{"product_id":"is-sajf-lete","title":"Is-Sajf","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e, tal-awtur rinomat u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus, huwa ġabra ta’ saġġi liriċi b’laqtiet filosofiċi ppubblikata f’Jannar tal-1954 iżda miktuba bejn l-1939 u l-1953, perjodu ta’ żmien li fih l-Ewropa rat taqlib kbir u li jwaħħax. B’danakollu Albert Camus (1913-1960) jispira ruħu minn temi li huwa nnifsu jsejħilhom 'solari'. Huma fuq kollox testi Mediterranji bħal dawk li nsibu f’\u003cem\u003eTieġ\u003c\/em\u003e, ġabra oħra ta’ saġġi ppubblikata qabel it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1938, iżda mingħajr l-ispirtu libertin li fihom dawn tal-aħħar. L-awtur naturalment twaqqaf għax laħaq daq is-semm li taf tagħti l-ħajja u li minħabba fih ma setax iwettaq l-għanijiet avventurużi tiegħu: 'Is-sena li fiha faqqgħet il-gwerra suppost li kelli nsalpa biex jien ukoll ngħaddi mill-perikli tal-vjaġġ twil li għamel Ulisse … Biss dakinhar jien għamilt bħal kulħadd. Ma salpajtx.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Prometju fl-Abbissi)\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eU hekk timposta ruħha t-tema tal-vjaġġ fuq livelli differenti sakemm fl-aħħar saġġ l-awtur jgħidilna li lest 'isalpa' x’ħin irid hu. Għad li ma jafx x’hemm jistennieh barra l-port, hu qiegħed fuq ix-xwiek biex jerġa’ joħroġ avolja għadu kemm temm vjaġġ ieħor mhux nieqes mill-ansjetà li tbaqbqu. Iżda għall-kuntrarju ta’ dak li nsibu fl-ewwel saġġ, fejn Camus ma jeskludix il-possibbiltà li jsalpa ma’ oħrajn – 'Għada forsi nsalpaw flimkien.' (Il-Minotawru) – issa jingħalaq fih innifsu u l-vjaġġ lest jaffrontah waħdu\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Il-Baħar fil-Qrib).\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e‍\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e huwa s-sitt ktieb mis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e tal-awtur famuż mad-dinja kollha u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus, huwa ġabra ta’ tmien saġġi liriċi b’timbru filosofiku, maqluba għall-ilsien Malti mill-Prof. Toni Aquilina, D. es L. Miktuba bejn l-1939 u l-1953, Camus jesplora l-Mediterran minn art twelidu l-Alġerija, sal-Greċja u l-Atlantiku, waqt li jindirizza l-kontroversja u l-vjolenza tad-dinja moderna b’ironija kbira. \u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e ġie ppubblikat minn FARAXA biex jiċċelebra l-mitt sena mit-twelid ta’ Camus. \u003cem\u003eIs-Sajf\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL'Eté\u003c\/em\u003e huwa s-sitt ktieb fis-sensiela tat-Traduzzjonijiet FARAXA.\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735591358838,"sku":"12","price":8.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__sajf.png?v=1790583735","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/is-sajf-lete","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}