{"product_id":"storja-medika","title":"Storja Medika ta’ Malta","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eStorja Medika ta’ Malta\u003c\/em\u003e hija t-traduzzjoni bil-Malti ta' 'l fuq minn seba' mitt paġna tal-ktieb \u003cem\u003eMedical History of Malta\u003c\/em\u003e ta’ Paul Cassar, li ħareġ fl-1964; u ġie maqlub minn Godwin Ellul.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-fatt li Malta tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran, kif ukoll il-fatt li ġiet maħkuma minn forzi kbar tad-dinja tal-Punent matul l-istorja, ifissru li Malta għandha storja pjuttost estensiva. Malta kellha rwol importanti fl-istorja medika taċ-ċivilizzazzjoni tal-Punent, b’mod partikulari matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Għalhekk, dan il-ktieb ma jħarisx biss lejn l-istorja medika ta’ Malta, imma wkoll lejn dik tal-bqija tal-Ewropa bħala konsegwenza.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan ix-xogħol tant iddettaljat huwa r-riżultat ta’ riċerka inkredibbli minn naħa ta’ Cassar, u nħass neċessarju li kapulavur bħal dan isir disponibbli għal firxa akbar ta’ qarrejja. It-traduzzjoni ta’ Ellul hija letteratura neċessarja, u waħda li se tiġbed l-għajn ta’ qarrejja lokali li jinteressawhom l-istorja jew il-mediċina – jew it-tnejn!\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e--\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDr Paul Cassar twieled u rċieva l‑edukazzjoni tiegħu f’Malta. Wara li ggradwa fil‑Mediċina mill‑Università Rjali ta’ Malta kiseb Diploma fil‑Mediċina Psikoloġika fl‑Ingilterra. Kien jagħmel parti mill‑istaff li jgħallem u jeżamina fid‑Dipartiment tal‑Mediċina tal‑Università Rjali ta’ Malta u kien membru tas‑Soċjetà Storika ta’ Malta. Barra studji fl‑ispeċjalità tiegħu, ikkontribwixxa studji f’ġurnali storiċi f’Malta u barra.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e_________\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eStorja Medika ta’ Malta\u003c\/em\u003e hija t-traduzzjoni bil-Malti ta' 'l fuq minn seba' mitt paġna tal-ktieb \u003cem\u003eMedical History of Malta\u003c\/em\u003e ta’ Paul Cassar, li ħareġ fl-1964, maqluba minn Godwin Ellul.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-fatt li Malta tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran, kif ukoll il-fatt li ġiet maħkuma minn forzi kbar tad-dinja tal-Punent matul l-istorja, ifisser li Malta għandha storja pjuttost estensiva. Malta kellha rwol importanti fl-istorja medika taċ-ċivilizzazzjoni tal-Punent, b’mod partikulari matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Għalhekk, dan il-ktieb ma jħarisx biss lejn l-istorja medika ta’ Malta, imma wkoll lejn dik tal-bqija tal-Ewropa bħala konsegwenza.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan ix-xogħol tant iddettaljat huwa r-riżultat ta’ riċerka inkredibbli minn naħa ta’ Cassar, u nħass neċessarju li kapulavur bħal dan isir disponibbli għal firxa akbar ta’ qarrejja. It-traduzzjoni ta’ Ellul hija letteratura neċessarja, u waħda li żgur se tiġbed l-għajn ta’ qarrejja lokali li għandhom interess fl-istorja jew il-mediċina – jew it-tnejn!\u003c\/p\u003e","brand":"Paul Cassar","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735776203126,"sku":"163","price":85.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__storja_medika.jpg?v=1790584095","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/mt\/products\/storja-medika","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}