Il-ħajja trankwilla ta’ Rafik fil-monasteru tidher ’il bogħod issa li sab ruħu f’dinja ta’ twegħir u avventura. Jinsab fuq wieħed mill-ħafna bastimenti fi triqithom biex iwaqqfu l-armati ta’ re tirann li l-kefrija tiegħu biex jaħtaf aktar artijiet hija bla rażan.
Flimkien ma’ sħabha, Undine tivvjaġġa lejn artijiet imbiegħda biex issib u tagħmel ħaqq minn konti malinn. Għalkemm maga ta’ ħila, ftit li xejn taf kemm perikli hemm jistennewha. Ġrajja li tlaqqagħna ma’ bestji strambi, rikkieba fuq twapet itiru, slaten u prinċpijiet, barbari, pirati u sħaħar ta’ poteri maġiċi kbar fost nisġa ta’ mħabba u mibegħda, weġgħat u vendetta, qlubija u biża’ … fejn hemm bżonn aktar minn xwabel u maġija biex jiġu mrażżna l-forzi oskuri.
Phone: (+356) 99820157
Email: info@faraxapublishing.com
You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.