{"product_id":"over-coming-disorder","title":"Negħlbu d-Diżordni","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eOver Coming Disorder\u003c\/em\u003e hija ġabra ta’ poeżija li ddur mal-ġlieda ta’ kuljum tal-poeta, Dion P.P. Pizzuto, mal-OCD, u titfa’ dawl qawwi fuq is-saħħa mentali. Il-ġabra tmiss ukoll temi ta’ kreattività u ħbiberija, fost oħrajn.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Ilni nbati mill-OCD (Disturb Ossessiv-Kompulsiv) minn mindu niftakar u l-kitba ta’ dan il-ktieb għenitni nlaħħaq miegħu. Sibtha terapewtika ħafna li nikteb dak kollu ta’ wġigħ li kien qed jiġrili, sabiex nissepara lili nnifsi minnu u nipprova nara l-affarijiet minn perspettiva ġdida. Nittama li dan il-ktieb jgħin lill-qarrejja tiegħi bl-istess mod, u jkun terapewtiku għal dawk li jaqrawh.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Għal ħafna snin id-disturb tiegħi ma kellux isem, iżda l-OCD xorta affettwa miljuni ta’ nies bħali madwar id-dinja. Illum il-ġurnata, in-numru ta’ persuni li jbatu mill-OCD għadu qed jiżdied. Aktar ma wieħed isir jaf dwar id-disturb, aktar ikollu munizzjon biex jiġġieled kontrih, jew jitgħallem jgħix miegħu. L-OCD jista’ jkun li għadu ma qatilnix, imma żgur li tturmenta ħajti u għamel l-eżistenza tiegħi battalja kostanti. Nagħti kollox biex neħles minnu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Kemm jekk tbati minn tendenzi ħfief ta’ OCD, jew tiġġieled każ sever ta’ OCD, dan il-ktieb jista’ jkun ta’ għajnuna għalik u għal oħrajn biex tidentifikaw il-fatt u tirrealizzaw li m’intix waħdek fit-tbatija tiegħek u tħeġġiġkom biex tfittxu l-għajnuna. Meta t-tiftix tagħna għall-perfezzjoni jikkompeti mal-ferħ li ngħixu fil-preżent u fil-lum, il-ferħ jintefa. Is-sejba tal-bilanċ it-tajjeb hija dejjem l-isfida.'\u003c\/p\u003e","brand":"Dion P. P. Pizzuto","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735727051126,"sku":"187","price":9.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__OCD_cover_3mm_spine_F.jpg?v=1790583993","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/over-coming-disorder","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}