Anne Frank: Id-Djarju ta' Tfajla by Anne Frank
Dan Id-Djarju ta’ Tfajla, jew kif inhu iżjed magħruf, Id-Djarju ta’ Anne Frank, hu maqlub għall-Malti mill-verżjoni Ingliża ta’ Susan Massotty minn Mary Rose Mifsud. Dan il-ktieb jinkludi it-test innifsu tad-Djarju ta’ Anne Frank kif ġie editjat minn Otto Frank u Mirjam Pressler u ppreżentat fl-edizzjoni definittiva li ħarġet fl-2007, fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju tal-ewwel pubblikazzjoni tiegħu fl-1947.
Din l-edizzjoni tad-Djarju tiftaħ b’"Daħla" mill-Professur Oliver Friġġieri li fiha jirrifletti fuq l-importanza storika tad-Djarju u l-valur morali tiegħu, kif ukoll jagħti ħarsa kritika fil-qosor lejn din it-traduzzjoni. Issegwi "Nota tat-Traduttriċi" li fiha Mifsud tiddeskrivi l-proċess li użat fit-traduzzjoni tagħha u tispjega għaliex waslet għal ċerti għażliet lingwistiċi, xi kultant saħansitra b’paragun ma’ traduzzjonijiet f’ilsna oħra.
Dan il-ktieb jinkludi wkoll il-"Kelmtejn Qabel" u l-"Kelmtejn Wara" ta’ Massotty nfisha. Isegwu noti dettaljati dwar il-personaġġi u l-postijiet imsemmija fil-test oriġinali, kif ukoll dwar xi avvenimenti storiċi u xi kliem importanti biex jinftiehem sew dak li kitbet Anne. Dawn in-noti huma mmirati għall-qarrejja Maltin li jridu japprofondixxu l-għarfien tat-test u jkattru l-pjaċir li jieħdu mill-qari tiegħu. Għal din ir-raġuni n-noti jinkludu informazzjoni dwar x’ġara minn nies u l-postijiet anki wara li jieqaf id-Djarju. Mifsud għamlet ħilitha biex testendi din l-informazzjoni sakemm il-ktieb tagħha mar għall-istampar. Uħud min-noti jagħtu wkoll l-opportunità lill-qarrejja, jipparagunaw dak li ssemmi Anne Frank ma’ x’kien qed jiġri f’Malta fl-istess żmien.
Fis-sezzjoni "Fatti, Kontroversji, Aġġornamenti" Mifsud tirrakkonta bosta episodji mill-ġrajja tad-Djarju minn meta ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1947 sal-lum. Din it-traduzzjoni tinkludi wkoll numru ta' ritratti tan-nies li jissemmew fid-Djarju, kif ukoll "Bibljiografija" estensiva li għanda tħajjar lill-qarrejja jkomplu jwessgħu t-tagħrif tagħhom dwar l-Olokawst u avvenimenti storiċi oħra.
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Anne Frank
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Young Adult
- Category
- Autobiography/Biography, History, Non-fiction, Translation
- ISBN
- 9789995796358

You May Also Like
-
All Attacco! Avvio all-Esame d'Italiano ai Livelli SEC, Intermedio ed Oltre
Regular price €14,00Sale price €14,00Unit price / per -
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1)
Regular price €21,95Sale price €21,95Unit price / per -
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2)
Regular price €18,95Sale price €18,95Unit price / per -
Jiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban / I Am Malala: The Girl Who Stood Up for Education and was Shot by the Taliban
Regular price €15,00Sale price €15,00 Regular price €16,99Unit price / perSaving
Anne Frank: Id-Djarju ta' Tfajla