Ftakar Nannu, Ftakar!

8.00

100 in stock

Quantity
Synopsis

Ktieb immirat għat-tfal żgħar dwar id-dimensja miktub minn Doris Schembri u illustrazzjonijiet ta’ Philip Taliana u Ryan Galea.

Xi ġralu n-nannu Nenu? Tgħid għaliex sar jinsa ħafna? Issa nipprova ngħinu jien biex jiftakar.

Dan ix-xogħol sar b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

___

Il-kundizzjoni tad-dimensja qiegħda dejjem tiżdied mad-dinja kollha, inkluż f ’Malta. Dan ġej mill-fatt li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed ngħixu fit-tul. Għalkemm id-dimensja narawha l-aktar fl-anzjani, din il-kundizzjoni tista’ taqbdek ta’ kull età. Li jiġri huwa li jkun hemm ħsara fil-moħħ u minħabba f ’hekk il-persuna tibda tesperjenza numru ta’ sintomi bħal diffikultà fil-memorja, diffikultà biex tikkomunika permezz tal-lingwa, li titfixkel fejn jitpoġġew l-affarijiet, u diffikultà biex tagħmel attivitajiet ta’ kuljum bħal tmur tixtri, tilbes, tinħasel jew saħansitra tagħmel tazza te. Huwa importanti li nżidu l-għarfien ta’ din il-kundizzjoni sabiex insiru nafu aktar kif għandna nieħdu ħsieb lil dawn in-nies li jgħixu bid-dimensja. Ta’ min isemmi wkoll li nistgħu nagħmlu ħafna affarijiet biex innaqqsu r-riskju li jkollna dimensja aktar ’il quddiem fil-ħajja tagħna, u dan għandna nagħmluh minn età bikrija bħal, pereżempju, nieklu ikel bnin u tajjeb għas-saħħa li jagħmel ħafna ġid lil moħħna. Dan il-ktieb għandu jkun sors ta’ għarfien fuq il-kundizzjoni tad-dimensja, u kif aħna, anki fiċ-ċokon tagħna, nagħrfu kif nindukraw dawn in-nies u ngħinuhom jgħixu ħajja aħjar.

Charles Scerri PhD (Dundee)
Professur fl-Istudji tad-Dimensja
Dipartiment tal-Patoloġija
L-Università ta’ Malta

About the author

Doris Schembri is a teacher and children’s book author who has penned titles such as Knockout Sam; Iċċaqlaq Nannu, Iċċaqlaq and Biskuttinu. In her spare time, she enjoys reading biographies, swimming, and traveling.Doris Schembri hija għalliema u awtriċi ta’ numru ta’ kotba għat-tfal, bħal Knockout Sam; Iċċaqlaq Nannu, Iċċaqlaq; u Biskuttinu. Fil-ħin liberu tagħha, tista’ ssibha taqra l-bijografiji, tgħum, jew issiefer.

Browse all works

You may also be interested in...

Get in touch with us

You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.