{"product_id":"oscar-u-s-sinjura-r-roza-oscar-et-la-dame-rose","title":"Oscar u s-Sinjura Roża","description":"\u003cp\u003eOscar u s-Sinjura r-Roża \/ Oscar et la dame rose ta' Eric-Emmanuel Schmitt u maqlub għall-Malti minn Claudine Borg hu l-għaxar ktieb fis-Sensiela Traduzzjoni Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDin l-istorja tirrakkonta l-mewt ta' tifel ta' għaxar snin marid b'marda terminali. Storja ta' qsim il-qalb u tama fl-istess ħin għax għalkemm tittratta telfa tagħti wkoll lok għal tbissim, umoriżmu u apprezzament għal-ħajja.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFiha nsibu tlettax-il ittra miktubin miċ-ċkejken Oscar u indirizzati lil Alla, misjubin wara mewtu mis-sinjura r-roża, figura enigmatika u kruċjali fil-ħajja tat-tifel.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Allura, Oscar, ma' Peggy, serja l-affari?'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'U kif serja, Nanna-Roża. Jiena kuntent immens. Iżżewwiġna dal-lejl.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Iżżewwiġtu?'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eOscar u s-Sinjura r-Roża \/ Oscar et la dame rose ta' Eric-Emmanuel Schmitt, maqlub għall-Malti minn Claudine Borg, huwa parti mis-Sensiela Traduzzjoni FARAXA.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-ktieb huwa rakkont li jgħolli l-ispirtu dwar tifel li jrid jasal għal ftehim mal-mewt. 'Jisimni Oscar u għandi għaxar snin... Jgħajtu lili 'Egghead' u qisni għandi sebgħa. Ngħix l-isptar minħabba l-kanċer u qatt ma ktibtlek għax lanqas naf jekk teżistix,' jikteb Oscar f'ittra lil Alla. Oscar huwa marid u ħadd, speċjalment il-ġenituri tiegħu, ma jrid jgħidlu dak li hu diġà jaf: li qed imut. Nanna-Roża, l-iktar waħda xjuħija mis-'sinjuri fir-roża' li jżuru lil Oscar u lill-pazjenti l-oħra, issir ħabiba tiegħu. Hija tissuġġerixxi li jilagħbu logħba: li jagħmlu ta' birruħhom li kull wieħed mit-tnax-il jum li ġejjin huwa għaxar snin mill-futur immaġinat tiegħu. Ġurnata waħda tkun daqs għaxar snin, u kull lejl Oscar jikteb ittra lil Alla u jirrakkuntalu dwar ħajtu. L-għaxar ittri li jsegwu huma sensittivi, umoristiċi, ta' qsim il-qalb u, fl-aħħar mill-aħħar, ta' ispirazzjoni. Oscar u s-Sinjura r-Roża hija ħrafa żgħira b'qalb kbira; se tbiddel il-mod kif tħossok dwar il-mewt u l-ħajja.\u003c\/p\u003e","brand":"Éric-Emmanuel Schmitt","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735725445494,"sku":"37","price":7.5,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__oscar.jpg?v=1790583990","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/oscar-u-s-sinjura-r-roza-oscar-et-la-dame-rose","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}