{"product_id":"gamewwiet-mill-imghoddi","title":"Logħob mill-Imgħoddi","description":"\u003cp\u003eSkont Erin Serracino Inglott 'gamewwa' hija 'ħaġra prezzjuża minquxa jew imqabbża bi xbieha fiha, bi lwien mill-ħaġra nfisha, li n-nisa jxiddu bħala labar biex jiżżejnu, u l-irġiel ġieli għamlu minn wieħed żgħir il-fossa għal xi ċurkett.' (Erin Serracino-Inglott, \u003cem\u003eIl-Miklem Malti, It-Tielet Volum\u003c\/em\u003e, Klabb Kotba Maltin, 1976, p. 76: GAMEW).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin ta’ Mary Rose Mifsud hija ġabra ta’ ħames rakkonti qosra li minnhom infushom huma prezzjużi proprju għax twieldu mill-imgħoddi. Fihom hemm tant imħabba, u minnhom jixref tagħrif dwar żmien li bil-mod il-mod qed jintesa li kieku ma kienx għal tant kittieba, fosthom Mifsud stess, li b’dedikazzjoni sabu l-ħin jiktbu u jwasslu dan il-wirt tant sabiħ u li qiegħed jgħib.\u003c\/p\u003e","brand":"Mary Rose Mifsud","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735516352886,"sku":"193","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__07_Faraxa_Gamewwiet_Print-Final_F.jpg?v=1790583507","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/gamewwiet-mill-imghoddi","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}