{"product_id":"il-ktieb-tal-malti-fil-livell-avvanzat-u-intermedju-taghrif-u-tahrig-2","title":"Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2)","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2)\u003c\/em\u003e huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tielet karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima A: ir-rumanz \u003cem\u003eĦelsien\u003c\/em\u003e ta’ Ġużè Bonniċi;\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima B: għażla ta’ novelli mill-ktieb \u003cem\u003eXemgħat\u003c\/em\u003e ta’ Trevor Żahra;\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTaqsima Ċ: id-dramm \u003cem\u003eKarnival\u003c\/em\u003e ta’ Francis Ebejer.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIs-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut. Hawn wieħed isib saġġi ta’ natura tematika li jittrattaw il-livell simboliku u soċjali, imma anki t-tema tal-ambizzjoni (fil-każ ta’ \u003cem\u003eĦelsien\u003c\/em\u003e), flimkien ma’ introduzzjoni ġenerali, analiżi kritika, fejn u kif isseħħ il-ġrajja, ir-rabta bejn il-passat u l-preżent, riflessjonijiet oħra, u saġġ dwar l-importanza tal-Psikoloġija f’rabta mal-istudju tal-Letteratura Maltija (fil-każ ta’ \u003cem\u003eKarnival\u003c\/em\u003e). Huma inklużi wkoll siltiet importanti, kemm mir-rumanz ta’ Ġużè Bonnici kif ukoll mid-dramm ta’ Francis Ebejer, u xi mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti jirriflettu u jipproduċi l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eRigward in-novelli ta’ Trevor Żahra il-qarrejja ta’ dan il-ktieb se jsibu żewġ intervisti mal-kittieb Trevor Żahra, u kummenti dwar kull novella, flimkien ma’ xi mistoqsijiet ta’ natura tematika u stilistika li jgħinu lil dak li jkun jirrifletti dwar it-test inkwistjoni.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eL-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda r-rumanz \u003cem\u003eĦelsien\u003c\/em\u003e ta’ Ġużè Bonnici.\u003c\/p\u003e","brand":"Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735552823670,"sku":"125","price":18.95,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__ktiebmalti2.png?v=1790583609","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/products\/il-ktieb-tal-malti-fil-livell-avvanzat-u-intermedju-taghrif-u-tahrig-2","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}