Il-Pittura Maġika 2

5.50

100 in stock

Quantity
Synopsis

Avventura mmirata għat-tfal bejn is-seba’ u d-disa’ snin.

Tommy kien ħeba l-pittura maġika fis-senduq qalb il-ħwejjeġ qodma, u issa oħtu Samantha bdiet tqalleb fl-istess senduq. Issib il-pittura, u din teħodha f’post maġiku. Lil min issib jistennewha? U xi jkunu jridu mingħandha? Segwu l-avventura li tgħaddi minnha Samantha meta tispiċċa fl-istampa tal-pittura maġika.

Din hi t-tieni minn sensiela ta’ avventuri li jgħaddu minnhom kull min isib din il-pittura maġika.

***

An adventure aimed for children aged seven to nine years.

Tommy had hidden the magic painting amongst the old clothes in the chest found in his grandparents’ loft. Now, his sister Samantha was searching in the same chest and finds the painting. It takes Samantha in the past. Who is waiting for her? What do they want from her? Follow Samantha’s adventures when she finished in the magic painting.

***

‍Reviews

‘Dan il-ktieb ikompli mal-ktieb Il-Pittura Maġika f’sens illi l-protagonista din id-darba hija oħt Tommy, it-tifel li kien spiċċa ġol-pittura u sab annimali jitkellmu. Pero, Samantha spiċċat ġo dinja differenti minn dik li kien sab ruħu fiha ħuha Tommy u hi kellha taffronta mostru makakk. Avventura oħra interessanti li se teħodna fid-dinja tal-fatatini.’

AdieMalta

About the author

Jennifer Spagnol hija l-awtriċi ta’ bosta kotba għat-tfal, kif ukoll rumanzi għall-adulti u poeżiji. Uħud mill-kitbiet tagħha jinkludu “Isabelle”, is-serje tal-“Pittura Maġika”, u “Avventura fi Żmien il-Milied”. Il-qari u l-kitba huma l-ikbar passjonijiet tagħha, imma Jennifer hija wkoll membru tal-International Alliance of Holistic Therapists (IAHT) u tal-International Association of Neuro-Linguistic Programming and Coaching (IANLPC).

Browse all works

You may also be interested in...

Get in touch with us

You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.