Skip to product information

Storja Medika ta’ Malta by Paul Cassar

Regular price €85,00
Sale price €85,00
Tax included.

Malti

Storja Medika ta’ Malta hija t-traduzzjoni bil-Malti ta' 'l fuq minn seba' mitt paġna tal-ktieb Medical History of Malta ta’ Paul Cassar, li ħareġ fl-1964; u ġie maqlub minn Godwin Ellul.

Il-fatt li Malta tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran, kif ukoll il-fatt li ġiet maħkuma minn forzi kbar tad-dinja tal-Punent matul l-istorja, ifissru li Malta għandha storja pjuttost estensiva. Malta kellha rwol importanti fl-istorja medika taċ-ċivilizzazzjoni tal-Punent, b’mod partikulari matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Għalhekk, dan il-ktieb ma jħarisx biss lejn l-istorja medika ta’ Malta, imma wkoll lejn dik tal-bqija tal-Ewropa bħala konsegwenza.

Dan ix-xogħol tant iddettaljat huwa r-riżultat ta’ riċerka inkredibbli minn naħa ta’ Cassar, u nħass neċessarju li kapulavur bħal dan isir disponibbli għal firxa akbar ta’ qarrejja. It-traduzzjoni ta’ Ellul hija letteratura neċessarja, u waħda li se tiġbed l-għajn ta’ qarrejja lokali li jinteressawhom l-istorja jew il-mediċina – jew it-tnejn!

--

Dr Paul Cassar twieled u rċieva l‑edukazzjoni tiegħu f’Malta. Wara li ggradwa fil‑Mediċina mill‑Università Rjali ta’ Malta kiseb Diploma fil‑Mediċina Psikoloġika fl‑Ingilterra. Kien jagħmel parti mill‑istaff li jgħallem u jeżamina fid‑Dipartiment tal‑Mediċina tal‑Università Rjali ta’ Malta u kien membru tas‑Soċjetà Storika ta’ Malta. Barra studji fl‑ispeċjalità tiegħu, ikkontribwixxa studji f’ġurnali storiċi f’Malta u barra.

English

Storja Medika ta’ Malta hija t-traduzzjoni bil-Malti ta' 'l fuq minn seba' mitt paġna tal-ktieb Medical History of Malta ta’ Paul Cassar, li ħareġ fl-1964, maqluba minn Godwin Ellul.

Il-fatt li Malta tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran, kif ukoll il-fatt li ġiet maħkuma minn forzi kbar tad-dinja tal-Punent matul l-istorja, ifisser li Malta għandha storja pjuttost estensiva. Malta kellha rwol importanti fl-istorja medika taċ-ċivilizzazzjoni tal-Punent, b’mod partikulari matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Għalhekk, dan il-ktieb ma jħarisx biss lejn l-istorja medika ta’ Malta, imma wkoll lejn dik tal-bqija tal-Ewropa bħala konsegwenza.

Dan ix-xogħol tant iddettaljat huwa r-riżultat ta’ riċerka inkredibbli minn naħa ta’ Cassar, u nħass neċessarju li kapulavur bħal dan isir disponibbli għal firxa akbar ta’ qarrejja. It-traduzzjoni ta’ Ellul hija letteratura neċessarja, u waħda li żgur se tiġbed l-għajn ta’ qarrejja lokali li għandhom interess fl-istorja jew il-mediċina – jew it-tnejn!

  • Free delivery in Malta
  • Secure checkout
  • Published in Malta since 2011

Book details

Author
Paul Cassar
Language
Maltese
Format
Hardback
Age group
Adult
ISBN
9789995792695
Storja Medika ta’ Malta

Storja Medika ta’ Malta

Regular price €85,00
Sale price €85,00