It-Turufnament u s-Saltna / L’Exil et le Royaume

Author:

12.00

100 in stock

Quantity
Synopsis

It-Turufnament u s-Saltna / L’Exil et le Royaume ta’ Albert Camus u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina hu l-erba’ u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.

L-impass li kien sab ruħu fih Albert Camus (1913-1960) fil-ħamsinijiet tas-seklu l-ieħor kien dovut prinċipalment għall-kwestjoni politika taħraq Alġerina li hu ħassha saħansitra qiegħda toħnoqlu il-potenzjal kreattiv tiegħu. Dan narawh jispikka fin-novella “Il-Mi(n)stieden”, ir-raba’ waħda fil-ġabra It-Turufnament u s-Saltna. Imma mhux biss; kien hemm ukoll is-sitwazzjoni familjari privata li bla dubju influwenzatu sew fil-kompożizzjoni ta’ “Jonas jew l-Artist fuq Xogħlu’” u l-ġlieda tiegħu kontra Sartre u sħabu meta ġie biex jikteb “Il-Ġebla Katrana” u “Il-Waqgħa” (b’din tal-aħħar tiġi ppubblikata għaliha sena qabel fl-1956 bħala long récit) …

Tal-anqas erbgħa mis-sitt novelli fil-ġabra jġibu t-timbru tat-traġedja personali li kien għaddej minnha l-kittieb. Dan it-titlu, bħal ħafna affarijiet oħra f’Camus, jagħti xhieda ta’ żewġ pożizzjonijiet kontrapposti, dikotomija u / jew duwaliżmu. Fl-inserzjoni li kien kiteb għal dil-ġabra ta’ novelli l-awtur innifsu, wieħed isib dan li ġej: ‘It-Turufnament u s-Saltna fih sitt novelli … Tema waħda, b’danakollu, dik tat-turufnament, hi ttrattata b’sitt modi differenti, mill-monologu interjuri san-narrattiva realista. Is-sitt stejjer wara kollox inkitbu wara xulxin, minkejja li kont naħdem u nirranġa fihom b’mod separat …

Inkwantu għas-saltna inkwestjoni wkoll, fit-titlu, tikkorrispondi ma’ ċerta ħajja ħielsa u mneżżgħa għal kollox li aħna rridu nerġgħu niskopru sabiex sa fl-aħħar nitwieldu mill-ġdid. L-eżilju, bil-mod tiegħu jurina l-mogħdijiet tagħha, bl-unika kundizzjoni tkun dik li nkunu nafu niċċaħħdu fl-istess ħin mill-jasar u l-ħakma.’

(Silta meħuda minn studju tat-traduttur, L’Exil et le RoyaumeStejjer li jikxfu l-enigma u ‘l-vanġelu’ ta’ Albert Camus, li inkludih fl-aħħar tal-ktieb għal dawk il-qarrejja li jixtiequ jidħlu aktar fil-fond fis-suġġett.)

About the author

Toni Aquilina is a prolific translator, as well as the overseer of the Faraxa Translation Series.

Browse all works

You may also be interested in...

Get in touch with us

You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.