Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2) by Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (2) huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tielet karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk:
Taqsima A: ir-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonniċi;
Taqsima B: għażla ta’ novelli mill-ktieb Xemgħat ta’ Trevor Żahra;
Taqsima Ċ: id-dramm Karnival ta’ Francis Ebejer.
Is-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut. Hawn wieħed isib saġġi ta’ natura tematika li jittrattaw il-livell simboliku u soċjali, imma anki t-tema tal-ambizzjoni (fil-każ ta’ Ħelsien), flimkien ma’ introduzzjoni ġenerali, analiżi kritika, fejn u kif isseħħ il-ġrajja, ir-rabta bejn il-passat u l-preżent, riflessjonijiet oħra, u saġġ dwar l-importanza tal-Psikoloġija f’rabta mal-istudju tal-Letteratura Maltija (fil-każ ta’ Karnival). Huma inklużi wkoll siltiet importanti, kemm mir-rumanz ta’ Ġużè Bonnici kif ukoll mid-dramm ta’ Francis Ebejer, u xi mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti jirriflettu u jipproduċu l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20.
Rigward in-novelli ta’ Trevor Żahra il-qarrejja ta’ dan il-ktieb se jsibu żewġ intervisti mal-kittieb Trevor Żahra, u kummenti dwar kull novella, flimkien ma’ xi mistoqsijiet ta’ natura tematika u stilistika li jgħinu lil dak li jkun jirrifletti dwar it-test inkwistjoni.
L-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda r-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici.
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Tarċisju Zarb u Patrick J. Sammut
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Young Adult
- Category
- Academic, Non-fiction
- ISBN
- 9789995796327

You May Also Like
-
Għall-Attakk! Bidu tal-Eżami tal-Malti fil-Livelli SEC, Intermedju u lil hinn
Regular price €14,00Sale price €14,00Unit price / per -
Anne Frank: Id-Djarju ta' Tfajla
Regular price €18,95Sale price €18,95Unit price / per -
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju: Tagħrif u Taħriġ (1)
Regular price €21,95Sale price €21,95Unit price / per -
Jiena Malala: It-Tifla li Tkellmet Favur l-Edukazzjoni u Sparawlha t-Taliban
Regular price €15,00Sale price €15,00 Regular price €16,99Unit price / perSaving
Il-Ktieb tal-Malti fil-Livell Avvanza...