{"product_id":"passjoni-semplici-passion-simple","title":"Passjoni Sempliċi","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e ta' Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-Letteratura 2022, u maqlub għall-Malti b'annotazzjonijiet minn Toni Aquilina.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eHawnhekk l-awtriċi taqsam magħna dak li għaddiet minnu waqt ir-relazzjoni li kellha ma' raġel miżżewweġ.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'Il-fatt li A. kien barrani kien jagħmel ferm aktar improbabbli kwalunkwe interpretazzjoni ta' mġibtu, imsejsa kif kienet fuq kultura li tagħha kont naf biss l-aspett turistiku, il-klixejiet. Għall-ewwel ħsibt naqta' qalbi minħabba l-limiti evidenti biex inkunu nistgħu niftiehmu bejnietna, imsaħħin mill-fatt li, jekk hu kien jesprimi ruħu bil-Franċiż mhux ħażin, jien ma kontx naf nitkellem b'ilsienu. Imbagħad dis-sitwazzjoni kienet teħlisni mill-illużjoni li nemmen f'xi tip ta' komunikazzjoni perfetta bejnietna, biex ma ngħidx li nsiru ħaġa waħda. Billi kien hemm naqra ta' qabża bejn il-Franċiż tiegħu u l-użu kurrenti tal-lingwa, billi xi minn daqqiet kont niġi bejn ħaltejn dwar it-tifsira li kien jagħti lil xi kelma jew oħra, jiena kont kull ħin u kull mument inqejjes biex nara xi jkun irid jgħid bejn wieħed u ieħor. Kelli l-privileġġ ngħix sa mill-bidu nett, kontinwament, b'għajnejja miftuħin beraħ, dak li dejjem tispiċċa biex tiskopri b'għaġeb kbir għalik u b'fixla kbira fuqek - ir-raġel li tħobb int hu għarib.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e huwa l-ħmistax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e ta' Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-Letteratura 2022, ktieb imfaħħar min-New York Times u l-aktar ktieb li nbiegħ fi Franza għal tmien xhur sħaħ. Kien finalista fil-Kategorija tat-Traduzzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMaqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, \u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e jiddokumenta x-xewqat u l-umiljazzjonijiet ta' qalb umana maqbuda f'passjoni li tikkonsma kollox. Hekk kif in-narratriċi tipprova tfassal il-kors emozzjonali u fiżiku tar-relazzjoni ta' sentejn li kellha ma' barrani miżżewweġ, fejn kull kelma, avveniment u persuna jew jipprovdu konnessjoni mal-maħbub tagħha jew huma soġġetti għal indifferenza kiesħa, hija tfittex il-verità wara eżistenza li tgħixha għal xi ħadd ieħor, u wara li jgħaddi kollox, jirnexxilha ssibha.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePassjoni Sempliċi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePassion Simple\u003c\/em\u003e huwa l-ħmistax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e","brand":"Annie Ernaux","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735729246582,"sku":"83","price":8.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__passjoni_semplici.png?v=1790583998","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/passjoni-semplici-passion-simple","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}