Description
Nita, Nikita u Vjolita ta’ Natasha Turner u illustrazzjonijiet ta’ Roberta Bajada u Cynthia Saliba hu immirat għat-tfal bejn is-seba’ u l-għaxar snin.
Nita u Niki huma żewġt iħbieb li jħobbu jqattgħu ħafna ħin flimkien, fost oħrajn jieħdu ħsieb il-ġnien li għandha omm Nita. F’dan il-ġnien ser tiġri xi ħaġa mhux tas-soltu. Fjura vjola, il-favorita ta’ Nita, titlef il-kulur tagħha u ssir sewda. Aqraw u ħudu gost b’dan il-ktieb sabiex taraw kif din il-fjura terġa’ tieħu l-kulur tagħha.
Dan il-ktieb sar b’kollaborazzjoni ma’ l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u l-Bank APS.





Reviews
There are no reviews yet.