{"product_id":"nimirhu-maz-zmien","title":"Nimxu maż-Żmien","description":"\u003cp\u003eF'\u003cem\u003eNimirħu maż-Żmien\u003c\/em\u003e, Marlene Saliba tivvjaġġa poetikament lejn il-kożmos għax tħossha parti minnu. Il-perfezzjoni li ssib fil-kożmos hija riflessa fil-vokabularju użat bl-aktar mod metikoluż. Barra l-ħsieb mirqum u l-għażla wiesgħa ta' forom metriċi, it-terminoloġija rikka toħloq versi mużikali xi waqtiet imsaħħrin bir-rima flimkien ma' għadd kbir ta' xbihat meħudin l-aktar min-natura u mill-univers bħall-kwiekeb, is-siġar, ix-xmajjar, il-baħar, is-sema u l-irjieħ. Dawn ix-xbihat huma xhieda tat-tiftixa kontinwa għall-qofol tal-eżistenza, 'il hinn minn kulma hu tranżitorju u għalhekk mhux essenzjali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Meta Saliba tikkomunika b'dan il-mod, toħloq dinja mistika u sagra. Madakollu din id-dinja jgħix fiha kull bniedem komuni u jġarrabha. Iżda hija dinja eterna u infinita fl-istess ħin. Marlene Saliba hija istintiva fl-espressjoni poetika u t-toroq li sserrep fihom ilaqqgħuha xi drabi ma' nies komuni bħal Kiela, il-bejjiegħa tal-ħaxix, jew xi membru tal-familja, u drabi oħra ma' ħlejjaq li nafuhom biss mil-leġġendi preistoriċi. Il-qarrej jgħaddi minn taħlita ta' esperjenzi psikoloġiċi, reliġjużi, storiċi u l-bqija - esperjenzi li ġġarrabhom kemm iġġarrabhom, donnok dejjem qed iġġarrabhom għall-ewwel darba.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e- Dr Josette Attard\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Il-memorja kollettiva, il-wirt ta' tifkira mitwielda, is-sejba tal-motivi arketipiċi mitwielda f'kulħadd: fl-għarfien ta' dan kollu Marlene Saliba tagħraf lilha nnifisha bħala abitanta moderna daqskemm bikrija, wild art twelidha daqskemm wild l-univers.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e- Prof. Oliver Friggieri\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFi \u003cem\u003eNimirħu maż-Żmien \/ Time-Faring\u003c\/em\u003e, Saliba tivvjaġġa poetikament fil-kożmos u l-perfezzjoni misjuba fih hija riflessa tajjeb fil-mod metikoluż li bih użat il-vokabularju tagħha. Minbarra ħsibijiet mirquma ħafna u varjetà wiesgħa ta' forom metriċi, Saliba tippreżenta terminoloġija rikka f'dawn il-poeżiji li tirriżulta f'versi mużikali li jħallu lill-qarrej mistagħġeb bir-rimi u x-xbihat simboliċi użati, li l-biċċa l-kbira tagħhom jirrelataw man-natura u l-univers bħal kwiekeb, siġar, xmajjar, ibħra, sema u rjieħ. Dan it-tip ta' xbihat jirrifletti t-tfittxija tal-umanità għall-essenza tal-eżistenza tagħha lil hinn minn dak li hu tranżitorju u mhux essenzjali.\u003c\/p\u003e","brand":"Marlene Saliba","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735701852534,"sku":"202","price":9.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Nimirhu-maz-Zmien-Cover-front.jpg?v=1790583942","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/nimirhu-maz-zmien","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}