Skip to product information

2070 by Jane Micallef

Regular price €18,00
Sale price €18,00
Tax included.

Kapaċi l-qawwa tal-ewwel imħabba tiggwida lil Jeremy minn dimensjoni oħra, biex iddewwih u troddlu l-ekwilibriju li tant jeħtieġ f'ħajtu?

Is-sena hija l-2070. Jeremy, żagħżugħ brillanti, dekan stmat b’dottorat fix-xjenza u l-antropoloġija, jinsab f'kunflitt miegħu nnifsu. Ta' kuljum irid jilbes maskra biex jaqdi dmirijietu fl-università fejn jaħdem. Fl-istess waqt jixtieq jaqta' l-għatx kbir li għandu għall-għarfien dwar għeruqu, u dwar l-istorja tal-gżira li wellditu, issa miftuma mill-identità li ħaddnet sa ftit għexieren ta’ snin qabel.

Iżda l-karattru sensittiv u analitiku ta' Jeremy, flimkien mat-trobbija konservattiva tiegħu, joħolqu dissonanza mal-istil ta’ ħajja li huwa kostrett jgħix fih.

Se jirnexxilu jirbaħ din il-ġlieda interjuri? Il-kors ta’ ħajtu wasal biex jinbidel għal dejjem.

  • Free delivery in Malta
  • Secure checkout
  • Published in Malta since 2011

Book details

Author
Jane Micallef
Language
Maltese
Format
Paperback
Age group
Adult
ISBN
9789995796815
2070

2070

Regular price €18,00
Sale price €18,00