{"product_id":"il-ggant-id-dhuli","title":"Il-Ġgant it-Tajjeb","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Ġgant id-Dħuli\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Friendly Giant\u003c\/em\u003e ta' Gladys Masters, miġjuba għall-Malti minn Toni Aquilina, hija mmirata għat-tfal bejn is-seba' u l-ħdax-il sena. Din il-ħrafa fiha glossarju li jgħin lit-tfal kif ukoll lill-barranin li qed jitgħallmu l-Malti waqt li jaqraw din l-istorja.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eReviżjonijiet\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Tiġġudikax il-ktieb mill-qoxra tiegħu! Le! Mhux fis-sens litterali. Il-qoxra ta' dan il-ktieb hija tassew fantastika, kif inhi wkoll l-istorja li hemm ġo fih. Dan il-ġgant dħuli jagħmel dak kollu possibbli biex jiġi aċċettat min-nies tar-raħal, u ammirajt il-perseveranza tiegħu biex iwettaq din ix-xewqa li kważi saret missjoni. Dan il-ġgant għaqli jieħu lill-qarrej fi sensiela ta' avventuri fejn joħroġ minn żontu u jirriskja dak il-ftit żejjed barra mill-kumdità tiegħu. U iva, jista' jkun kbir u setgħan, imma kollox ma' kollox, ma stajtx ma nħobbx lil dan il-karattru. Apprezzajt il-glossarju fl-aħħar tal-ktieb għaliex xi wħud mill-kliem użat normalment ikun diffiċli għat-tfal biex jifhmuh, iżda l-glossarju huwa definittivament mod tajjeb ħafna biex iżżommhom interessati mingħajr ma jkollhom għalfejn jirrikorru għal kotba oħra. It-traduzzjoni hija leali ħafna għall-istorja oriġinali.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAnnabel Desira\u003c\/p\u003e","brand":"Gladys Masters","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735571272054,"sku":"69","price":8.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__ggant_dhuli.png?v=1790583680","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/il-ggant-id-dhuli","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}