{"product_id":"il-metamorfosi-the-metamorphosis","title":"Il-Metamorfosi \/ The Metamorphosis","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Metamorfosi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Metamorphosis\u003c\/em\u003e ta' Franz Kafka, li kien meqjus wieħed mill-akbar awturi tal-letteratura tas-seklu għoxrin, hija l-istorja ta' raġel, li ttrasforma ruħu f'insett ġgantesk forma ta' wirdiena. W.H. Auden kiteb, 'Kafka huwa importanti għalina għaliex is-sitwazzjonijiet li sab ruħu fihom huma l-istess bħan-nies tal-lum.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e'L-arti kollha ta' Kafka hi dik li tobbliga lill-qarrej jaqra mill-ġdid. L-għeluq fix-xogħlijiet tiegħu, jew in-nuqqas tagħhom, jissuġġerixxu spjegazzjonijiet, iżda li ma jintwerewx b'mod ċar u jesiġu, sabiex jidhru msejsa tajjeb, li jerġgħu jinqraw minn angolu differenti. Xi mindaqqiet, fihom possibbiltà doppja ta' interpretazzjoni, li minħabba fiha jinħass il-bżonn ta' qari ripetut. Dan hu li jftittex jagħmel l-awtur. Imma jiżbalja min ikun irid jinterpreta kollox fid-dettal meta jaqra 'l Kafka. Simbolu dejjem jittieħed b'mod ġenerali u, preċiża kemm tkun it-traduzzjoni tiegħu, artist irodd il-moviment li fih sa fejn jista' biss: ma teżistix traduzzjoni kelma għal kelma. Barra minn hekk, xejn mhu aktar diffiċli milli tifhem xogħol simboliku. Simbolu dejjem jisboq lil min jagħmel użu minnu u jġiegħlu jgħid fil-fatt aktar milli jkun konxju li esprima. F'dan ir-rigward, l-aktar mod żgur kif tifhmu, huwa dak li ma tipprovokahx, li x-xogħol tidħol għalih b'moħħ miftuħ mingħajr prekonċetti u bla na tfittex il-kurrenti sigrieti li fih. Għal Kafka, b'mod partikkolari, jixraq li dak li jkun joqgħod għal-logħba tiegħu, li jidħol ... għar-rumanz permezz tal-forma.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIt-Tama u l-Assurd fix-Xogħol ta' Franz Kafka\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKitba ta' Albert Camus\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e***\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Metamorfosi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Metamorphosis\u003c\/em\u003e by Franz Kafka, who was regarded as one of the major figures of 20th-century literature, is the story of a young man, who transformed overnight into a giant beetle-like insect. He became an object of disgrace to his family, an outsider in his own home, a quintessentially alienated man. W.H. Auden wrote, 'Kafka is important to us because his predicament is the predicament of modern man.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eIl-Metamorfosi\u003c\/em\u003e \/ \u003cem\u003eThe Metamorphosis\u003c\/em\u003e was translated into Maltese by Manwel Cutajar and is the fourteenth book in the Faraxa Translation Series. It is available as a paperback edition.\u003c\/p\u003e","brand":"Franz Kafka","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735557476726,"sku":"84","price":9.75,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__12__metamorfosi.jpg?v=1790583625","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/products\/il-metamorfosi-the-metamorphosis","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}