Passjoni Sempliċi / Passion Simple

Author:

8.95

100 in stock

Quantity
Synopsis

Passjoni Sempliċi / Passion Simple ta’ Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-letteratura 2022, u maqlub għall-Malti b’annotazzjonijiet minn Toni Aquilina.

Hawnhekk l-awtriċi taqsam magħna dak li għaddiet minnu waqt ir-relazzjoni li kellha ma’ raġel miżżewweġ.

‘Il-fatt li A. stranġier kien jagħmel ferm aktar improbabbli kwalunkwe interpretazzjoni ta’ mġibtu, imsejsa kif kienet fuq kultura li tagħha kont naf biss l-aspett turistiku, il-klixejiet. Għall-ewwel ħsilt naqta’ qalbi minħabba l-limiti evidenti biex inkunu nistgħu niftiehmu bejnietna, imsaħħin mill-fatt li, jekk hu kien jesprimi ruħu bil-Franċiż mhux ħażin, jien ma kontx naf nitkellem b’ilsienu. Imbagħad dis-sitwazzjoni kienet teħlisni mill-illużjoni li nemmen f’xi tip ta’ komunikazzjoni perfetta bejnietna, biex ma ngħidx li nsiru ħaġa waħda. Billi kien hemm naqra ta’ qabża bejn il-Franċiż tiegħu u l-użu kurrenti tal-lingwa, billi xi minn daqqiet kont niġi bejn ħaltejn dwar it-tifsira li kien jagħti lil xi kelma jew oħra, jiena kont kull ħin u kull mument inqejjes biex nara xi jkun irid jgħid bejn wieħed u ieħor. Kelli l-privileġġ ngħix sa mill-bidu nett, kontinwament, b’għajnejja miftuħin beraħ, dak li dejjem tispiċċa biex tiskopri b’għaġeb kbir għalik u b’fixla kbira fuqek – ir-raġel li tħobb int hu għarib.’

Passjoni Sempliċi / Passion Simple huwa l-ħmistax-il-ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.

***

‍Passjoni Sempliċi / Passion Simple by Annie Ernaux, the Nobel Prize winner in Literature 2022, a New York Times Notable Book and France’s #1 best-seller for eight months. It was a finalist in the Translation Category of The National Book Prize 2019.

Translated by Toni Aquilina, Passjoni Sempliċi documents the desires and indignities of a human heart ensnared in an all-consuming passion. As the narrator attempts to plot the emotional and physical course of her two-year relationship with a married foreigner, where every word, event and person either provides a connection with her beloved or is subject to cold indifference, she seeks the truth behind an existence lived for someone else, and in its aftermath, she finds it.

Passjoni Sempliċi / Passion Simple is the fifteenth translation in the Faraxa Translation Series.

About the author

Toni Aquilina is a prolific translator, as well as the overseer of the Faraxa Translation Series.

Browse all works

You may also be interested in...

Get in touch with us

You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.