlek temmen fil-qawwa tal-leħen ta' persuna waħda biex tispira bidla fid-dinja.\u003c\/p\u003e","brand":"Malala Yousafzai with Christina Lamb","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735611412854,"sku":"86","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__malala.jpg?v=1790583788"},{"product_id":"reborn-the-life-saving-program","title":"Imwieled mill-ġdid: Il-Programm li Jsalva l-Ħajjiet","description":"\u003ch3\u003eDISPONIBBLI GĦALL-PRE-ORDER!\u003c\/h3\u003e\n\u003ch3\u003eĦaseb li jekk jissakkar 'il bogħod kien se jiswielu l-libertà tiegħu. Minflok, salvatlu ħajtu.\u003c\/h3\u003e\nMaqbud bejn il-ħajja li jixtieq u l-fejqan li għandu bżonn iddisprat, Mike huwa mġiegħel jiffaċċja l-ħtija, il-mistħija, ir-riżentiment, ir-rabja, u l-biża' li sawru l-vizzju tiegħu. Permezz ta’ memorji koroh, terapija, rikaduta, riżenja, u fidi, jibda jiskopri li d-droga qatt ma kienet il-problema vera — kienet biss is-sintomu ta’ ferita ferm aktar profonda.\n\u003cp\u003eReborn huwa memorja qawwija dwar il-vizzju, is-saħħa mentali, l-imħabba, l-aċċettazzjoni, il-fidi, u l-kuraġġ li hemm bżonn biex tibda mill-ġdid.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eStorja għal kull min bata fis-skiet — u għal kull min għandu bżonn jemmen li l-mirakli għadhom iseħħu.\u003c\/p\u003e","brand":"Mike Fellow","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735751201142,"sku":"236","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2026__08__Reborn.png?v=1790584046"}],"url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/collections\/young-adult-non-fiction.oembed","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}