{"product_id":"malta-hanina","title":"Malta Ħanina","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eMalta Ħanina\u003c\/em\u003e ta' Daniel Rondeau u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, hu t-tlettax-il-ktieb mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDaniel Rondeau, l-ambaxxatur Franċiż f'Malta bejn l-2008 u l-2011, immortaliżża l-esperjenza mżewqa tiegħu fil-gżejjer Maltin fil-ktieb \u003cem\u003eMalta Ħanina\u003c\/em\u003e.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Malta ħadmet ir-rwoli kollha fuq il-palk Mediterranju. Taħt il-maskra tal-ġebel, liebsa lbies ta' xemx u ta' baħar, hi kienet il-maħruma, il-minsija, il-missielta, il-kiefra, il-ħerqana, iż-żienja, il-gżira kennija, il-gżira fortizza, il-ħabs, bażi navali minn żmien il-Feniċi, furmarija kbira fl-Ewwel Gwerra Dinjija, bunker ewlieni tal-Allejati fit-Tieni, matmura l-ħin kollu ta' ħolm varjat u kontradittorju. Il-passat għadu b'danakollu ħaj fit-toroq dojoq tal-Belt Valletta, San Francisco fiċ-ċokon, mimlija tlugħ u nżul, l-ewwel belt Ewropea mibnija fuq pjanta, b'veduti kull mument fuq il-ġelu ikħal tal-baħar.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-traduzzjoni għall-Malti tal-Professur Toni Aquilina tal-ktieb \u003cem\u003eMalta Ħanina\u003c\/em\u003e ta' Daniel Rondeau ġiet ippubblikata bl-appoġġ finanzjarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ktieb, li oriġinarjament inkitab bil-Franċiż, ġie ppubblikat għall-ewwel darba minn Éditions Grasset f'Jannar tal-2012.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eAwtur, ġurnalist, editur u diplomatiku, Daniel Rondeau kien l-Ambaxxatur Franċiż f'Malta bejn l-2008 u l-2011. Hu ħalla marka li ma titħassarx fuq il-gżira tagħna, fejn fittex kull opportunità biex jippromwovi lil Malta fil-mezzi tax-xandir Franċiżi u biex ikompli jsaħħaħ ir-rabtiet storiċi u kulturali li ilhom jeżistu bejna u bejn Franza. Wara dan inħatar Ambaxxatur Franċiż għall-Unesco f'Pariġi, fejn bħalissa qed jirrappreżenta t-think-tank tal-Università tan-Nazzjonijiet Uniti. Hu figura magħrufa fiċ-ċrieki letterarji Franċiżi, fejn rebaħ diversi premjijiet prestiġjużi, fosthom il-Prix Populiste (1988), il-Prix Liberté Littéraire (1994), il-Prix des Deux Magots (1997), il-Prix Saint Simon (2014) u l-Prix Paul Morand tal-Akkademja Franċiża għall-ħidma kollha tiegħu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eArtiklu fuq Malta Independent, 18 ta' Lulju 2016:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003ehttps:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2016-07-18\/newspaper-lifestyleculture\/Daniel-Rondeau-s-Malta-Hanina-translated-into-Maltese-6736161149\u003c\/p\u003e","brand":"Daniel Rondeau","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735661449590,"sku":"55","price":15.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__malta_hanina.jpg?v=1790583892","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/malta-hanina","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}