Hazel u l-Kostum tas-Sirena

7.50

100 in stock

Quantity
Synopsis

Hazel u l-Kostum tas-Sirena huwa s-sitt ktieb minn serje tat-tfal miktubin minn Claudia Micallef.

Hazel hija tifla twajba u maħbuba minn kulħadd. Iċ-ċkejkna għandha passatemp partikolari – tħobb ħafna tilbes il-kostumi. Iżda x’jiġrilha Hazel meta taqla’ kostum ġdid? X’jiġri meta ddum ħafna tilgħab bil-kostum tas-sirena u ma tibqax tagħti kas lill-familja tagħha? Fejn ħa toħodha l-avventura lil Hazel? Tgħid ħa tidħol f’baħar ta’ inkwiet?

Ktieb bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

About the author

Claudia Micallef hija għalliema u omm li ilha tħobb il-lingwi u l-kitba sa minn meta kienet tifla żgħira: “Mhux l-ewwel darba li kont inqabbel xi żewġ versi jew inħarbex xi storja qasira.” Hija l-awtriċi ta’ serje ta’ sitt kotba għat-tfal, kull wieħed jirrakkonta l-istorja ta’ karattru differenti – Amber, Oliver, Jade, Jamie, Jack, u Hazel.

Browse all works

You may also be interested in...

Get in touch with us

You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.