{"product_id":"l-elf-mistoqsija-ta-dino-ricciolino-dwar-il-virus-corona-the-thousand-questions-of-dino-ricciolino-about-the-coronavirus","title":"L-Elf Mistoqsija ta' Dino Ricciolino Dwar il-Virus Corona","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eThe Thousand Questions Of Dino Ricciolino About The Coronavirus\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL-Elf Mistoqsija ta' Dino Ricciolino Dwar il-Virus Corona\u003c\/em\u003e ta' Chiara Battistelli u illustrazzjonijiet ta' Onda S. Ġie maqlub għall-Malti minn Joanne Micallef. Dan huwa ktieb bilingwi bil-Malti u bl-Ingliż u hu mmirat għat-tfal bejn it-tliet u l-għaxar snin. Din il-pubblikazzjoni saret bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinħabba l-pandemija kawża tal-virus Corona (Covid-19), ħafna familji madwar id-dinja, speċjalment it-tfal, raw id-dinja tagħhom tinbidel mil-lejl għan-nhar.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eL-inċertezzi jġibu l-istress fuq kulħadd, l-aktar fuq it-tfal li għandhom bżonn iħossuhom siguri. L-għan ta’ dan il-ktieb ċkejken hu li jispjega b'mod ċar u ħafif, imma xjentifikament korrett, il-ħafna mistoqsijiet li jkollhom it-tfal.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eThe Thousand Questions Of Dino Ricciolino About The Coronavirus\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eL-Elf Mistoqsija ta' Dino Ricciolino Dwar il-Virus Corona\u003c\/em\u003e ta' Chiara Battistelli b'illustrazzjonijiet ta' Onda S. Ġie maqlub għall-Malti minn Joanne Micallef.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan huwa ktieb bilingwi bil-Malti u bl-Ingliż immirat għat-tfal bejn it-tliet snin u l-għaxar snin. Din il-pubblikazzjoni saret possibbli bis-saħħa tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinħabba l-pandemija tal-COVID-19, ħafna familji madwar id-dinja raw id-drawwiet tagħhom ta' kuljum jinbidlu b'mod drastiku mil-lejl għan-nhar.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-ħajja ta' kulħadd ġiet affettwata. It-tfal kellhom jiffaċċjaw l-għeluq f'daqqa tal-iskejjel u l-possibbiltà mnaqqsa li jiċċaqalqu liberament, jilagħbu barra, u jiltaqgħu mal-ħbieb u l-qraba. It-tfal isibuha diffiċli biex jinterpretaw dak li qed jiġri madwarhom u l-bidla f'daqqa fid-drawwiet tagħhom.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eL-inċertezza tikkawża stress, speċjalment fil-każ tat-tfal jekk jibdew jipperċepixxu li mhumiex siguri. L-għan ta’ dan il-ktieb hu li jwieġeb b'ċarezza u sempliċità, iżda fl-istess ħin b'eżattezza xjentifika, l-elf mistoqsija li jifgaw l-imħuħ taċ-ċkejknin.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eReviżjonijiet\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Nirrakkomanda dan il-ktieb għall-familji kollha bit-tfal żgħar madwar id-dinja li qed jesperjenzaw l-epidemija u l-miżuri ta' distanzi soċjali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-ktieb ta' \"gwida\", b'illustrazzjonijiet u kuluri ferrieħa iżda b'ċarezza \"xjentifika\", jagħti tweġibiet ċari adattati għat-tfal biex jifhmu r-realtà momentarja li qed jesperjenzaw, mingħajr stress jew biżgħat esaġerati. Hija qari pjaċevoli ħafna u utli għall-familji u t-tfal dwar is-suġġett mediku tal-mument.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eBenedetta Canovari, Mard Infezzjuż, l-Italja, Ospedali Riuniti Marche Nord.\u003c\/p\u003e","brand":"Chiara Battistelli","offers":[{"title":"Maltese \/ English","offer_id":58735647916406,"sku":"111","price":8.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true},{"title":"Italian","offer_id":59008545587574,"sku":"112","price":6.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__covid_it_423cba7d-d90e-43b3-b293-6235d86b81e6.jpg?v=1792102982","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/l-elf-mistoqsija-ta-dino-ricciolino-dwar-il-virus-corona-the-thousand-questions-of-dino-ricciolino-about-the-coronavirus","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}