{"product_id":"pierre-u-jean","title":"Pierre u Jean","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePierre et Jean\u003c\/em\u003e ta' Guy de Maupassant u maqlub għall-Malti minn Joe Pulè hu l-ħamsa u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e hu rumanz naturalist u psikoloġiku dwar ċirku intimu ta’ familja ta’ erbgħa min‑nies u żewġt iħbieb ewlenin. Hu studju dwar l‑għira, is‑suspetti u l‑imħabba f’dil‑familja, u Maupassant ipinġi l‑passjonijiet qawwija li jiżbroffaw fiha bl‑akbar delikatezza u bl‑ogħla sengħa narrattiva. Ir‑rumanz hu eżempju brillanti tal‑arti tiegħu bħala rakkontatur, bi stil pittoresk u vigoruż, fl‑istess ħin meqjus u sfumat, li jagħmluh wieħed mill‑akbar rumanzieri tal‑letteratura Franċiża tas‑seklu dsatax. Dan hu rumanz li jista’ u għandu jinqara diversi drabi biex jiġu apprezzati l‑implikazzjonijiet u l‑isfumaturi kollha tiegħu fil‑kuntest tal‑epoka li fiha nkiteb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGuy de Maupassant (1850‑1893) twieled qrib Dieppe fin‑Normandija u matul ħajtu kollha kellu rabta profonda mal‑provinċja fejn twieled. \u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e (1888), li hu ġeneralment meqjus bħala l‑akbar rumanz tiegħu, hu ambjentat f’Le Havre, u waqt li jaqrah, wieħed iħossu l‑ħin kollu mdawwar bil‑ħsejjes, bix‑xeni u bl‑irwejjaħ ta’ port mimli attività.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e___\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003ePierre et Jean\u003c\/em\u003e ta' Guy de Maupassant u maqlub għall-Malti minn Joe Pulè hu l-ħamsa u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e hu rumanz naturalist u psikoloġiku dwar ċirku intimu ta’ familja ta’ erbgħa min‑nies u żewġt iħbieb ewlenin. Hu studju dwar l‑għira, is‑suspetti u l‑imħabba f’dil‑familja, u Maupassant ipinġi l‑passjonijiet qawwija li jiżbroffaw fiha bl‑akbar delikatezza u bl‑ogħla sengħa narrattiva. Ir‑rumanz hu eżempju brillanti tal‑arti tiegħu bħala rakkontatur, bi stil pittoresk u vigoruż, fl‑istess ħin meqjus u sfumat, li jagħmluh wieħed mill‑akbar rumanzieri tal‑letteratura Franċiża tas‑seklu dsatax. Dan hu rumanz li jista’ u għandu jinqara diversi drabi biex jiġu apprezzati l‑implikazzjonijiet u l‑isfumaturi kollha tiegħu fil‑kuntest tal‑epoka li fiha nkiteb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eGuy de Maupassant (1850‑1893) twieled qrib Dieppe fin‑Normandija u matul ħajtu kollha kellu rabta profonda mal‑provinċja fejn twieled. \u003cem\u003ePierre u Jean\u003c\/em\u003e (1888), li hu ġeneralment meqjus bħala l‑akbar rumanz tiegħu, hu ambjentat f’Le Havre, u waqt li jaqrah, wieħed iħossu l‑ħin kollu mdawwar bil‑ħsejjes, bix‑xeni u bl‑irwejjaħ ta’ port mimli attività.\u003c\/p\u003e","brand":"Guy de Maupassant","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735736095094,"sku":"174","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__Pierre-u-Jean-Full-cover_Front.jpg?v=1790584010","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/pierre-u-jean","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}