{"product_id":"milarepa","title":"Milarepa","description":"\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eL-ewwel volum fiċ-Ċiklu tal-Inviżibbli ta' Éric-Emmanuel Schmitt.\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMil-lat ta' kontenut dal-ktieb jittratta r-reliġjon Buddista.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFuq il-livell tal-aspett temporali, fih taħlita ta' żewġ realtajiet:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIn-narratur tal-istorja kollha kemm hi, Simon, jgħix f'Pariġi tal-lum filwaqt li f'ħajja preċedenti fil-passat imbiegħed kien jgħix it-Tibet ġewwa l-Asja bħala Svastika.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan Svastika kien jiġi z-ziju ta' Milarepa, il-personaġġ prinċipali u eponimu tal-ktieb. Huwa permezz ta' ħolma rikorrenti li Simon isir jaf l-istorja ta' Milarepa u Svastika; jara l-pajsaġġ għarib, misterjuż, mhux magħruf, imma għadu mhux jifhem kollox. Il-ħolma titfaċċa kull lejl u tħalli fuq Simon impressjonijiet dejjem aktar b'saħħithom li jinfluwenzaw imġibtu. Darba jmur f'bar u jsir midħla ta' waħda mara \"kewtiela\" li tfiehmu kollox hi...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Minn studju qasir tat-traduttur fl-aħħar tal-istorja.)\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eL-ewwel volum fiċ-Ċiklu tal-Inviżibbli (Cycle de l’invisible) ta' Éric-Emmanuel Schmitt. \u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMil-lat ta' kontenut, dan il-ktieb jirrifletti fuq il-Buddiżmu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinn aspett temporali, dan il-ktieb jinkludi żewġ realtajiet:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIn-narratur matul l-istorja kollha huwa Simon, li jgħix f'Pariġi ta' żmienna, iżda li kien jgħix it-Tibet bħala Svastika fil-ħajja preċedenti tiegħu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eSvastika kien iz-ziju ta' Milarepa, il-protagonist eponimu tal-istorja. Huwa permezz ta' ħolma rikorrenti li Simon isir jaf bl-istorja ta' Milarepa u Svastika; jara pajsaġġ stramb, misterjuż u mhux magħruf, imma għadu konfuż. Ikollu din il-ħolma kull lejl u tħalli fuq Simon impressjonijiet dejjem aktar qawwija li jibdew jinfluwenzaw l-imġiba tiegħu. Darba waħda, ikun f'bar u jibda jkellem mara intelliġenti li tispjegalu kollox...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Minn studju analitiku qasir tat-traduttur fl-aħħar tal-istorja.)\u003c\/p\u003e","brand":"Éric-Emmanuel Schmitt","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735683862902,"sku":"224","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2025__11__Milarepa-cover.png?v=1790583924","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/milarepa","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}