Ftakar Nannu, ftakar! by Doris Schembri
Malti
Malti
Ktieb immirat għat-tfal żgħar dwar id-dimensja miktub minn Doris Schembri u illustrazzjonijiet ta' Philip Taliana u Ryan Galea.
Xi ġralu n-nannu Nenu? Tgħid għaliex sar jinsa ħafna? Issa nipprova ngħinu jien biex jiftakar.
Dan ix-xogħol sar b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
More
More
Il-kundizzjoni tad-dimensja qiegħda dejjem tiżdied mad-dinja kollha, inkluż f’Malta. Dan ġej mill-fatt li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed ngħixu fit-tul. Għalkemm id-dimensja narawha l-aktar fl-anzjani, din il-kundizzjoni tista’ taqbdek ta’ kull età. Li jiġri huwa li jkun hemm ħsara fil-moħħ u minħabba f’hekk il-persuna tibda tesperjenza numru ta’ sintomi bħal diffikultà fil-memorja, diffikultà biex tikkomunika permezz tal-lingwa, li titfixkel fejn jitpoġġew l-affarijiet, u diffikultà biex tagħmel attivitajiet ta’ kuljum bħal tmur tixtri, tilbes, tinħasel jew saħansitra tagħmel tazza te. Huwa importanti li nżidu l-għarfien ta’ din il-kundizzjoni sabiex insiru nafu aktar kif għandna nieħdu ħsieb lil dawn in-nies li jgħixu bid-dimensja. Ta’ min isemmi wkoll li nistgħu nagħmlu ħafna affarijiet biex innaqqsu r-riskju li jkollna dimensja aktar ’il quddiem fil-ħajja tagħna, u dan għandna nagħmluh minn età bikrija bħal, pereżempju, nieklu ikel bnin u tajjeb għas-saħħa li jagħmel ħafna ġid lil moħħna. Dan il-ktieb għandu jkun sors ta’ għarfien fuq il-kundizzjoni tad-dimensja, u kif aħna, anki fiċ-ċokon tagħna, nagħrfu kif nindukraw dawn in-nies u ngħinuhom jgħixu ħajja aħjar.
Charles Scerri PhD (Dundee)
Professur fl-Istudji tad-Dimensja
Dipartiment tal-Patoloġija
L-Università ta’ Malta
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Doris Schembri
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Children 3-5
- Category
- Children, Children 0-4, Children 5-7, Fiction, Voices of Awareness
- ISBN
- 9789995792664

More by Doris Schembri
-
Ċensinu u Van Gogh
Regular price €6,50Sale price €6,50Unit price / per -
In-Nanna għandha t-tregħid
Regular price €8,00Sale price €8,00 Regular price €8,50Unit price / perSaving -
Jiena Mariah
Regular price €5,25Sale price €5,25Unit price / per
You May Also Like
-
The Garden and I X The Happy Baker – Sett ta’ Ktieb u Ċikkulata
Regular price €12,95Sale price €12,95Unit price / per -
Jiena Mariah
Regular price €5,25Sale price €5,25Unit price / per -
Qawwa tal-Fjuri
Regular price €5,75Sale price €5,75Unit price / per -
Jien inħobb...
Regular price €7,00Sale price €7,00Unit price / per
Ftakar Nannu, ftakar!
