{"product_id":"lejl-in-nar","title":"Lejl in-Nar","description":"\u003cp\u003eFl-età ta’ tmienja u għoxrin sena, waqt żjara ma’ direttur tal-films fin-Nofsinhar tal-Alġerija, Éric-Emmanuel Schmitt jingħaqad ma’ grupp ta’ Franċiżi bħalu biex fil-kumpanija ta’ Tuareg u gwida Amerikan jagħmlu spedizzjoni ġod-deżert. Matulha, huwa jintilef fl-immensità tal-Ħoggar. Mingħajr ilma, ikel u għata tul lejl sħiħ f’kesħa glaċjali, mhux biss ma jiġrilu xejn u ma jibżax, talli jħossu qiegħed jintrefa’ minn forza tikwi li timlieh bis-sliem, bil-hena u b’sens ta’ eternità. Iċ-ċertezzi kollha tal-filosfu razzjonalist jitheżżu minn għeruqhom. Il-għala dan in-nar ma jsejjaħlux Alla?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eÉric-Emmanuel Schmitt jirrakkonta lejl in-nar tiegħu għall-ewwel darba u jikxef, matul għaxqa ta’ vjaġġ interjuri, l-intimità spiritwali tiegħu u l-esperjenza li bidlitlu ħajtu sew bħala bniedem kif ukoll bħala kittieb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin hi l-wieħed u tletin traduzzjoni mis-serje Pubblikazzjoni Faraxa.\u003c\/p\u003e","brand":"Éric-Emmanuel Schmitt","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735655649654,"sku":"190","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__lejl_nar.jpg?v=1790583882","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/lejl-in-nar","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}