{"product_id":"il-hagra-kollha-lwien","title":"Il-Ħaġra Kollha Lwien","description":"\u003cp\u003eNoah u Katrina kienu qed jiġru wara xulxin fl-għalqa tan-nannu u jilagħbu b'kull ma jiġi għal idejhom meta qalb iz-zkuk u l-ġebel sabu ħaġra bil-kuluri tal-qawsalla.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin mill-ewwel ġibdet l-attenzjoni tagħhom u ġiethom il-kurżità jekk kellhiex xi poteri maġiċi. Hekk kif għollewha fl-ajru f'ħakka t'għajn ħakmithom tromba riħ li ħadithom f'postijiet imbiegħda... it-tfal kellhom ħafna avventuri u vvjaġġaw lura fiż-żmien eluf ta' snin. Iltaqgħu ma' kreaturi estinti u nies minn epoki differenti. Lesti intom tagħmlu dan il-vjaġġ ma' Noah u Katrina?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e \u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin il-ħaġra għandha l-maġija.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTmur fejn trid bi ftit fantasija.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e \u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\"Nibżgħu għaliha,\" qalu lil xulxin\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003elesti għal avventuri oħra bħal din.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e \u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-ħaġra kollha lwien\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003etista' tiħdok kullimkien.\u003c\/p\u003e","brand":"Sherika Micallef Seychell","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":59314960236918,"sku":null,"price":6.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/Il-HagraKollhaLwien.png?v=1794386404","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/il-hagra-kollha-lwien","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}