{"product_id":"it-turufnament-u-s-saltna-lexil-et-le-royaume","title":"It-Turufnament u s-Saltna \/ L'Exil et le Royaume","description":"\u003cp\u003e\u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna \/ L'Exil et le Royaume\u003c\/em\u003e ta' Albert Camus u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina hu l-erba' u għoxrin ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eL-impass li kien sab ruħu fih Albert Camus (1913-1960) fil-ħamsinijiet tas-seklu l-ieħor kien dovut prinċipalment għall-kwestjoni politika taħraq Alġerina li hu ħassha saħansitra qiegħda toħnoqlu il-potenzjal kreattiv tiegħu. Dan narawh jispikka fin-novella \"Il-Mi(n)stieden\", ir-raba’ waħda fil-ġabra \u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna\u003c\/em\u003e. Imma mhux biss; kien hemm ukoll is-sitwazzjoni familjari privata li bla dubju influwenzatu sew fil-kompożizzjoni ta’ \"Jonas jew l-Artist fuq Xogħlu’\" u l-ġlieda tiegħu kontra Sartre u sħabu meta ġie biex jikteb \"Il-Ġebla Katrana\" u \"Il-Waqgħa\" (b’din tal-aħħar tiġi ppubblikata għaliha sena qabel fl-1956 bħala long récit) ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eTal-anqas erbgħa mis-sitt novelli fil-ġabra jġibu t-timbru tat-traġedja personali li kien għaddej minnha l-kittieb. Dan it-titlu, bħal ħafna affarijiet oħra f’Camus, jagħti xhieda ta’ żewġ pożizzjonijiet kontrapposti, dikotomija u \/ jew duwaliżmu. Fl-inserzjoni li kien kiteb għal dil-ġabra ta’ novelli l-awtur innifsu, wieħed isib dan li ġej: '\u003cem\u003eIt-Turufnament u s-Saltna\u003c\/em\u003e fih sitt novelli ... Tema waħda, b’danakollu, dik tat-turufnament, hi ttrattata b’sitt modi differenti, mill-monologu interjuri san-narrattiva realista. Is-sitt stejjer wara kollox inkitbu wara xulxin, minkejja li kont naħdem u nirranġa fihom b’mod separat ...\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eInkwantu għas-saltna inkwestjoni wkoll, fit-titlu, tikkorrispondi ma’ ċerta ħajja ħielsa u mneżżgħa għal kollox li aħna rridu nerġgħu niskopru sabiex sa fl-aħħar nitwieldu mill-ġdid. L-eżilju, bil-mod tiegħu jurina l-mogħdijiet tagħha, bl-unika kundizzjoni tkun dik li nkunu nafu niċċaħħdu fl-istess ħin mill-jasar u l-ħakma.'\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e(Silta meħuda minn studju tat-traduttur, \u003cem\u003eL’Exil et le Royaume\u003c\/em\u003e – \u003cem\u003eStejjer li jikxfu l-enigma u ‘l-vanġelu’ ta’ Albert Camus\u003c\/em\u003e, li inkludih fl-aħħar tal-ktieb għal dawk il-qarrejja li jixtiequ jidħlu aktar fil-fond fis-suġġett.)\u003c\/p\u003e","brand":"Albert Camus","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58735601549686,"sku":"158","price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/1018\/3511\/2822\/files\/2024__10__ItTurufnament-cover-F.jpg?v=1790583762","url":"https:\/\/faraxapublishing.com\/products\/it-turufnament-u-s-saltna-lexil-et-le-royaume","provider":"faraxapublishing","version":"1.0","type":"link"}