L-Ekonomija f’Ilsien ix-Xjenza u l-Filosofija

28.00

100 in stock

Quantity
Synopsis

Dan huwa ktieb għal kollox differenti minn ħafna oħrajn dwar l‑ekonomija li nkitbu bl‑ilsien Malti dwar l-ekonomija f’pajjiżna … u dwar l-ekonomija fil-fatt għandna ftit li xejn kotba bil-Malti. Huwa studju li jeżamina ħafna ideat, prinċipji, prattiċi, argumenti u kunċetti dwar il-ħsieb u l-ħajja ekonomika. Il-metodu huwa dak ta’ analiżi u interpretazzjonijiet ta’ mġiba ta’ parteċipanti, dawk spiss imsejħa l‑istakeholders. L-analiżi hija fuq kollox f’forma mhux biss predominentement filosofika, iżda li anki spiss tirrikorri għal għodda mid-dinja tax-xjenza,tal-inġinerija u tat-teknoloġija.

Għal żmien twil kemm ekonomisti kif ukoll filosofi fittxew tweġibiet għal mistoqsijiet inkwetanti dwar jekk it-teorija ekonomika, kif komunement mibnija, hix strument utli u siewi biżżejjed għall-akkwist ta’ miri soċjali ta’ kull tip. L-awtur hawnhekk jikkunsidra l-kunċett innifsu ta’ dawn il-miri, u l-possibilità li rikostruzzjoni tat-teorija ekonomika fid-dawl ta’ analiżi soċjofilosofika, tista’ tirrendiha għodda aħjar lejn miri soċjali.

Din id-diskussjoni hija waħda intensiva u profondament kritika, u titlob mill-qarrej livell għoli ta’ impenn jew sforz intellettwali.

About the author

Browse all works

You may also be interested in...

Get in touch with us

You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.