{"product_id":"il-maqlub-u-s-sewwa-lenvers-et-lendroit","title":"Il-Maqlub u s-Sewwa","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Maqlub u s-Sewwa\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Envers et l'Endroit\u003c\/em\u003e tal-awtur famuż mad-dinja kollha u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus. Din it-traduzzjoni Maltija annotata hija xogħol il-Prof. Toni Aquilina, D. es L..\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-ktieb huwa l-ewwel pubblikazzjoni ta’ Camus (édition Charlot) meta kien għadu fil-bidu tal-għoxrinijiet tiegħu, u kien għadu jgħix l-Alġerija lura fl-1937. Skont l-istess ammissjoni tal-awtur, il-ħames testi ta’ \u003cem\u003eIl-Maqlub u s-Sewwa\u003c\/em\u003e huma l-aktar xogħlijiet awtobijografiċi tiegħu. Aktar tard, fl-1958, reġa’ ppubblikahom (édition Gallimard), fejn inkluda prefazju twil (tradott ukoll bil-Malti), maħsub biex jiġġustifika l-pubblikazzjoni mill-ġdid tagħhom minkejja li kien konxju ta’ dak li hu kien iqis bħala imperfezzjonijiet stilistiċi fil-kitba tiegħu minħabba l-“immaturità” tiegħu bħala awtur li kien għadu qed jibda. Iżda ma ċaħad ebda kelma mill-kontenut tagħhom. Saħansitra wasal biex jgħid li l-kapulavur tiegħu “sera la récriture de ce premier livre \/ se jkun il-kitba mill-ġdid ta’ dan l-ewwel ktieb”.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGħalhekk, il-qarrej attent mhux biss jara f’din il-ġabra ta’ testi xbieha ta’ Camus li jixtieq igawdi d-dinja li jikteb dwarha bil-kuntrasti u l-kontradizzjonijiet kollha tagħha, iżda wkoll iż-żerriegħa jew l-għeruq tal-aqwa xogħlijiet tiegħu aktar ’il quddiem f’ħajtu. L-essays f’din il-ġabra jesprimu mhux biss it-tensjoni kkawżata mill-imħabba naturali tiegħu għall-ħajja u l-kuxjenza tal-mewt fil-qrib, iżda jesponu wkoll ħafna mir-realtajiet morra li jiffurmaw is-sinsla tal-kapulavuri tiegħu li kienu għadhom iridu jiġu.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735556067702,"sku":"102","price":9.99,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__maqlub_sewwa.jpg?v=1790583620","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/il-maqlub-u-s-sewwa-lenvers-et-lendroit","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}