{"product_id":"anne-frank-id-djarju-ta-tfajla","title":"Anne Frank: Id-Djarju ta' Tfajla","description":"\u003cp\u003eDan \u003cem\u003eId-Djarju ta’ Tfajla\u003c\/em\u003e, jew kif inhu iżjed magħruf, \u003cem\u003eId-Djarju ta’ Anne Frank\u003c\/em\u003e, hu maqlub għall-Malti mill-verżjoni Ingliża ta’ Susan Massotty minn Mary Rose Mifsud. Dan il-ktieb jinkludi t-test innifsu tad-\u003cem\u003eDjarju ta’ Anne Frank\u003c\/em\u003e kif ġie editjat minn Otto Frank u Mirjam Pressler u ppreżentat fl-edizzjoni definittiva li ħarġet fl-2007, fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju tal-ewwel pubblikazzjoni tiegħu fl-1947.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin l-edizzjoni tad-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e tiftaħ b’\"Daħla\" mill-Professur Oliver Friggieri li fiha jirrifletti fuq l-importanza storika tad-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e u l-valur morali tiegħu, kif ukoll jagħti ħarsa kritika fil-qosor lejn din it-traduzzjoni. Issegwi \"Nota tat-Traduttriċi\" li fiha Mifsud tiddeskrivi l-proċess li użat fit-traduzzjoni tagħha u tispjega għaliex waslet għal ċerti għażliet lingwistiċi, xi kultant saħansitra b’paragun ma’ traduzzjonijiet f’ilsna oħra.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-ktieb jinkludi wkoll il-\"Kelmtejn Qabel\" u l-\"Kelmtejn Wara\" ta’ Massotty nfisha. Isegwu noti dettaljati dwar il-personaġġi u l-postijiet imsemmija fit-test oriġinali, kif ukoll dwar xi avvenimenti storiċi u xi kliem importanti biex jinftiehem sew dak li kitbet Anne. Dawn in-noti huma mmirati għall-qarrejja Maltin li jridu japprofondixxu l-għarfien tat-test u jkattru l-pjaċir li jieħdu mill-qari tiegħu. Għal din ir-raġuni n-noti jinkludu informazzjoni dwar x’ġara min-nies u l-postijiet anki wara li jieqaf id-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e. Mifsud għamlet ħilitha biex testendi din l-informazzjoni sakemm il-ktieb tagħha mar għall-istampar. Uħud min-noti jagħtu wkoll l-opportunità lill-qarrejja, jipparagunaw dak li ssemmi Anne Frank ma’ x’kien qed jiġri f’Malta fl-istess żmien.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFis-sezzjoni \"Fatti, Kontroversji, Aġġornamenti\" Mifsud tirrakkonta bosta episodji mill-ġrajja tad-Djarju minn meta ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1947 sal-lum. Din it-traduzzjoni tinkludi wkoll numru ta' ritratti tan-nies li jissemmew fid-\u003cem\u003eDjarju\u003c\/em\u003e, kif ukoll \"Bibljografija\" estensiva li għandha tħajjar lill-qarrejja jkomplu jwessgħu t-tagħrif tagħhom dwar l-Olokawst u avvenimenti storiċi oħra.\u003c\/p\u003e","brand":"Anne Frank","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735445344630,"sku":"144","price":18.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__anne_frank.jpg?v=1790583301","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/anne-frank-id-djarju-ta-tfajla","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}