Malta Ħanina by Daniel Rondeau
Malti
Malti
Malta Ħanina ta' Daniel Rondeau u maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, hu t-tlettax-il-ktieb mis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.
Daniel Rondeau, l-ambaxxatur Franċiż f'Malta bejn l-2008 u l-2011, immortaliżża l-esperjenza mżewqa tiegħu fil-gżejjer Maltin fil-ktieb Malta Ħanina.
'Malta ħadmet ir-rwoli kollha fuq il-palk Mediterranju. Taħt il-maskra tal-ġebel, liebsa lbies ta' xemx u ta' baħar, hi kienet il-maħruma, il-minsija, il-missielta, il-kiefra, il-ħerqana, iż-żienja, il-gżira kennija, il-gżira fortizza, il-ħabs, bażi navali minn żmien il-Feniċi, furmarija kbira fl-Ewwel Gwerra Dinjija, bunker ewlieni tal-Allejati fit-Tieni, matmura l-ħin kollu ta' ħolm varjat u kontradittorju. Il-passat għadu b'danakollu ħaj fit-toroq dojoq tal-Belt Valletta, San Francisco fiċ-ċokon, mimlija tlugħ u nżul, l-ewwel belt Ewropea mibnija fuq pjanta, b'veduti kull mument fuq il-ġelu ikħal tal-baħar.'
English
English
It-traduzzjoni għall-Malti tal-Professur Toni Aquilina tal-ktieb Malta Ħanina ta' Daniel Rondeau ġiet ippubblikata bl-appoġġ finanzjarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ktieb, li oriġinarjament inkitab bil-Franċiż, ġie ppubblikat għall-ewwel darba minn Éditions Grasset f'Jannar tal-2012.
Awtur, ġurnalist, editur u diplomatiku, Daniel Rondeau kien l-Ambaxxatur Franċiż f'Malta bejn l-2008 u l-2011. Hu ħalla marka li ma titħassarx fuq il-gżira tagħna, fejn fittex kull opportunità biex jippromwovi lil Malta fil-mezzi tax-xandir Franċiżi u biex ikompli jsaħħaħ ir-rabtiet storiċi u kulturali li ilhom jeżistu bejna u bejn Franza. Wara dan inħatar Ambaxxatur Franċiż għall-Unesco f'Pariġi, fejn bħalissa qed jirrappreżenta t-think-tank tal-Università tan-Nazzjonijiet Uniti. Hu figura magħrufa fiċ-ċrieki letterarji Franċiżi, fejn rebaħ diversi premjijiet prestiġjużi, fosthom il-Prix Populiste (1988), il-Prix Liberté Littéraire (1994), il-Prix des Deux Magots (1997), il-Prix Saint Simon (2014) u l-Prix Paul Morand tal-Akkademja Franċiża għall-ħidma kollha tiegħu.
Artiklu fuq Malta Independent, 18 ta' Lulju 2016:
https://www.independent.com.mt/articles/2016-07-18/newspaper-lifestyleculture/Daniel-Rondeau-s-Malta-Hanina-translated-into-Maltese-6736161149
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Daniel Rondeau
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Adult
- Category
- Autobiography/Biography, Non-fiction, Translation
- ISBN
- 9789995748432

You May Also Like
-
Jien Niftakar il-Belt...
Regular price €12,00Sale price €12,00Unit price / per -
L-Avveniment
Regular price €13,00Sale price €13,00Unit price / per -
Ħajja fit-Triq
Regular price €15,00Sale price €15,00Unit price / per -
Tifkiriet ta' Tfulija fil-Furjana: Malta fil-Paċi u fil-Gwerra 1930 - 1950.
Regular price €25,00Sale price €25,00 Regular price €28,00Unit price / perSaving
Malta Ħanina