2070

18.00

100 in stock

Quantity
Synopsis

Kapaċi l-qawwa tal-ewwel imħabba tiggwida lil Jeremy minn dimensjoni oħra, biex iddewwih u troddlu l-ekwilibriju li tant jeħtieġ f’ħajtu?

Is-sena hija l-2070. Jeremy, żagħżugħ brillanti, dekan stmat b’dottorat fix-xjenza u l-antropoloġija, jinsab f’kunflitt miegħu nnifsu. Ta’ kuljum irid jilbes maskra biex jaqdi dmirijietu fl-università fejn jaħdem. Fl-istess waqt jixtieq jaqta’ l-għatx kbir li għandu għall-għarfien dwar għeruqu, u dwar l-istorja tal-gżira li wellditu, issa miftuma mill-identità li ħaddnet sa ftit għexieren ta’ snin qabel.
Iżda l-karattru sensittiv u analitiku ta’ Jeremy, flimkien mat-trobbija konservattiva tiegħu, joħolqu dissonanza mal-istil ta’ ħajja li huwa kostrett jgħix fih.

Se jirnexxilu jirbaħ din il-ġlieda interjuri? Il-kors ta’ ħajtu wasal biex jinbidel għal dejjem.

About the author

Jane Micallef hija awtriċi u poeta prolifika, u x-xogħlijiet tagħha ġew ippubblikati f’antoloġiji diversi, bħal Imsiebaħ Mediterranji / Lucerne Mediterranee. Hija rebħet numru ta’ premjijiet, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali, inkluż il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Maltija fl-2008 u fl-2014.

Browse all works

You may also be interested in...

Get in touch with us

You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.