{"product_id":"novelli-short-stories","title":"Novelli \/ Stejjer Qosra","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eNOVELLI\u003c\/em\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eBiċċa minn hawn, u biċċa minn hemm, tilqit minn memorji tat-tfulija, minn esperjenzi personali jew minn dak li smajt, ġbart u ssellift minn fomm ħaddieħor, stejjer imżewqa b’realtajiet storiċi riċerkati u fatti oħra veri, bnew din il-ġabra ta’ stejjer qosra. Uħud huma minsuġa minn sempliċi fantasija ħielsa minn kull lġiem, li timraħ fid-dinja tal-ħolm u toħloq dak li l-immaġinazzjoni tiddetta.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eUħud jinkludu karattri ta’ diversi persuni li stajt nosserva jew niltaqa’ magħhom tul il-mixja tas-snin. B’kuntrast ma’ l-istejjer mibnija fuq tema leġġera, oħrajn jinkludu ġrajjiet ta’ realtajiet ta’ swied il-qalb, ħarxa u xi drabi krudili.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eU jgħaqqad dawn il-biċċiet ta’ mużajk imżewwaq li bħal kalamiti nġibdu lejn xulxin biex twieldu dawn il-ħdax-il novella, is-siment iġġenerat mill-immaġinazzjoni.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eSTEJJER QOSRA\u003c\/em\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDettalji żgħar imfittxija fost it-tifkiriet tat-tfulija, esperjenzi personali, stejjer miġbura minn sorsi varji u laqgħat personali ma’ diversi persuni tawni l-materjal biex insiġ din il-ġabra ta’ stejjer.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eUħud minn dawn huma frott ta’ fantasija safja u kkulurita, filwaqt li oħrajn huma mibnija fuq ġrajjiet ta’ realtà ħarxa. Dawn saħħaħthom b’riċerka storika, osservazzjoni u esperjenza personali, u rakkonti diretti ta’ ġrajjiet veri.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eBiċċiet ta’ mużajk manjetiku li nġibdu lejn xulxin taw il-ħajja lil din il-ġabra ta’ 11-il storja qasira, magħqudin flimkien bl-ingredjent li jgħaqqad: l-immaġinazzjoni kreattiva.\u003c\/p\u003e","brand":"Jane Micallef","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735714533750,"sku":"135","price":18.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__novelli.jpg?v=1790583967","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/novelli-short-stories","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}