{"product_id":"il-hajja-u-l-avventuri-ta-santa-klaws-the-life-and-adventures-of-santa-claus","title":"Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Life and Adventures of Santa Claus\u003c\/em\u003e ta' Frank L. Baum u maqlub għall-Malti minn Matthew Scerri. L-ewwel edizzjoni ta' dan il-ktieb ħarġet għall-bejgħ fl-1902. Sal-lum il-ġurnata għadu wieħed mill-iktar kotba popolari ta' Baum, tant li fl-aħħar mija u għaxar snin kellna diversi edizzjonijiet tiegħu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIr-rakkont jibda mill-mument tal-addozzjoni tiegħu mill-Fatina Neċile fil-Foresta ta' Burzee u jkompli pass pass tul ħajtu kollha: il-wasla f'Wied il-Għors; il-ħdim tal-ġugarelli għat-tfal; il-ksib tal-immortalità u ħafna episodji oħrajn. L-istil hu wieħed mexxej u b'sempliċità Baum jispjega lill-qarrejja l-bidu tat-tradizzjonijiet kollha marbuta mal-Milied, bħal pereżempju s-siġra tal-Milied. Għalkemm Baum dejjem emmen li l-vjolenza m'għandhiex ikollha post fil-kotba tat-tfal, f'\u003cem\u003eIl-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws\u003c\/em\u003e hemm aspetti daqsxejn mudlama u vjolenti fil-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Kollox ma' kollox il-mertu kbir ta' Baum hu dak li ddeskriva lil Santa Klaws b'mod mill-aktar ħaj, iwassalna biex insiru nafuh aktar mill-qrib u fl-istess ħin jgħaddilna tagħlima morali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Hekk dan ir-raġel, bit-tjubija kbira tiegħu, rebaħ il-qalb ta' kulħadd; u mhix ħaġa tal-iskantament li kien dejjem kuntent u ferħan, għax ma kienx hemm dar fid-dinja kollha fejn ma kienx jiġi milqugħ aħjar mill-aqwa re.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws\u003c\/em\u003e (\u003cem\u003eThe Life and Adventures of Santa Claus\u003c\/em\u003e) ta' Frank L. Baum ġie maqlub għall-Malti minn Matthew Scerri, Ph.D. L-illustrazzjonijiet saru minn Mario Portelli. L-ewwel edizzjoni ta' \u003cem\u003eThe Life and Adventures of Santa Claus\u003c\/em\u003e ħarġet għall-bejgħ fl-1902. Sal-lum il-ġurnata, dan għadu wieħed mill-iktar kotba popolari li qatt kiteb Baum, tant li ġew ippubblikati diversi edizzjonijiet differenti ta' dan ix-xogħol. Ġew ippubblikati wkoll rumanz grafiku, żewġ cartoons animati u sensiela ta' animazzjonijiet ibbażati fuq dan il-ktieb.\u003c\/p\u003e","brand":"Frank L. Baum","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735575138678,"sku":"4","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__santaklaws.jpg?v=1790583694","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/il-hajja-u-l-avventuri-ta-santa-klaws-the-life-and-adventures-of-santa-claus","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}