{"product_id":"il-gruffle-the-gruffalo","title":"Il-Gruffalo","description":"\u003cp\u003eMar jimxi f’nofs bosk\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003emudlam il-ġurdien.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eXħin lemħu volpi\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003edeherlu wisq bnin kien.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKomplu mexjin ġol-bosk mudlam,\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eu skopru x’jiġri xħin il-ġurdien\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003emakakk jiġi wiċċ imb wiċċ ma’\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003ekokka, serp u grufflè mġewwaħ …\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKompli aħdem it-triq tiegħek ġol-bosk mudlam u skopri x’jiġri meta l-ġurdien makakk jiġi wiċċ imb wiċċ ma’ kokka, serp u grufflè mġewwaħ …\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDwar l-Awtriċi\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eJulia Donaldson hija l-awtriċi ta’ bosta kotba ta’ suċċess għat-tfal, fosthom il-klassiku \u003cem\u003eThe Gruffalo\u003c\/em\u003e li rebaħ il-Premju Smarties u l-Premju Blue Peter għall-aħjar ktieb biex jinqara b’leħen għoli. Julia kitbet ukoll ħafna drammi u kanzunetti għat-tfal, u tmexxi workshops regolari ta’ rakkontar ta’ stejjer u drama.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eReviżjonijiet\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‘Ma naħsibx li x-xogħol ta’ Julia Donaldson għandu bżonn xi introduzzjoni, u jekk qatt ma smajtu bil-Gruffalo, tabilħaqq għandkom takkwistaw dan il-ktieb fil-lingwa tagħna. Uħud mill-kliem forsi mhumiex komuni u\/jew użati ta’ spiss, iżda l-Gruffalo ma jistħoqqlu xejn inqas minn traduzzjoni leali tad-deskrizzjoni tiegħu. Hija sempliċiment storja minsuġa b’sengħa fejn id-daqs ma jgħoddx jekk ikollok moħħ jilħaq. Dan il-ktieb huwa vjaġġ ta’ kurżità minn paġna għall-oħra u nħeġġeġ lill-ġenituri jaqrawh mat-tfal tagħhom, għalkemm forsi mhux bħala storja qabel l-irqad. Tistgħu tifhmu għaliex waħidkom.’\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAnnabel Desira\u003c\/p\u003e","brand":"Julia Donaldson","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735548268918,"sku":"39","price":7.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__9789995782832-il-Gruffle-scaled.jpg?v=1790583591","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/il-gruffle-the-gruffalo","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}