{"product_id":"il-ktieb-tal-malti-fil-livell-avvanzat-u-intermedju-taghrif-u-tahrig-1","title":"Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1)","description":"\u003cp\u003eDan huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tieni karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima A: għażla ta’ 20 poeżija minn \u003cem\u003eMal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel\u003c\/em\u003e ta’ Oliver Friggieri;\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima B: għażla ta’ 20 poeżija minn \u003cem\u003eXi Drabi Mqar Persuna\u003c\/em\u003e ta’ Simone Galea;\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima Ċ: analiżi kritika ta’ poeżija jew silta narrattiva fittizzja.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIs-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Patrick J. Sammut u Tarċisju Zarb. Dan il-ktieb jipprovdi lill-qarrejja saġġi introduttivi, flimkien ma’ kumment individwali magħmul minn analiżi tematika u stilistika, u parafrażi għal kull waħda mill-erbgħin poeżija inkwistjoni; tabelli riassuntivi fejn il-poeżiji huma kklassifikati skont temi speċifiċi, ta’ natura tematika u stilistika għal kull poeżija magħżula. Hemm ukoll tagħrif ġenerali dwar it-twelid u l-iżvilupp tal-moviment femminista, dwar nisa li għamlu isem fil-qasam intellettwali u femminista, u anki lista parzjali ta’ poeti nisa Maltin. Jiġu inklużi wkoll mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti tal-Malti Avvanzat u Intermedju jirriflettu u jipproduċu l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20 u bidu tas-seklu 21.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFit-tielet u r-raba’ taqsima huma inklużi żewġ introduzzjonijiet dwar kif jinbnew il-komponimenti ta’ analiżi kritika tal-poeżija u tan-narrattiva, flimkien ma’ komponimenti mudell li juru fil-prattika kif għandhom isiru eżerċizzji ta’ analiżi kritika bħal dawn. L-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda l-poeżiji ta’ Simone Galea. Fl-aħħarnett, il-qarrejja jsibu wkoll bibliografija qasira ta’ testi li jkomplu jgħinuhom biex jifhmu aħjar it-testi inkwistjoni u jissaħħu iktar fl-għarfien tal-letteratura Maltija.\u003c\/p\u003e","brand":"Patrick J. Sammut u Tarċisju Zarb","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735551578486,"sku":"124","price":21.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__ktiebmalti1.png?v=1790583603","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/il-ktieb-tal-malti-fil-livell-avvanzat-u-intermedju-taghrif-u-tahrig-1","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}