It-Turufnament u s-Saltna / L'Exil et le Royaume by Albert Camus
It-Turufnament u s-Saltna / L'Exil et le Royaume ta' Albert Camus u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina hu l-erba' u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.
L-impass li kien sab ruħu fih Albert Camus (1913-1960) fil-ħamsinijiet tas-seklu l-ieħor kien dovut prinċipalment għall-kwestjoni politika taħraq Alġerina li hu ħassha saħansitra qiegħda toħnoqlu il-potenzjal kreattiv tiegħu. Dan narawh jispikka fin-novella "Il-Mi(n)stieden", ir-raba’ waħda fil-ġabra It-Turufnament u s-Saltna. Imma mhux biss; kien hemm ukoll is-sitwazzjoni familjari privata li bla dubju influwenzatu sew fil-kompożizzjoni ta’ "Jonas jew l-Artist fuq Xogħlu’" u l-ġlieda tiegħu kontra Sartre u sħabu meta ġie biex jikteb "Il-Ġebla Katrana" u "Il-Waqgħa" (b’din tal-aħħar tiġi ppubblikata għaliha sena qabel fl-1956 bħala long récit) ...
Tal-anqas erbgħa mis-sitt novelli fil-ġabra jġibu t-timbru tat-traġedja personali li kien għaddej minnha l-kittieb. Dan it-titlu, bħal ħafna affarijiet oħra f’Camus, jagħti xhieda ta’ żewġ pożizzjonijiet kontrapposti, dikotomija u / jew duwaliżmu. Fl-inserzjoni li kien kiteb għal dil-ġabra ta’ novelli l-awtur innifsu, wieħed isib dan li ġej: 'It-Turufnament u s-Saltna fih sitt novelli ... Tema waħda, b’danakollu, dik tat-turufnament, hi ttrattata b’sitt modi differenti, mill-monologu interjuri san-narrattiva realista. Is-sitt stejjer wara kollox inkitbu wara xulxin, minkejja li kont naħdem u nirranġa fihom b’mod separat ...
Inkwantu għas-saltna inkwestjoni wkoll, fit-titlu, tikkorrispondi ma’ ċerta ħajja ħielsa u mneżżgħa għal kollox li aħna rridu nerġgħu niskopru sabiex sa fl-aħħar nitwieldu mill-ġdid. L-eżilju, bil-mod tiegħu jurina l-mogħdijiet tagħha, bl-unika kundizzjoni tkun dik li nkunu nafu niċċaħħdu fl-istess ħin mill-jasar u l-ħakma.'
(Silta meħuda minn studju tat-traduttur, L’Exil et le Royaume – Stejjer li jikxfu l-enigma u ‘l-vanġelu’ ta’ Albert Camus, li inkludih fl-aħħar tal-ktieb għal dawk il-qarrejja li jixtiequ jidħlu aktar fil-fond fis-suġġett.)
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Albert Camus
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Adult
- Category
- Classic, Fiction, Short Stories, Translation
- ISBN
- 9789995792626

More by Albert Camus
-
Il-Letteratura fit-Traduzzjoni / Literature in Translation
Regular price €15,00Sale price €15,00Unit price / per -
Il-Maqlub u s-Sewwa / L'Envers et l'Endroit
Regular price €9,99Sale price €9,99Unit price / per -
Il-Waqgħa / La Chute
Regular price €14,00Sale price €14,00Unit price / per
You May Also Like
-
Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra
Regular price €9,95Sale price €9,95Unit price / per -
Pierre u Jean
Regular price €10,00Sale price €10,00Unit price / per -
Molière: Tartuffe - Ix-Xħiħ
Regular price €16,50Sale price €16,50Unit price / per -
Meaulnes it-Twil / Le Grand Meaulnes
Regular price €10,00Sale price €10,00Unit price / per
It-Turufnament u s-Saltna / L'Exil et...