Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1)

21.95

100 in stock

Quantity
Synopsis

Dan huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tieni karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk:

Taqsima A: għażla ta’ 20 poeżija minn Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel ta’ Oliver Friggieri;

Taqsima B: għażla ta’ 20 poeżija minn Xi Drabi Mqar Persuna ta’ Simone Galea;

Taqsima Ċ: analiżi kritika ta’ poeżija jew silta narrattiva fittizzja.

Is-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Patrick J. Sammut u Tarċisju Zarb. Dan il-ktieb jipprovdi lill-qarrejja saġġi introduttivi, flimkien ma’ kumment individwali magħmul minn analiżi tematika u stilistika, u parafrażi għal kull waħda mill-erbgħin poeżija inkwistjoni; tabelli riassuntivi fejn il-poeżiji huma kklassifikati skont temi speċifiċi, ta’ natura tematika u stilistika għal kull poeżija magħżula. Hemm ukoll tagħrif ġenerali dwar it-twelid u l-iżvilupp tal-moviment femminista, dwar nisa li għamlu isem fil-qasam intellettwali u femminista, u anki lista parzjali ta’ poeti nisa Maltin. Jiġu inklużi wkoll mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti tal-Malti Avvanzat u Intermedju jirriflettu u jipproduċi l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20 u bidu tas-seklu 21.

Fit-tielet u r-raba’ taqsima huma inklużi żewġ introduzzjonijiet dwar kif jinbnew il-komponimenti ta’ analiżi kritika tal-poeżija u tan-narrattiva, flimkien ma’ komponimenti mudell li juru fil-prattika kif għandhom isiru eżerċizzji ta’ analiżi kritika bħal dawn. L-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda l-poeżiji ta’ Simone Galea. Fl-aħħarnett, il-qarrejja jsibu wkoll bibliografija qasira ta’ testi li jkomplu jgħinuhom biex jifhmu aħjar it-testi inkwistjoni u jissaħħu iktar fl-għarfien tal-letteratura Maltija.

Patrick Sammut is an author and poet with a deep love for language and literature. He has published fictional stories and academic titles. Patrick Sammut huwa awtur u poeta b’imħabba kbira għal-lingwa u l-letteratura. Hu ppubblika kemm stejjer fittizji kif ukoll kotba akkademiċi.

You may also be interested in...

Get in touch with us

You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.